Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux protokolli li jirregolaw public conveniences u restrooms ta’ azjendi privati li jistgħu jintużaw mill-pubbliku? Liema standards iridu jintlaħqu? Kif inhuma kklassifikati? Min jara jekk dawn il-postijiet humiex safe u dinjitużi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għal Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jirregola biss konvenjenzi sanitarji li jinsabu fi stabbilimenti tal-ikel. Dan isir skont kif stabbilt kemm bl-Avviz Legali 264 tal-2002 (Regolamenti dwar l-Igjene tal-Ikel) kif ukoll skont Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004, dwar l-Igjene tal-Oġġetti tal-Ikel. Spezzjonijiet ta’ konvenjenzi sanitarji isiru wkoll ġewwa postijiet mediċi privati kif ukoll stabbilimenti bħall-beaticians, hairdressing salons u tattoo clinics fl-istadju tal-liċenzjar tal-imsemmija postijiet.
Minkejja li ma jeżistu l-ebda standards jew klassifikazzjonijiet għar-regolazzjoni ta’ public conveniences jew restrooms, uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għal Saħħa Ambjentali jagħmlu spezzjonijiet ġewwa f’azjendi privati biss, sabiex jinvestigaw ilmenti rigward nuqqas ta’ iġjene fl-imsemmija postijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi f’dawn l-aħħar ħames snin ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol li jsir mill-priġunieri waqt li jkunu Kordin isirx fuq bażi volontarja? Jeżisti xi protokoll biex jgħin lil dawn il-persuni jsibu xogħol ladarba dawn jirritornaw lura fis-soċjetà?
Response (MALLIA, EMANUEL)
In-numru ta’ individwi miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:
Sena 2007 389*
2008 423*
2009 492*
2010 582*
2011 591*
2012 596*
2013 602*
Dwar ix-xogħol li jsir mill-priġunieri waqt li jkunu fil-Faċilità, dan dejjem jsir buq ba¿i volontarja fejn kull priġunier li jkun jixtieq jagħmel xogħol jitkellem mal-Uffiċjal addett għal dan il-għan u l-istess Uffiċjal jqassam ix-xogħol skont il-ħtieġijiet tal-Faċilità u l-abilitajiet tal-priġunier. Improtanti li jingħad li tittieħed ukoll in kunsiderazzjoni lis-stat ta’ saħħa tal-priġunier.
Jekk l-Onorevoli interpellant qed jirreferi wkoll, għall-xogħol li jsir mill-priġunieri barra l-Faċilità (xogħol fil-komunità) il-priġunieri jdaħħlu l-applikazzjoni tagħhom u kull talba tkun evalwata minn mill-Prison Leave Board.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il produzzjoni Maltija u barranija xtara x-Xandir tal-Istat tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm swew lix-Xandir u kemm-il produzzjoni nħadmet f’dan il-perjodu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-PBS hija kumpanija kummerċjali li tibbenefika biss minn fondi tal-EPSO (Extended Public Service Obligation). L-awditjar ta’ dawn il-fondi isir kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix programm/kampanja għal batteriji użati? Jekk le, hemm xi ħsieb li jiġi introdott programm jew kampanja simili? Jekk iva, x’inhuma r-riżultati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi l-WasteServ għandha programm għal batteriji wżati. Permezz tal-kampanja pubbliċitarja fl-iskejjel, magħrufa bħala il-Battery Buster Campaign, inġabru ‘l fuq minn 32,000 kilo ta’ batteriji wżati kemm ilha għaddejja l-kampanja s’issa. Il-kampanja kompliet f’din s-sena skolastika.
Ninsab infurmat ukoll li apparti dawn, inġabru wkoll 98.67 tunnellata ta’ batteriji wżati minn ħwienet, kunsilli lokali u entitajiet oħra bejn is-sena 2010 sa Awissu 2013. Batteriji wżati jinġabru wkoll fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff tal-WasteServ. Bejn 2010 u Awissu 2013 inġabru mal-283.50 tunnellata minn dawn iċ-Ċentri.
Nawgura li l-abbozz tal-pjan dwar l-immaniġġjar tal-iskart iħares b’lenti ġdida lejn din l-
issue
.
ħarsien u kura tal-annimali – organizzazzjonijiet volontarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema organizzazzjonijiet volontarji għall-ħarsien u kura tal-annimali jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern? Kemm hu l-valur ta’ din l-għajnuna għal kull organizzazzjoni msemmija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-preżent m’hemm l-ebda organizzazzjoni volontarja għall-ħarsien u kura tal-annimali li qiegħda tibbenefika minn għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Ministeru tiegħi.
