Legislature:
Category:
Reset
Active:

Linji gwida għall-portabilità ta’ email addresses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux linji gwida għall-portabilità ta’ email addresses meta klijent jaqleb is-servizz tal-internet minn operatur ta’ telekommunikazzjoni għal ieħor? Jista’ l-klijent iżomm l-istess email address bħal fil-każ tal-portabilità fuq il-linji fissi? Jekk le, hemm ħsieb li din tiġi indirizzata lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-portabilità ta' e-mail addresses meta klijent jaqleb is-servizz tal-internet minn operatur għall-ieħor, mhiex suġġett għal xi linji gwida. Fil-preżent mhux possibli li wieħed jesiġi bid-dritt li jzomm l-indirizz ta' l-e-mail li kellu qabel meta jiġi biex jibdel l-operatur. Fil-preżent m’hemmx ikkontemplat miżura ta' din ix-xorta, fejn allura jista' jkun hemm obbligu ta' portabilità ta' e-mail address. Hu pero’ pertinenti li jsir referenza għar-regolament 48 tar-Regolamenti dwar in-Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettronici (Generali) (L.S. 399.28 tal-Liġijiet ta' Malta) fejn abbonat għandu l-fakulta’ li għal ċertu żmien minn meta ibbiddel l-operatur jitlob: [1] it-twassil ta' kull posta elettronika li tiġi riċevuta fuq l-indirizz ta' e-mail oriġinali tmur lejn l-indirirzz ta' l-e-mail ġdid; [2] risposta awtomatizzata għal kull posta elettronika li tiġi riċevuta fuq l-indirizz e-mail oriġinali flimkien ma' messaġġ li jgħarraf lill-mittent bis-servizz ta' twassil imsemmi fil-paragrafu [1} u l-indirizz e-mail ġdid, meta l-abbonat jitlob li jsir hekk.

Introduzzjoni ta’ Tablets fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-użu ta’ tablet għar-raba’ sena fl-iskejjel? Jista’ jgħid jekk hux qed issir ħidma fuq il-content management jew software ta’ dawn l-istess tablets?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru diskussjonijiet mal-MITA fuq il-punti li semma fil-mistoqsija, jiġifieri l-content management u software. Hu mistenni li proġett pilota għall-użu tat-tablets jibda aktar tard f'din is-sena skolastika.
Leg 12 PQ #4751 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Studenti li ġew Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċifri tan-numri ta’ studenti li ġew Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż, xahar b’xahar għas-sena 2012 u Jannar sa Awwissu 2013? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawn l-istudenti meta mqabbel man-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna għall-istess perjodu msemmi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għall-perjodu Jannar sa Awissu 2013 għadha qed tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-sena 2012.
Leg 12 PQ #4752 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità tat-Turiżmu — cruiseliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu qattx ħallset xi flus lill-aġenziji kemm Maltin kif ukoll barranin li jġibu l-cruiseliners f’Malta jew lill-mother companies tal-cruiseliners sabiex jattiraw aktar żjarat ta’ cruiseliners f’pajjiżna? Lil min tħallsu dawn il-flus, meta u x’kienu l-ammonti? X’miżuri qed jittieħdu min-naħa tal-Awtorità tat-Turiżmu f’isem il-Gvern sabiex inkomplu nattiraw u nressqu dan is-settur turistiku lejn Malta?

Response (VELLA, KARMENU)

Bħala parti mix-xogħol tagħha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tagħmel reklamar minn żmien għal żmien sew direttament ma’ kumpaniji ta’ Cruise Liners kif ukoll ma’ operaturi turistiċi oħra f’dan il-qasam. Din il-promozzjoni hija sew tal-Port kif ukoll u iżjed importanti ta’ Malta bħala destinazzjoni biex wieħed jibda jew jispiċċa l-cruise tiegħu u/jew jgħaddi xi ġranet fil-gżejjer Maltin qabel jew wara il-cruise. L-arranġamenti imsemmija ivarjaw u huma ta’ natura kummerċjali. Fil-preżent qiegħed isir xogħol min-naħa tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Valletta Cruise Port sabiex it-tnaqqis reġistrat din is-sena, bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet li kienu ittieħdu fl-2011 u 2012, jiġi indirizzat b’mod immedjat.

