Iż-Żurrieq – proċess biex Triq Wied Babu tingħaqad ma’ Vjal l-Indipendenza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30636 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħarraf lil din il-Kamra jekk matul din is-sena hux se jseħħ il-proċess sabiex Triq Wied Babu tingħaqad ma’ Vjal l-Indipendenza fiż-Żurrieq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li hu kemm -il darba ssuġġerixa tali proposta kemm f'din il-leġislatura u kemm f'leġislaturi precedenti. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex isir dan ix-xogħol trid tiġi espropjata residenza abbitabbli u li tali proċess jmur ‘l hinn mir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali skont l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Iż-Żurrieq – proċess biex Triq Wied Babu tingħaqad ma’ Vjal l-Indipendenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk matul din is-sena hux se jseħħ il-proċess sabiex Triq Wied Babu tingħaqad ma’ Vjal l-Indipendenza fiż-Żurrieq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sal-lum kemm saru talbiet lid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) għall-ħruġ ta’ compliance orders skont il-Kap 378 tal-Liġijiet ta’ Malta? Minn min saru dawn it-talbiet u x’kien l-eżitu tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li compliance orders jistgħu jintalbu biss minn entità kwalifikata kif definita fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni bħala entità kwalifikata għamlet talba għall-ħruġ ta’
compliance orders
fir-rigward ta’ operaturi fis-settur tal-komunikazzjoni, skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Tnejn minn dawn l-operaturi appellaw lit-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur, u l-appell huwa
sub judice
.
Peress li wara kważi erba’ snin li sar l-Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi (Kap. 520 tal-Liġijiet ta’ Malta) hemmx il-ħsieb li l-Iskeda A annessa ma' din il-liġi tiġi estiża għal-liġijiet li jirregolaw setturi oħra fosthom is-setturi dwar is-Servizzi Finanzjarji, il-Ħarsien tal-Ambjent u dawk il-liġijiet li jirregolaw l-utilitajiet fosthom il-provvista tal-enerġija, l-ilma u t-telefonija?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-setturi indikati mill-Onor. Interpellant huma setturi vitali għall-ekonomija u għall-provvista ta’ servizzi essenzjali fis-soċjeta’. Pass bħal dak imsemmi fid-domanda għalhekk irid jittieħed b’mod meqjus wara li jiġu konsultati l-operaturi u r-rappreżentanti tal-konsumaturi u wkoll wara li jsir impact assessment ta’ tali miżura li tinvolvi diversi ministeri.
Madanakollu l-proposta hija waħda interessanti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbilità li fir-rigward tal-Att XVI tal-2016 li allura jwaqqaf l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu xi forma ta’ ilment kollettiv quddiem l-Arbitru fejn il-fatti jkunu simili?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Att dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (Kap 555) ma jipprovdix għal proċeduri kollettivi kif dawn huma definiti fil-Kap 520 dwar il-Proċedimenti Kollettivi iżda jipprovdi illi l-Arbitru jista jippermetti l-preżenza f’każ li jkun qed jistema’ quddiemu ta’ kull persuna oħra, apparti l-persuna li tkun għamlet l-ilment u l-provditur tas-servizzi finanzjarji, li l-Arbitru jqis li għandu jigi trattat bħala parti fil-każ.
L-interpretazzjoni ta’ din il-fakulta’ taqa’ fil-ġudizzju indipendenti tal-Arbitru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru proċedimenti kollettivi skont il-Collective Proceedings Act (Kap. 20 tal-Liġijiet ta’ Malta) minn mindu dan daħal fis-seħħ fil-2012 sal-lum? Kemm minn dawn il-kawżi kienu jirrelataw dwar ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379 tal-Liġijiet ta’ Malta) u kemm dwar l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur? Kemm minn dawn il-kawżi s’issa ġew deċiżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qorti u Tribunali kemm Malta u kemm Għawdex qatt ma kienet prassi li tinżamm tali statistika.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux xi investigazzjonijiet mill-Awtorita ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex tara jekk il-konsumaturi f’Malta ġewx milquta jew le mill-iskandlu rigward il-Volkswagen l-aktar fir-rigward ta’ tagħrif qarrieqi li setgħa ngħata lill-konsumaturi? L-MCCAA waslulha xi lmenti f’dan ir-rigward u jekk iva, x’azzjoni ttieħdet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-investigazzjoni saret flimkien ma' Transport Malta. L-MCCAA qiegħda tikkolabora mat-Transport Malta kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropeja dwar il-karozzi involuti.
