Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student ibbenefika mill-iskema Master IT b’fondi allokati għal dawn l-istess scholarships, f’liema oqsma akkademiċi ġew allokati u liema kienu dawk l-oqsma magħżula mill-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li 327 applikant ibbenefikaw mill-iskema ta’ Boroż ta’ Studju “MASTER it!” sabiex ikomplu l-istudji f’suġġetti li huma fil-livell ta’ Master, ekwivalenti għall-Livell Numru 7 tal-Qafas ta’ Kwalifiki Nazzjonali. Kif stabbilit fir-Regolamenti tas-Sejħa, l-applikanti setgħu japplikaw taħt wieħed minn disa’ oqsma ta’ prijorita’. Id-disa’ oqsma ta’ prijorita’ kif ukoll in-numru ta’ applikazzjonijiet li għaddew b’suċċess mill-proċess ta’ għażla permezz ta’ intervista taħt kull qasam ta’ prijorita’ huma:
Qasam ta’ Prijorita’
Numru ta’ Boroż ta’ Studju
1
High End Manufacturing
26
2
Life Sciences
51
3
Educational Services
60
4
Financial Services
57
5
Transportation & Advanced Logistics
7
6
Higher Quality Tourism
15
7
Creative Industry
47
8
Environment
41
9
ICT
23
Is-suġġetti li għalihom l-applikanti qed jingħataw borża ta’ studju huma imsemmija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti, fl-iskejjel tal-Gvern, privati u tal-Knisja, li qed jirċievu l-għajnuna ta’ LSA (facilitator) jew li għandhom bżonn LSA (statemented)? Kemm hemm LSAs impjegati mal-Gvern, fl-iskejjel privati u dawk tal-Knisja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bħalissa hemm tlett elef u sebgħa u ħamsin (3057) student/a fl-iskejjel tal-Istat li huma statemented jew li qed jirċievu għajnuna ta’ LSA.
In-numru ta’
Learning Support Assitants
impjegati mal-Gvern huwa attwalment ta’ elf, seba’ mija u tlieta u sebgħin (1773) li minnhom ħamsa erbgħin (45) bħalissa qegħdin fuq xi tijp ta’
leave
.
Fl-iskejjel tal-Knisja hemm total ta’ 1093 student li jeħtieġu għajnuna mill-LSA hekk kif stipulat mill-i
Statementing & Moderating Panel
, u hemm 598 LSA impjegati biex jipprovdu dan is-servizz.
Fl-iskejjel Indipendenti hemm total ta’ 176 student li jeħtieġu għajnuna mill-LSA hekk kif stipulat mill-i
Statementing & Moderating Panel
, u hemm 96 LSA impjegati biex jipprovdu dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba impjegati fil-kura primarja? Kemm hemm infermiera, paramediċi, occupational therapists eċċ. impjegati fil-kura primarja? Kemm huwa l-ammont ta’ nies li jużaw il-polikliniċi fis-sena f’dawk li huma calls, house calls, clinic calls u kura kronika?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-Kura Primarja hemm 228 uffiċjali mediċi, 193 infermiera u 109 paramediċi. In-numru ta’ paramediċi ma jinkludix Occupational Therapists li mhumiex assenjati direttament ma’dan id-dipartiment iżda jiġu mitluba jaħdmu fejn meħtieġ fuq bażi ta’ rotation.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta' nies li wżaw il-polikliniċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed pazjenti bil-kanċer is-sena li għaddiet u kemm mietu nies b’din il-marda fl-2012? Liema huwa l-aktar kanċer komuni f’Malta fin-nisa, fl-irġiel u fit-tfal, u liema età hija l-aktar suxxettibli għall-kanċer?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jattendu fil-klinika tad-dimensja? Hemm ħsieb li l-pilloli tad-dimensja jidħlu fis-schedule 5 u jekk iva, kemm se tkun proġettata l-ispiża kull sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li in-numru totali ta' pazjenti li attendew fil-kliniki tad-dimensja, mill-1 ta' Jannar sas-27 t'Awwissu 2013 huma:
Memory Clinics at RHKG – 53 pazjent
Community Dementia Clinic Floriana HC – 48 pazjent
Community Dementia Clinic Paola – 56 pazjent
Mediċini li kienu ġa disponibbli fil-Formularju tal-Gvern bdew jingħataw b'xejn għall-kura tad-dimensja kif din il-kundizzjoni kronika ġiet introdotta fir-riforma ta’ Skeda Ħamsa. Applikazzjonijet ta’ mediċini li ma kinux fil-Formularju tal-Gvern bdew jiġu milqugħa sabiex isir l-istħarriġ neċessarju mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Wara li sar l-istudju u l-evalwazzjoni neċessarju tal-applikazzjoniet ta’ mediċini għall-kura ta’ pazjenti bil-marda tal-Alzheimer moderata jew gravi ġiet introdotta l-mediċina Donepezil fil-Formularju tal-Gvern għal din it-tip ta’ dimensja.