Liċenzji tal-kummerċ

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ kemm ħarġu liċenzji tal-kummerċ din is-sena xahar b’xahar sal-aħħar ta’ Awwissu, maqsumin skont il-ġeneru u d-daqs tal-kummerċ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Bejn ix-xahar ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Awwissu, d-Dipartiment tal-Kummerċ ħareġ dawn il-liċenzji kif ġej: JANNAR FRAR MARZU APRIL MEJJU ĠUNJU LULJU AWWISSU TOTAL Postijiet Kummerċjali 91 96 94 123 85 62 92 60 703 Servizz għand il-Klijent 33 42 60 47 50 37 33 25 327 Bejjiegħ tat-Triq 9 22 5 12 8 14 19 6 95 Bejjiegħ tal-Monti 1 15 17 3 7 10 9 2 64 Marketing Agent 0 2 2 1 0 0 1 0 6 Busker 3 0 6 7 16 8 11 4 55 137 177 184 193 166 131 165 97 1250 Il-postijiet kummerċjali maqsumin skont il-ġeneru (type code) jinsabu f’Appendiċi I u l-postijiet kummerċjali maqsumin skont id-daqs (footprint) jinsabu f’Appendiċi II, li t-tnejn li huma qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4754 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar figura ta’ kemm hemm nies impjegati mal-kumpanija Gozo Channel? Kemm minnhom huma full-time, kemm minnhom huma part-time? Jista’ jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid kemm qed tħaddem nies b’contract of service jiġifieri li għalkemm ma jidhrux fuq il-kotba tal-Gozo Channel, qed jagħtu servizz bi ħlas lill-istess kumpanija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-Gozo Channel Company Limited hija mitejn u sitt (206) impjegati full-time li jinqasmu f'sitta u ghoxrin (26) mara u mija u tmenin (180) ragel. Hemm ukoll 5 kadetti u 9 membri tal-bord fuq bazi part-time. Minn dan tlieta (3) huma nisa u hdax (11) huma rgiel. Tliet impjegati ohra huma fuq contract of service.

Għajnuna psikoloġika lill-qraba ta’ pazjenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux jipprovdi għajnuna psikoloġika lill-qraba ta’ pazjenti li mietu, li qegħdin l-ITU jew li kellhom korriment? Jekk iva, kemm-il individwu għamel użu minn dan is-servizz? Jekk le, hemm il-ħsieb li jitwaqqaf dan is-servizz?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata mill-Ministru tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #4745 Sitting 73 2013-11-06 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Active Credit Cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn active credit cards? Kemm żdied l-użu tagħhom bejn l-2008 sal-2012? Kemm kien hawn każijiet rrappurtati fuq frodi ta’ credit cards?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSA u c-Central Bank m’għandhomx l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4746 Sitting 73 2013-11-06 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Pest Control Unit — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi jaħdmu mal-pest control unit? Xi kwalifiki għandhom? Kemm intuża velenu f’dawn l-aħħar ħames snin? X’tip ta’ logging jeżisti għall-użu ta’ din is-sustanza?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali tħaddan fiha 24 impjegat u l-ebda ħaddiem m’għandu xi kwalifika relatata ma’ dan ix-xogħol minħabba li mijiex rekwiżita l-ebda kwalifika sabiex taħdem f’din is-sezzjoni. Matul dawn l-aħħar 5 snin intuża bejn wieħed u ieħor 37,000 kilo velenu. Dan jinkorpora xi 34,000 kilo velenu fuq bażi ta zerriegha u madwar 3,000 kilo fuq bażi ta’ xema`. L-istess sezzjoni żżomm rekords ta’ kif qed jintuża u jitqassam dan il velenu.

MCA – kumpens monetarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret mill-Awtorità tal-Kommunikazzjoni ta’ Malta lill-operaturi tat-oelekommunikazzjoni sabiex jagħtu kumpens monetarju lill-klijent fejn il-kwalità tas-servizz ma tkunx intlaħqet waqt il-kuntratt? Jista’ jgħid kemm kien hemm talbiet bejn l-2008 u l-2012?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li r-rwol tal-Awtorita f'dan il-kuntest hu primarjament li meta jaslu għandha ilmenti ta' din ix-xorta l-ewwel tipprova tagħmel ħidma ta' medjazzjoni bejn l-operatur konċernat u l-utent biex dawn jaslu f'ftehim aħħari. F'każ li dan, minkejja l-intervent tal-Awtorità, ma jseħħx, l-Awtorità a tenur tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur [Kap. 378] tista' tissuġġerixxi lill-utent li jressaq il-każ tiegħu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur imbagħad sta għat-Tribunal biex jeddeċiedi jekk l-utent għandux jingħata kumpens u jekk iva kemm.

