Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4084 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Autistic Spectrum Disorder

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn individwi diagnosed b’Autistic Spectrum Disorder f’Malta u Għawdex? Min qed jieħu ħsieb dawn l-individwi xi prospetti hemm għalihom għall-futur? Jista’ jagħti l-informazzjoni dwar l-għajnuna li tingħata lil dawn l-individwi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ tfal djanjostikati b’Autistic Spectrum Disorder mit-tim multidixxiplinarju taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) huwa ta’ 452 pazjent. Dawn il-pazjenti jiġu assessjati u segwiti skont il-bżonn minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti. It-tim jinkludi tobba, infermiera, psikologi, fiżjoterapisti, occupational therapists u speech and language pathologists. Early Intervention teachers mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, li huma uffiċjalment membri ta’ dan it-tim, ukoll jassessjaw u jsegwu lil dawn it-tfal li kollha jsirilhom eżami tal-vista u smiegħ fl-Isptar Mater Dei. Il-professjonisti kollha fuq dan it-tim multidixxiplinarju iħejju rapport dettaljat dwar l-andament tat-tfal. Liema rapport jingħata lill-ġenituri / carers biex jippreżentawħ lill-Kap tal-iskola kkonċernata.. Il-ġenituri jiġu mħeġġa biex jiddiskutu l-kontenut tar-rapport mall-Kap tal-iskola biex tkun tista’ tingħata lit-tfal dik l-għajnuna li jkollhom bżonn. Il-Konsulent tas-CDAU jimla’ l-applikazzjonijiet meħtiega biex il-ġenituri / carers ikunu jistgħu jippreżentawhom fid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali biex it-tfal ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawk is-servizzi rilevanti. L-esperjenza wriet li bl-għajnuna bikrija ta’ dan it-tim multidixxiplinarju, t-tfal ikunu fl-aħjar pożizzjoni li jiżviluppaw l-aqwa potenzjal tagħhom
Leg 12 PQ #4085 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Festi – għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tingħata għajnuna finanzjarja għall-festi? Kemm ingħatat għajnuna għall-festi f'dawn l-aħħar ħames snin mill-fond tal-kawżi ġusti? Jista’ jingħata l-ammont ta' għajnuna kull sena, maqsum bil-lokalità u għal liema kumitat/festa rispettiv/a?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4086 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għall-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il permess ta' bini nħareġ f'dawn l-aħħar ħames snin u f'liema lokalitajiet ġew mogħtija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mill-1 ta' Jannar 2009, ġew deċiżi u approvati tmintax il-elf tmin mija u erbgħin (18,840) applikazzjonijiet tal-ippjanar (full development), fid-diversi stadji tal-ewwel deċi¿joni, rikonsiderazzjoni u appell. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li taqsam dan l-ammont fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Din l-informazzjoni ma tindikax eżatt dak li ġie mistoqsi fil-Mistoqsija Parlamentari peress li wieħed irid jinnota li applikazzjoni tista’ tidher aktar minn darba. Per eżempju applikazzjoni approvata fl-ewwel deċiżjoni tista’ tiġi appellata għal xi kundizzjoni u terġa’ tidher approvata.
Leg 12 PQ #4087 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi f’Malta u Għawdex u taħt liema kategorija jaqgħu? Kemm fetħu u għalqu lukandi f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (VELLA, KARMENU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4076 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

programm nazzjonali kontra l-obeżità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix programm nazzjonali kontra l-obeżità? Jekk le, x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jiġġieled din il-kundizzjoni medika?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għas-Saħħa qiegħed imexxi il-programm nazzjonali kontra l-obeżità li ġie imfassal fuq l-iStrateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-Ħajja”. Din lis-Strateġija ġiet neddija fil-22 ta’ Frar tas-sena 2012. Wara li dan il-pjan ġie n-nawgurat mill-gvern preċedenti, l-Ministeru beda jaħdem biex iwettqu. Għallhekk Id-Direttoprat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u il-Prevenzjoni tal-Mard qed jaħdem mal-Kumitat Intersettorjali ta’ Azzjoni Kontra l-Obeżità (ICCO) u ma’ partijiet interessati oħra biex jimplimenta l-istrateġija. Id-Directorat qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku fuq il-midja kif ukoll pemezz ta’ attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti. Isir ukoll xoghol ma’ professjonisti mill-qasam tal-edukazzjoni u l-università biex tfal u studenti ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilancjata u l- eżerċizzju fiżiku. Hemm servizzi bla ħlas ghall dawk in-nies li ghandhom bzonn jonqsu mill-piż kemm mill-aspett ta' dieta u kif ukoll eżerċizzju fiżiku