Id-Diviżjoni tar-Regolamenti Tekniċi tal-MCCAA (TRD), ma waslulhiex ilmenti mingħand il-konsumaturi. Madankollu, infurmat lill-importaturi dwar din il-problema. Qegħdin insegwu mil-qrib l-iżviluppi u l-miżuri li qed jittieħdu mill-manifattur inkollaborazjoni mal-Awtorità Ġermaniża biex jirremdjaw is-sitwazzjoni fuq skala Ewropeja.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa il-European Consumer Organization (BEUC), il-federazzjoni tal-għaqdiet tal-konsumatur hux qed tara pajjiż pajjiż x’inhi s-sitwazzjoni wara l-qerq da parti tal-VK?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob kjarifika għal liema każ qiegħed jirreferi l-Onor. interpellant. Madankollu, però, nikkonferma li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma rċeviet l-ebda korrispondenza mingħand il-BEUC.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed nisa b'Overian Carcinoma dawn l-aħħar ħames snin? Kemm mietu b'din il-kundizzjoni dawn l-aħħar ħames snin? F'liema stage tal-marda kienu meta saret din id-dijanjożi? X'inhi l-inċidenza ta' din il-marda f'Malta u kif tikkumpara mal-medja Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn 2009 u 2013, fir-Registru Nazzjonali tal-Kancer kien hemm irraportati 204 każijiet ta’ kanċer tal-ovarji. Matul l-istess perjodu mietu 167 mara kawża ta’ dan il-kanċer.
Dawn kienu maqsuma kif jidhru fit-tabella t’hawn taht:
Sena
Inċidenza
Mortalita’
2009
42
35
2010
49
37
2011
37
37
2012
40
29
2013
36
29
Totali
204
167
Tabella Nu. 1: Kanċer tal-ovarji: Inċidenza u Mortalita’ matul 2009-2013 – Malta
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' tuberikolożi f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema areas ta' Malta? Kien hemm tuberkolożi li mhux tal-pulmun u kemm u liema organi kien involuti? Kien hemm każijiet reżistenti għall-antibiotiċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul 2011 sa 2015, dawn il-każijiet ġew notifikati lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard skont it-tabella ta hawn taht:
2011
2012
2013
2014
2015
tuberkolo¿i tal-pulmun
22
29
39
32
20
tuberkolo¿i li mhux tal-pulmun
11
12
12
15
12
Totali
33
41
51
47
32
Bini tal-parlament – allegazzjonijiet dwar ix-xogħlijiet
Question
B’referenza għal dak li ġie rrappurtat fil-media lokali dwar allegazzjonijiet magħmula minn ditta Taljana li għamlet xogħlijiet fil-bini tal-parlament, jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk huwiex minnu li l-ammont imsemmi fl-artikoli huwiex dovut lil din il-kumpanija u x’inhi l-pozizzjoni tal-gvern dwar dawn l-allegazzjonijiet li saru minn din il-kumpanija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mgħoddija lili, l-kuntratt għax-xogħolijiet tal-ġebla tal-Parlament il-Ġdid ngħata mill-Grand Harbour Regeneration Corporation lill-BIB JV li huwa consortium magħmul minn kumpaniji Maltin flimkien mal-kumpanija Taljana CFF Filiberti. Dan ifisser li l-GHRC m'għandhiex kuntratt direttament ma' din il-kumpanija.
Infurmat ukoll illi matul il-progett, il-GHRC kienet inkarigat lill-kumpanija Bovis Landlease li kienet responsabbli biex tiċċertifika x-xogħolijiet kif wkoll tevalwa kull talba għal ħlas addizzjonali (claims u variations) li jsiru. Dwar dawn ix-xogħlijiet kien hemm talbiet għal ħlas extra, iżda ħafna minnhom ma ġewx aċċettati mill-BOVIS Landlease.
Il-GHRC ma tidħolx fi kwistjonijiet dwar dak li CFF Filiberti qed tallega li għandha tieħu mingħand il-consortium, iżda l-Gvern Malti m'għandu jagħti xejn lil CFF Filiberti. Hemm ammont ferm iżgħar minn dak imsemmi fil-media li BOVIS Land Lease iċċertifikaw favur il-consortium.
Apparti dan, wieħed irid isemmi li waħda mir-ragunijiet għalfejn il-proġett tal-Parlament dam, kien propju għaliex dan il-consortium ma mexiex maż-żminijiet miftiehma u l-GHRC għandha claim għal delay damages fil-konfront ta' dan il-consortium.