MCA – wifi public hotspots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta qed taħdem magħhom sabiex toffri l-185 wifi public hotspots b’xejn madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid min jieħu ħsieb il-parental filtering ta’ dawn il-hotspots kollha? Kemm jiġi updated dan il-filtering minn dawn il-public wifi hotspots? Min qed jieħu ħsieb dan il-proġett u l-update tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

L-entitajiet huma: - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol - Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima - Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar - Ministeru għas-Saħħa - Awtorità Maltija għat-Turiżmu - Transport Malta - Dipartiment għall-Gvern Lokali - Kunsill Lokali Ħal Kirkop - Kunsill Lokali Sliema - Kunsill Lokali San Gwann - Kunsill Lokali Zurrieq - Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar - Segretarjat tal-Prim Ministru - Kunsill Lokali Belt Valletta - Reġjun Nofsinhar - Banif Bank - Kunsill Lokali H'Attard - Millennium Chapel - Kunsill Lokali Hal Qormi - Arkivji Nazzjonali ta' Malta - Kunsill Lokali ta' Birkirkara Il-filtering huwa responsabbilta’ tal-ISP (GO). Il-filters użati jisimhom "Barracuda Filtering" u "Smoothwall Filtering" u jiġu updated darbtejn fil-ġimgħa. Il-proġett huwa responsabbilta’ tal-Malta Communications Authority. B'kollox hemm 190 WiFi spots.

Postijiet tal-Gvern – tneħħija ta’ ordni ta’ rekwiżizzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tispjega s-sitwazzjoni u l-provedimenti li l-Gvern se jadotta rigward postijiet li tneħħielhom l-ordni ta’ rekwiżizzjoni u li issa ġew derikwiżizzjonati, f`każijiet fejn is-sidien ta’ dawn il-postijiet qed jitolbu lill-inkwilini biex joħorgu minn hemm meta l-istess inkwilini kellhom titolu validu skont il-liġi li jibqgħu hemm u l-ebda liġi ta’ derekwiżizzjoni ma tista’ timponi retroattività? Xi protezzjoni qed joffri l-istat għal din is-sitwazzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4738 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Vaċċin tal-influwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġi introdott il-vaċċin tal-influwenza li jingħata via l-imnieħer minflokk titqiba (speċjalment għat-tfal)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-għażla li it-tilqima kontra l-influwenza li tingħata mill-Ministeru għas-Saħħa tkun dik li tingħata b’injection ittieħdet fuq bażi kemm klinika klif ukoll loġistika. Filwaqt li t-tilqima li tingħat bil-labra hija addattata għal kull eta u kundizzjoni klinika, mhux l-istess jista’ jingħad għal dik li tingħata mill-imnieħer. It–tilqima li-tingħata f’forma ta spray fl-imnieħer tista’ tingħata biss lil etajiet ta’ bejn sentejn u 49 sena u ma tistax tingħata lil nies b’kundizzjonijiet mediċi bħal ażma, u nisa tqal u allura mhix addatata għall-maġġoranża tal-popolazzjoni li il-Ministeru jindirizza il-kampanja ta’tilqim lejha.
Leg 12 PQ #4739 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għal Għawdex

Djar tal-Anzjani – Applikazzjonijiet minn persuni Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4033 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u b’referenza għar-rapport preliminari maħruġ mill-NSO Census of population and housing 2011 li ġie ppubblikat fl-2012, u ċjoè peress li l-istatistika ppubblikata f’dan ir-rapport turi li minn popolazzjoni ta’ 416,055 persuna, 8,710 persuna jgħixu f’arranġamenti fejn il-maġġor parti tagħhom huma djar tal-anzjani, jista’ l-Ministru jagħti lista kemm minn dawn it-8,710 persuna huma Għawdxin, kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet pendenti ta’ residenti Għawdxin li jridu jmorru jgħixu fi djar tal-anzjani u kemm minn dawn ilhom pendenti? Jista’ jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex anzjani Għawdxin ikollhom residenza simili ġewwa Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija, jiġifieri dik dwar il-każi pendenti li hemm għar-Residenza Sant' Anna u s-Sala Ġerjatrika tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, tinsab fit-tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Ministeru għal Għawdex beħsiebu jinvesti f'faċilità residenzjali għall-anzjani f'Għajnsielem li se jkollha 70 kamra u 140 sodda.