Programm tal-IVF – tkabbir tal-intensive care baby unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk flimkien mat-tħaddim tal-programm tal-IVF huwiex se jkun hemm ukoll it-tkabbir tal-intensive care baby unit? Dan it-tkabbir kemm se jinkludi sodod?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa m’hemmx ippjanar li jitkabbar in-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU). Biss qed isiru diskussjonijiet biex jiżdied in-numru ta’ paediatricians li jispeċjalizzaw fil-qasam tan-Neonatology. Barraminhekk, huwa mistenni li fit-tħaddim tal-programm tal-IVF, li se jsir ġewwa l-Isptar Mater Dei, se jkun hemm aktar skop ta’ ppjanar biex ma jkunx hemm iffullar ġewwa l-NPICU.
Ninsab infurmat ukoll li issa bit-twaqqif tal-Awtorità għal Protezzjoni tal-Embrijun (Embryo Protection Authority), l-Awtorità se tkun qed tiġbor l-informazzjoni neċessarja tal-outcomes tal-proċessi kollha li jsiru kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fil-Kliniċi Privati, u hekk se ssir iktar ippjanar tal-proċess u jkollna aktar informazzjoni għal NPICU.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn allokazzjonijiet residenzjali li m’għandhomx faċilitajiet sanitarji adegwati għaż-żminijiet li ngħixu fihom illum? X’beħsiebu jagħmel il-Gvern Malti sabiex jgħin lil dawn l-individwi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ambulanza hemm marbuta mas-servizz dirett tal-emerġenza u kemm-il sejħa jkun hemm għal dan is-servizz fis-sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-preżent għandna 15-il ambulanza marbutin mas-servizz tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Infurmat ukoll li sa l-aħħar tas-sena se jkun hawn 11-il ambulanza ġdida.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra figuri bis-sejħiet għal dan is-servizz ta kull sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern sabiex jippromwovi iktar l-ilsien Malti? Teżisti xi tip ta’ għajnuna jew kumpens għal min jikteb u jippubblika kotba bil-Malti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa skedat li jitlesta l-isptar tal-onkoloġija? Kemm se jiġi jiswa u x'sistemi ta' kura se jiġu introdotti ġewwa dan l-isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei huwa skedat li jibda jopera f’ nofs is-sena d-dieħla. Madankollu bħalissa għadu għaddej proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ tender essenzjali - dak għall estensjoni tal-electrical ring li jwassal mill Isptar Mater Dei għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija. Dan it-tender inħareġ diversi drabi iżda mingħajr ir-riżultat mixtieq. Ninsab infurmat li l-proċess ta’ aġġudikazzjoni li għaddej bħalissa huwa mistenni li jingħalaq fil-futur qarib.
L-investiment fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei, kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, huwa ta’ €54 miljun (inkluż 18% VAT).
Hija mira ewlenija ta’ dan il-Gvern li ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei ikun ċentru ta’ riferiment (reference centre) fiż-żona tal-Mediterran. Għaldaqstant bħallissa qed nagħmlu ħilietna biex nagħmlu upgrade tal-magni tar-radiotherapy , magni li hemm mixtrija sa mis-sena 2011, u li minn dak inhar l’hawn teżisti teknoloġija ferm aħjar.Iċ-ċentru ser joffri diversi sistemi ta’ kura tal-kanċer. Per eżempju, fil-qasam tar-radjuterapija (radiotherapy) iċ-ċentru ser jintroduċi sistemi ġodda ta’ VMAT (Volumetric Modulated Arc Therapy) 3D u 4D volumetric cone-beam imaging; IGRT (Image Guided Radiotherapy), eċċ. Ser jiġi ntrodott is-servizz tal-High Dose Rate (HDR) Brachytherapy. Huwa maħsub wkoll li jiġu ntrodotti progressivament sistemi ġodda ta’ terapija magħrufa bħala targeted radionuclide therapy. Dawn is-sistemi jikkumplimentaw is-servizzi diġa eżistenti ta’ trattament radioiodine (wżat, per eżempju, fit-trattament tal-kanċer tat-thyroid) Is-servizzi eżistenti tal-kimoterapija (chemotherapy) ser ikomplu jissaħħu. Huwa wkoll maħsub li eventwalment jista jiġi ntrodott sistema avvanzata ta’ radiosurgery. Id-disinn taċ-ċentru huwa diġa maħsub sabiex jilqa fiħ dawn is-sistemi ġodda.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni reġistrati li huma neqsin mid-dawl? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll jekk il-persuni li qed jistennew intervent kirurġiku li jikkoreġi dan l-ostaklu humiex jirċievu l-istess benefiċċji fuq bażi temporanja sakemm isir l-intervent? X'tip ta' benefiċċji jirċievu dawn il-persuni? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern sabiex dawn ikunu aktar inklużi fis-soċjetà?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għanda l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ dwar persuni li għandhom xi diżabilita` (RDP Register), in-numru ta` persuni li huma neqsin mid-dawl u li qed jirreġistraw għax-xogħol taħt Part 1 u Part 2 fl-aħħar ta` Settembru 2013 (skond l-aħħar nformazzjoni ppublikata) kien ta` 25.