Qed jiġi stmat li l-ispiża tal-mediċina Donepezil ser tkun madwar ħames t’elef ewro (€55,000) għas-sena 2013 u ta’mija u ħamsa u għoxrin elf ewro (€125,000) għas-sena 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bone density scan saret fis-sena 2012? Kemm hawn nies ibatu bl-osteoporosis? Hemm ħsieb li l-pilloli tal-osteoporosis jidħlu fis-schedule 5 u jekk iva, kemm se tkun proġettata l-ispiża kull sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fis-sena 2012 saret, tlettax il-elf, seba mija sitta u sebgħajn elf (13,776) proċedura tal-Bone Density.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dgħajjes u jottijiet sorġuti fil-yacht marinas tal-Birgu, ta’ Ta’ Xbiex/Imsida? Kemm minnhom huma reġistrati għand il-Maltin?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il website ġdida jew upgrades (content management system), jew software relatati mal-Ministeri kollha, ingħataw b’direct order, kif ukoll dawk b’sejħa pubblika? Jista’ jagħti tabella dettaljata bi spejjeż relatati, kif ukoll il-kumpanija jew individwi li ħadmu proġetti fuq dawn l-imsemmija websites jew software bejn l-2007 u l-2012?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bħalissa jistudjaw il-mediċina? Kemm hemm Maltin u kemm hemm barranin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li studenti jistudjaw il-mediċina jifformaw parti mill-Università ta’ Malta, u għaldaqstant nistieden l-Onorevoli Membru biex jqiegħed il-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tobba impjegati mal-Gvern Malti u kemm hawn tobba jaħdmu Malta, inkluż fil-privat? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mal-Gvern ta’ Malta hemm 1038-il tabib jaħdem. Minn dawn, 132 huma barranin, u 906 huma Maltin. Barra minn hekk, 615 huma rġiel u 423 huma nisa. M’għandniex informazzjoni dwar kemm hemm tobba jaħdmu mal-Privat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti bħalissa jistudjaw id-dentistrija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li studenti jistudjaw id-dentistrija jifformaw parti mill-Università ta’ Malta, u għaldaqstant nistieden l-Onorevoli Membru biex jqiegħed il-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn dentisti impjegati mal-Gvern Malti u kemm hawn dentisti jaħdmu Malta inkluż fil-privat? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mal-Gvern ta’ Malta hemm 37-il dentist jaħdem. Dawn huma kollha Maltin. Barra minn hekk, 23 huma rġiel u 14 huma nisa. M’għandniex informazzjoni dwar kemm hemm dentisti jaħdmu mal-Privat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi kemm hawn nisa u rġiel ipejpu? Jista’ jgħid x’piż huma fuq id-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm hemm fondi allokati kull sena għal kampanji kontra t-tipjip sabiex individwu jieqaf ipejjep? Xi previżjonijiet u/jew allokazzjonijiet hemm għas-snin li ġejjin? Kemm jiswa lid-Dipartiment tas-Saħħa pazjent li jpejjep?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-aħjar sors ta’ nformazzjoni dwar it-tipjip f’dawk li għandhom 15-il sena u‘l fuq li għandu d-Dipartiment għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka huwa stħarriġ Ewropew li jsir darba kull ħames snin fuq kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni adulta ta’ Malta.
L-aħħar stħarriġ sar fil-2008. Rigward l-istħarriġ li jmiss, fil-fatt dan huwa ppjanat għall-ħarifa ta' l-2014. Id-dewmien kien l-aktar minħabba li l-EUROSTAT għażlet is-sena 2014 sabiex issib triq tan-nofs u tippermetti l-pajjizi kollha ta' l-Ewropa jagħmlu dan l-istħarriġ flimkien, kif mitlub skond ir-Regolament 141/2013 maħruġ mill-Kummissjoni Ewropeja. Wieħed irid jifhem li kull pajjiż kellhom kalendarji differenti għall-istħarriġ tagħhom dwar is-saħħa u l-maġġoranza kien imisshom jagħmluh fl-2014.