Trobbija ta’ naħal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jrabbu n-naħal f’Malta u kemm huwa l-ammont ta' naħal li għandhom? Teżisti xi statistika jew tabella li turi l-ammont ta' produzzjoni ta' għasel Malti?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm 215 persuna reġistrati mad-Direttorat tal-Agrikoltura bħala persuni li jrabbu n-naħal li bejniethom għandhom 3142 kolonja. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżamx l-ebda tip ta’ statistika fuq il-produzzjoni ta' għasel Malti.
Leg 12 PQ #4079 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Control card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti li għandhom il-control card u jekk żdidux f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-kontrol tad-Drogi li taqa` taħt ir-responsabbilità tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, iżżomm l-informazzjoni dwar in-numru ta’ control cards li jinħarġu minn sena għall-oħra, kemm dawk li jġeddu l-kartuna, kif ukoll dawk li tinħarġilhom għall-ewwel darba. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li tindika kemm inħarġu control cards f’dawn l-aħħar 5 snin.
Leg 12 PQ #4080 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Importazzjoni ta’ Antidepressants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati antidepressants u kemm ġew ikkunsmati minnhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-medicini antidepressants li nħargu mill-istores tas-CPSU flimkien mal-konsumi rispettivi tagħhom għal perjodu 2011-2013. Din l-informazzjoni bdiet tinġabar minn mindu ġie krejat l-CPSU u għalhekk l-istess informazzjoni għal perjodu 2009-2010 ma teżistiex.
Leg 12 PQ #4081 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Renal Unit — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent għamel użu mir-renal unit f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Patient Administration System tal- Isptar Mater Dei, in-numru ta’ pazjenti li għamlu użu mir-Renal Unit ġewwa l-Isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar ħames huma hekk: Admissions to Renal Unit Sena 2008 2009 2010 2011 2012 Nru ta’ Pazjenti 11,374 13,791 12,422 13,744 16,499
Leg 12 PQ #4057 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Spiża biex issir mistoqsija parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor kemm tiġi tiswa biex titwieġeb mistoqsija parlamentari, inkluż ir-riċerka?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża tvarja minn mistoqsija għall-oħra.

Fibre to the Home (FTTH) Network

Question

Peress li fi Frar 2012 il-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kien għamel sejħa ta' interess għall-"Fibre to the Home (FTTH) Network" mifrux ma' Malta u Għawdex u dan kien immirat għall-"Viżjoni 2015", jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni u jgħid min ipparteċipa f’din is-sejħa ta' interess? Fejn wasal dan il-proġett tal-FTTH?

Response (CARDONA, CHRIS)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4071, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li 15-il intrapriża kienet ipparteċipat fis-sejħa ta’ interess għall-“Fibre to the Home (FTTH) Network” li kienet saret fi Frar 2012 kif ġej: ADTRAN USA, Aggaros Spain, Ericsson Sweden, GO plc Malta, Huawei China, Hydro Rocks Malta, ICT Networks / IFTAC Malta, Innbox Slovenia, ITS Technologies / Greenwood UK, Kabel X UK, Melita plc Malta, Oplan Foundation UK, Sofrecom France, Ventura UK / USA u Vodafone Malta. Il-gvern qiegħed jassigura li flimkien mas-settur privat, jiġi implementat proġett nazzjonali biex kull dar ikollha l-opportunita’ li tagħmel użu minn fibre optic connection. B’dan il-għan il-gvern identifika numru ta’ mizuri li għandhom iwasslu sabiex is-settur privat ikompli jinvesti f’din it-teknoloġija, f’kuntest ta’ suq kompetittiv u b’hekk Malta tkun tista’ tilħaq il-miri stabbiliti f’dan is-suq.

Skejjel — WIFI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skola tal-Gvern f’Malta u Għawdex għandha sistema ta' wifi internet connection? F'liema stadju wasal il-proġett tal-Wifi State bi pjan li Malta tkun nationwide connected?

Response (CARDONA, CHRIS)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4072, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li l-Wi-Fi ġewwa l-iskejjel huwa pprovdut mill-iskejjel rispettivi. Din l-informazzjoni għandha tingħata mill-Ministeru ta’ L-Edukazzjoni. Il-proġett tal-Wi-Fi ser jagħmel parti integrali mill-istrateġija ġdida nazzjonali tal-ICT Digital Malta li ser tkun varata fix-xhur li ġejjin. Il-ħsieb ewlieni huwa li s-soċjeta` u l-intrapriża Maltija jkollha għad-dispożizzjoni tagħha diversi metodi kif taċċessa l-internet irrispetivament mill-post fejn l-individwu jew l-intraprenditur ikun u l-ħtiġijiet li jista` jkollu. Bħalissa għaddejja wkoll reviżjoni tal-190 Wi-Fi hot-spot li jinstabu mxerrdin fi pjazez u ġonna madwar Malta u Għawdex. L-għan ewlieni huwa li Malta tkun aktar connected, fejn iċ-ċittadini jkollhom aċċess aħjar għall-informazzjoni anke meta jkunu barra d-dar jew il-post tax-xogħol tagħhom.