Jigi innutat wkoll li għad hemm xogħlijiet li għadhom pendenti li jridu jsiru minn dan il-consortium li sal-lum għadhom ma tlestewx, dan kemm bħala xogħol li jrid jitranġa, għaliex ma ġiex aċċettat mill-periti tal-progett, kif wkoll materjali fl-aperturi ta' barra li tal-binja li għadu ma ġiex ikkonsenjat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm night shelters u respite services għall-anzjani f’pajjiżna u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jibbenefikaw minn dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn households u ażjendi privati li qed jużaw il-pannelli fotovoltajiċi? F’liema lokalitajiet? Kemm qed jiġu prodotti watts mill-enerġija solari? X’persentaġġ hu dan tal-bżonn tal-enerġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kif, fejn u kemm intużaw fondi ewropej dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena u l-isem ta’ kull proġett?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu siti arkeoloġiċi ġodda dawn l-aħħar ħames snin? F’liema lokalitajiet u f’liema sena? Jista’ jgħid kif qed jiġu restawrati? Jista’ jgħid jekk intużawx fondi ewropej għal dan il-għan? Jekk iva, kemm intużaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Bejn is-snin 2010 u 2015, instabu f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex 113-il sit arkeoloġiku kif indikat fit-tabella li qed inqiegħed fuw il-Mejda tal-Kamra. Kif indikat fl-istess Tabella, dawn is-siti huma protetti skond l-importanza tagħhom u kif tipermetti l-liġi dwar il-Patrimonju Kulturali u dik dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, u skond il-Pjan ta’ Struttura. F’dawn il-każijiet proġetti jkunu emendati b’tali mod li sejbiet arkejoloġiċi jkunu protetti. Għal dan il-għan ma ntużawx fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn individwi li qed jistennew social housing? Jista’ jgħid kif dan jikkumpara ma’ dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena? X’inhuma l-etajiet ta’ dawk li applikaw? Kemm minnhom huma single mothers? X’inhu n-numru ta’ membri fil-familja ta’ dawk li applikaw? Kemm tqassmu residenti soċjali dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 2918 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva li minnhom 1004 huma single parents. In-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti meta tikkomparah fuq medda ta’ ħames snin, jesegwixxu dawn l-osservazzjonijiet li wieħed jista’ jara fit-tabella t’hawn isfel.
Sena
Total ta’ applikazzjonijiet pendenti
Sat-18 ta’ Ġunju 2015
2918
Sat-30 ta’ Ġunju 2014
3184
Sat-30 ta’ Ġunju 2013
3108
Sat-30 ta’ Ġunju 2012
2559
Sat-30 ta’ Ġunju 2011
2105
Sat-30 ta’ Ġunju 2010
2285
L-etajiet ta’ l-applikanti li tefgħu is-sottomissjoni tagħhom għall-akkomodazzjoni alternattiva ivarjaw kif ġej:
Eta’
Total
Bejn 18 – 21 sena
155
Bejn 22 – 25 sena
342
Bejn 26 – 40 sena
1106
Bejn 41 – 65 sena
1027
66+
288
Total
2918
Minn dawk li applikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva, il-households applikanti kienu jikkonsistu f’tant numru ta’ membri fil-familja, hekk kif l-Onor. Interpellant jista’ jara fid-dettal fit-tabella t’hawn taħt.
Ammont ta’ membri fil-familja
Total
1
831
2
993
3
592
4
318
5
126
6
33
7
17
8
7
12
1
Total
2918
Dawn l-aħħar erba’ snin u tul din is-sena (2015), tqassmu total ta’ 775 residenza soċjali, kif imqassma hawn taħt mill-2011 sal-preżent.
Allokazzjonijiet
Total
Sena 2011
92
Sena 2012
270
Sena 2013
179
Sena 2014
182
Sat-18 ta’ Ġunju 2015
52
Total
775
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed b'kanċer tal-pulmun dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Mil-liema lokalitajiet? Kif jikkumparaw dawn il-figuri mal-bqija tal-Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-ahhar hames snin (2009-2013), fir–Reġistru tal-Kanċer, kien hemm irrapurtat 967 ka¿ ta’ kanċer tal-pulmun. 722 irġiel u 245 nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm marru pazjenti għal kura barra minn Malta dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Jista' jagħti l-etajiet u s-sess tagħhom? Kemm kien il-kontribut finanzjarju tal-Gver, sena b'sena għal dan il-għan u f'liema pajjiżi intbatu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li nbaghtu ghall-kura barra minn Malta kienu:
fl-2010-476 pazjent,
fl-2011-474 pazjent,
fl-2012-574 pazjent,
fl-2013-665 pazjent, u
fl-2014 – 696 pazjent.
Dwan il-pazjenti rcevew kura gewwa l-Ingilterra, l-Italja, l-Germanja, u l-iSvizzera.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu tablets s'issa fl-iskejjel? F'liema lokalitajiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għadhom ma tqassmu l-ebda tablets fl-iskejjel għaliex l-inizjattiva One Tablet Per Child għadha kemm temmet il-fażi tal-proġett pilota. Bħalissa qed issir l-analiżi tar-riċerka estensiva li saret waqt il-proġett pilota u dak li se joħroġ mir-riċerka se jiggwida d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu dalwaqt sabiex, kif tħabbar diġa', it-tablets jingħataw lill-istudenti kollha tar-Raba' Sena tal-iskejjel tal-iStat, tal-Knisja u Indipendenti f'Ottubru 2016.