Fil-figura li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra,wieħed jista’ jara il-proporzjon ta’ irgiel u nisa li jirraportaw li jpejpu kuljum, hemm ukoll informazzjoni li ġiet mitluba mill-Onorevoli Membru.
Djar tal-Anzjani — Applikazzjonijiet minn persuni Għawdxin
Question
B’referenza għar-rapport preliminarju maħruġ mill-NSO Census of population and housing 2011 li ġie ppubblikat fl-2012, l-istatistika ppubblikata f’dan ir-rapport turi li minn popolazzjoni ta’ 416,055 persuna, 8,710 persuna jgħixu f’arranġamenti fejn il-maġġor parti tagħhom huma djar tal-anzjani, tista’ l-Ministru tagħti lista kemm minn dawn it-8,710 persuna huma Għawdxin, kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet pendenti ta’ residenti Għawdxin li jridu jmorru jgħixu fi djar tal-anzjani u kemm minn dawn ilhom pendenti? Tista’ tgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex anzjani Għawdxin ikollhom residenza simili ġewwa Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru/i konċernat/i, f’dan il-każ lill-Ministru għall-Għawdex u lill-Ministru tas-Saħħa.
Ċentri ta’ Detenzjoni – spiża totali ta’ riżorsi umani
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispiża finanzjarja totali ta’ riżorsi umani kull sena mill-2005 ’l hawn fiċ-ċentri ta’ detenzjoni? Jista’ jżid mal-lista kemm hija l-ispiża relatata mal-kura medika fl-imsemmija ċentri?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni b’kundizzjoni psikjatrika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għandhom kundizzjoni psikjatrika li mhumiex qed jieħdu l-kura fl-imsemmija faċilità iżda f’sezzjoni oħra jew f’post ieħor? Kemm hija l-ispiża relatata ma’ dan il-qasam inkluż ukoll ir-riżorsi umani? Kemm hemm individwi li qed jieħdu kura psikjatrika ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin stess?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa hemm 61 priġunier li għandhom kundizzjoni psikjatirika li mhumiex qed jieħdu l-kura fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin imma fit-taqsima Forensika Ħat-Attard.
Ħamsa u sebgħin priġunier ieħor huma taħt kura psikjatrika fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Ninsab infurmat li l-ispiża relata ma dan il-qasam ma tistax tkun identifikata minħabba li l-budget allokat għad-Dipartiment għas-Servizzi Korrettivi huwa wieħed ġenerali li jkopri s-servizzi kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ droga li nqabdet fis-sena 2012, f’dawk li huma cannabis, ecstasy u eroina? Kemm hemm minn dawk li ġew misjuba ħatja li għadhom x’jaqsmu mad-droga li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew inkella qed jagħmlu programm mhux fil-ħitan tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Sena
Cannabis
Ecstasy
Eroina
Misjuba Ħatja
Qed jagħmlu programm
2012
16.46kgs (resin)
2.785kgs (grass)
46 (plants)
73 seeds
1080 (tablets)
1.33kgs
82
6
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu shelters għaż-żwiemel tal-karozzini, fejn twaħħlu u x’kienet l-ispiża relatata ma dawn ix-shelters? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet għal aktar shelters fiż-żmien li ġej?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewlna, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba dwar shelters imwaħħla mill-elezzjoni ’l hawn. Ninsab infurmat ukoll li hemm il-ħsieb li fiż-żmien li ġej jitwaħħlu tmien shelters oħra.
Jista’ l-Ministru jekk kemm hawn dgħajjes liċenzjati għas-sajd, kemm minnhom huma liċenzjati għas-sajd tat-tonn u kemm ġie esportat tonn din is-sena u fis-sena 2012?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li preżentament fir-Reġistru tal-Bastiment tas-Sajd hemm 1026 bastiment professjonali reġistrat għas-sajd kummerċjali. Fost dawn il-bastimenti hemm 63 li għandhom liċenzja għas-sajd tat-tonn.
Ninsab infurmat ukoll li sal-20 ta' Ġunju ta’ din is-sena kienu esportati 62,053 kilogrammi ta' tonn filwaqt li għas-sena 2012 l-esportazzjoni kienet total ta’ 98,087 il-kilogramm.