Skejjel — e-learning solution

Question

Peress li f'Ottubru tal-2011, il-Ministru preċedenti nieda e-learning solution għall-iskejjel kollha u peress li f'dan il-proġett ta' €Eur 8.6 miljun, 85% kien iffinanzjat mill-EU Regional Fund Programme u kien hemm kuntratt ta' 7 snin konġunt mal-MITA kif ukoll mal-kumpanija Fronter, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ġiex stallat fl-iskejjel tagħna? Ingħata taħriġ adegwat fuqu? Min qed jieħu ħsieb il-content development tiegħu u x'sehem għandha l-MITA f’dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eLearning Solution li tkopri n-naħa tal-‘Management Information System’, ‘Collaborative Tools’ u ‘l-eLearning Platform’ kienet installata f’mija u tlett iskejjel (103). L-installazzjoni fiż-żewġ ‘higher secondary schools’ kemm f’Malta kif wkoll f’Għawdex se jkunu lesti sal-aħħar ta’ Settembru ta' din is sena (2013). Il-persuni fl-amministrazzjoni ta’ kull skola, kif ukoll l-għalliema ngħataw it-taħriġ meħtieġ sabiex jibdew jużaw is-sistema. In-naħa finanzjarja ‘tal-elearning solution’ se tkun installata f’kull skola sal-aħħar ta din is-sena (2013) u persuni fl-amministrazzjoni ta’ kull skola se jingħataw it-taħriġ meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jibdew juzawha. Il-MITA, bħala l-aġenzija tal-gvern li tieħu ħsieb l-IT, qiegħda tikkowordina flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni l-implementazzjoni ta’ dan il-proġett kif ukoll tikkowordina l-amminiztrazzjoni tas-sistema. Il-MITA kienet ukoll responsabbli li ddaħħal l-infrastruttura kollha li kien hemm bżonn sabiex l-eLearning solution tkun tista’ taħdem u tissorvelja l-infrastruttura sabiex tassigura li s-servizz jibqa jopera. ‘Il-content development’ huwa f’idejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Kontroll ta’ sigurtà fuq l-emails

Question

Peress li fl-2009 il-MITA iffirmat kuntratt għal tliet snin ma' kumpanija internazzjonali li qiegħda topera minn Malta rigward is-sigurtà, antivirus, malware, spam protection jew riskji ta' sigurtà fuq kontroll ta' aktar minn 20,000 email users tal-Gvern u entitajiet rispettivi, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-kuntratt ġiex estiż awtomatikament jew inkella ngħatax lil xi kumpanija differenti? F’dan il-każ, min qed jieħu ħsieb is-sigurtà tal-posta elettronika flimkien mal-MITA?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt tal-‘Antivirus’ u ‘Anti-Span Solution’ mal- GFI Software ġie estiż għal sena. Il-GFI Software jipprovdu is-software tal-prodott biss u fl-ebda ħin il-kuntrattur qatt ma kellu jew għandu aċċess għas-sistema tal-email tal-gvern. L-aspetti kollha tas-sistema tal-email tal-gvern, inkluż is-sigurtà, huma taħt ir-responsabbiltà assoluta tal-MITA.
Leg 12 PQ #4075 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Low-cost airlines

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn low-cost airlines reġistrati sabiex joperaw minn Malta? Kemm hija d-domanda tat-turisti kemm inbound kif ukoll outbound?

Response (VELLA, KARMENU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Esportazzjoni ta’ deheb u fidda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie esportat deheb u fidda minn Malta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bi spjegazzjoni f’ammont u valur bejn l-2009 sal-2012?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Importazzjoni u esportazzjoni ta’ sigaretti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm jiġu importati u esportati sigaretti min Malta fis-sena, kemm ġew ikkonsmati sigaretti f’Malta u Għawdex, kif ukoll l-ammont ta’ dazju li nġabar minn fuqhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Importazzjoni ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda kif ukoll second hand fl-2012 u kemm ġew skrappjati karozzi fl-2012? Minn dawn l-imsemmija karozzi importati ġewwa Malta, kemm minn dawn kienu petrol, diesel, hybrid jew bl-elettriku?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #4054 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għal Għawdex

Ċensiment ta’ residenti Għawdxin u ta’ Kemmuna

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri maħruġa miċ-ċensiment li sar fl-2011 li juru kemm kien hemm domanda għar-residenti li hemm ġewwa Għawdex u Kemmuna, kemm minnhom huma Maltin kif ukoll barranin maqsuma skont l-etajiet, kemm hemm minnhom għandhom ID card bil-(M) u kemm minnhom għandhom ID card bil-(G), kemm minn dawn jaqgħu taħt old dependency age? Kemm minn dawn il-persuni jgħixu għal rashom, kemm hemm minnhom jgħixu ma’ xi qarib jew qraba tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.