Rigward persuni li huma neqsin mid-dawl u li kienu qed jaħdmu fl-aħħar ta` Mejju 2013 (skond l-aħħar nformazzjoni li ġiet ippublikata), kien hemm 104.
L-ammont ta’ persuni li jirċievu l-Pensjoni għall Persuni b’Vista Batuta huma ta’ 208.
Dan ma jirriflettix l-ammont reali ta’ persuni li huma neqsin mid-dawl iżda dawk li applikaw u kkwalifikaw għal din il-pensjoni. Sa issa ladarba persuna tkun ċertifikata li tbati minn vista batuta tibqa tieħu l-pensjoni sakemm l’ individwu ma javżax b’xi tibdil fiċ-ċirkostanzi sew attwali kif ukoll mediċi tiegħu. Ir-rata tal-pensjoni fil-preżent hija ta’ €97.07 fil-ġimgħa u jingħata ukoll il-bonuses dovuti.
Tista’ l-Ministru tgħid x'benefiċċji tkun intitolata għalihom armla ta' raġel li kien self-employed u qatt ma ħallas taxxa u lanqas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali? Ladarba din il-persuna m’għandhiex tort, se jkun hemm tibdil fil-liġi biex persuni bħal din l-armla ma jsofrux f’ħajjithom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li armla ta’ persuna li kien self-employed u qatt ma ħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali ma tkunx intitolata għal pensjoni kontributorja tas-sigurta’ soċjali, iżda għal benefiċċji mhux kontributorji li huma suġġett għal test tal-mezzi. Jekk tkun taħt is-sittin sena tista tapplika għal-Għajnuna Socjali u jekk taqbiżhom, tapplika għal Pensjoni ta’ l’Eta’ mhux kontributorja.
B’dan il-mod m’ hemmx għalfejn ikun hemm tibdil fil-liġi għax il-liġi preżenti taħseb għal dawn il-persuni ukoll.
Evalwazzjoni ta’ Kwalifiċi Nazzjonali u Internazzjonali — applikazzjonijiet
Question
Peress li l-proċess ta' kif applikazzjoni għall-Evalwazzjoni ta’ Kwalifika Nazzjonali u Internazzjonali tiġi evalwata u bħalissa l-metodu online jieħu t-tul u trid tintu¿a wkoll ir-reġistrazzjoni tal-e-id li ttawwal aktar dan il-proċess u hemm ka¿ijiet fejn saħansitra ilhom minn Novembru tal-2012 sabiex jiġu evalwati kwalifiċi internazzjonali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb sabiex dan il-proċess jitħaffef u jitjieb? Kemm-il applikazzjoni ġiet evalwata bejn 2008 sal-2012?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s’issa l-applikazzjonijiet għall-Evalwazzjoni ta’ Kwalifiki Nazzjonali u Internazzjonali ma jsirux online permezz tar-reġistrazzjoni tal-e-id. Qatt ma kien hemm dan il-proċess in place. L-applikant jista’ japplika għal dan is-servizz billi jidħol fil-website tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) www.ncfhe.org.mt fejn hemm l-applikazzjoni taħt is-sezzjoni tal-website li jisimha MQRIC (Iċ- Ċentru Malti ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki).
Sabiex il-proċess ta’ evalwazzjoni jitjieb se jinxtara
hardware
ġdid fit-taqsima tal-MQRIC li taqa’ taħt l-NCFHE. Se tiġi żviluppata wkoll
database
li se tkun
online
. F’din id-
database
l-individwu se jkun jista’ jsib ħafna informazzjoni dwar l-Evalwazzjoni ta’ Kwalifiki Nazzjonali u b’hekk in-numru ta’ applikazzjonijiet se jitnaqqas ħafna.
S’issa ġew evalwati dawn l-applikazzjonijiet –
Sena 2009 – 1112-il kwalifika li minnhom ġew evalwati 954 (85%). Kien hemm ukoll 286 applikazzjoni prospettiva.
Sena 2010 - 6400 kwalifika li minnhom ġew evalwati 5997 (93%). Kien hemm ukoll 1703 applikazzjoni prospettiva.
Sena 2011 – 7607 kwalifika li minnhom ġew evalwati 2059 (92 %). Kien hemm ukoll 1396 applikazzjoni prospettiva.
Sena 2012 – 8437 kwalifika li minnhom ġew evalwati 7144 (84%). Kien hemm ukoll 1302 applikazzjoni prospettiva.
Infurmat li l-MQRIC mhux f’pożizzjoni li jagħti tagħrif statistiku qabel l-2009 peress li qabel din is-sena kienet tintuża sistema differenti li m’għadiex fis-seħħ.
Fil-każ ta’ Wikileaks (Snowden), jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi dokumenti li jinvolvu lill-gżejjer Maltin?
Response (VELLA, GEORGE)
Fil-Wikileakshuwa fatt magħruf li hemm ħafna dokumenti dwar Malta. Rigward Snowden u dak li hu allegat li żvela, s'issa ma jidhirx li hemm xi materjal li jirrigwarda lil Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn nies ta' nazzjonalità barranija li qed jaħdmu bħala carers fid-djar Maltin? Jista’ jgħid jekk is-salarju tagħhom jaqax taħt xi kategorija partikolari?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Jista’ l-Ministru jekk teżistix xi forma ta' ċensura fuq logħob elettroniku li jista' jkun meqjus bħala vjolenti jew għandu messaġġ vjolenti speċjalment għat-tfal? Fid-dawl ta' dan kollu, jeżisti xi tip ta' kontroll?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni bla saqaf (homeless) ġewwa pajjiżna? X'qed isir biex tiġi indirizzata din il-problema? Tista’ tgħid jekk hemmx statistika li turi minn liema naħat qed jiġu identifikati dawn il-homeless?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara jekk hemmx il-ħsieb li jsir tibdil fil-liġi biex meta persuna tapplika għal impjieg, mistoqsijiet fuq tqala u menstruazzjoni jiġu mħollija barra totalment għax huma diskriminatorji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat, jiġifieri lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li n-
National Employment Authority
, li bħala awtorita' taqa' fi ħdan id-dekasteru tiegħi, dejjem tikkunsidra dawn id-dettalji waqt is-smigħ tal-appelli li jkollu l-Bord. Dan biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet kemm tal-ħaddiem kif ukoll ta' min iħaddem.
Kirjiet ta’ postijiet jew appartamenti residenzjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif jiġu kkalkulati l-kirjiet ta’ postijiet jew appartamenti residenzjali tal-Gvern? Dawn ivarjaw skont il-lokalità jew is-sitwazzjoni tal-individwu? Xi dħul għandu l-Gvern fis-sena minn dawn il-kirjiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet ta’ postijiet jew appartamenti residenzjali tal-Gvern għalina qed jiġu kkalkulati skont:-
§ in-numru tal-kmamar tas-sodda,
§ il-lokalita’ tal-fond u
§ d-dħul tal-inkwilini. Is-sussdiju jingħata skont it-tabella t’hawn taħt
Dhul Annwali(€)
Sussidju
0,000 – 6000
85%
6,001 - 8,000
80%
8,001 -10,000
75%
10,001 u aktar
70%
Dan sakemm ma titlesta l-policy għal kirjiet soċjali li qed tkun zvilupatta mill-Awtorita’ tad-Djar. Dan qed isir anke f’kuntest ta’ l-istrategija għal housing soċjali li qed tinbena minn dan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux programmi fl-iskejjel kontra l-vjolenza domestika? Jekk le, hemm xi ħsieb li jiġu introdotti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz għall-protezzjoni tat-tfal (Child Safety Services) li tifforma parti minn Safe School Programmes fi ħdan is-Servizz Psiko-Soċjali għall-istudenti tagħmel xogħol ukoll fuq livell ta’ prevenzjoni. Dan jinkludi sessjonijiet ta’ għarfien mal- ġenituri u sessjonijiet ta’ prevenzjoni u għarfien mal-istudenti tar-raba’ sena fl-iskejjel primarji kollha tal-istat f’Malta u Għawdex bl-isem ‘How to keep safe’. Il-programmi għandhom l-għan li jagħtu lill-istudenti t-tagħrif meħtieġ fuq abbuż tat-tfal u l-għodda meħtieġa biex jipproteġu ruħhom.
Il-vjolenza domestika wkoll tiġi ndirizzata għax taqa’ taħt l-aspett ta’ abbuż fiżiku. Dawn il-programmi jiġu offruti wkoll fil-livell sekondarju fuq talba mill-iskejjel infushom.
Għalkemm ma jeżisti l-ebda programm speċifiku fl-iskejjel kontra l-vjolenza domestika, fil-Personal and Social Development l-għalliema jirreferu għar-rispett reċiproku li għandu jkun hemm fir-relazzjoni ta' bejn il-mara u r-raġel.