Studenti tal-mediċina

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4039 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm studenti bħalissa jistudjaw il-mediċina? Kemm hemm Maltin u kemm hemm barranin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa fl-Universita' hemm 508 studenti Maltin u 216 studenti barranin (EU u mhux EU) li qed jistudjaw fil-kors li jwassal għall-grad ta' Doctor of Medicine and Surgery. Minħabba li l-istudenti għadhom qed jagħmlu l- enrollment tal-bidu tas-sena, dan in-numru jista' jinbidel xi ftit fil-ġranet li ġejjin.

Studju tad-dentistrija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4041 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn studenti bħalissa jistudjaw id-dentistrija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa hemm 68 student li qed jistudjaw id-dentistrija fl-Università. Minħabba li l-istudenti għadhom qed jagħmlu l-enrollment tal-bidu tas-sena, dan in-numru jista' jinbidel xi ftit fil-ġranet li ġejjin.
Leg 12 PQ #4742 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Maltco — taxxi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern f’taxxi mill-Maltco f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm bħala perċentwali ntużaw minnhom għal skopijiet soċjali? Jista’ jgħid jekk intużawx sabiex minnhom jgħinu lill-gamblers permezz ta’ programmi jew attenzjoni partikulari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Impjegati nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nisa li jaħdmu fuq bażi full-time? Kemm huwa t-total ta’ nisa li jaħdmu part-time bħalissa? Kemm hawn nisa li għandhom ’il fuq minn 50 sena li jaħdmu full-time? Teżisti pay gap bejn nisa u rġiel? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema impjiegi u f’liema etajiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li, fl-aħħar ta' Mejju 2013, in-numru ta' nisa li kienu qed jaħdmu 'full-time' kien ta' 54,822 filwaqt li dawk li jaħdmu 'part-time' bħala l-uniku xogħol tagħhom kien ta' 18,937. In-numru ta' nisa li għandhom minn 50 sena 'il fuq li jaħdmu 'full-time' kien ta' 9,402. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni fir-rigward tal- 'pay gap' bejn nisa u rġiel.

Korsijiet universitarji online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux korsijiet universitarji online? Jekk iva, liema huma u kemm hemm studenti li qed jipparteċipaw fihom? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu introdotti? Hemm il-ħsieb li jiġu introdotti eżamijiet online?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-korsijiet universitarji li jsiru online u n-numru ta’ studenti rreġistrati fuq kull wieħed minnhom, huma kif ġej: KORS NUMRU TA’ STUDENTI – 2012/3 B.Sc. (Hons) Health Science 127 Master in Contemporary Diplomacy 30 Master in Performance Studies (Dance) 5 Il-korsijiet tal-Università, kemm dawk ta’ matul il-ġurnata kif ukoll dawk ta’ filgħaxija, jużaw il- virtual learning environment (VLE) li jagħti l-faċilità lil-letturi biex jipprovdu l-materjal tal-kors u l-materjal għall-qari online . Il-letturi jistgħu wkoll jżommu kuntatt mal-istudenti tagħhom permezz tal-VLE. Għaldaqstant, il-programmi kollha għandhom komponent online li jintuża xi ftit jew wisq skont dak li jixtieq il-lettur. Is-Senat tal-Università waqqaf kumitat li jinkludi fih letturi, staff tal-IT Services u tal-amministrazzjoni li ħafna minnhom għandhom esperjenza ta’ korsijiet online għax huma stess segwew korsijiet b’dan il-mod ma’ universitajiet varji barranin. Dan il-kumitat qiegħed jara xinhu meħtieġ bħala riżorsi – umani, infrastrutturali, taħriġ u inċentivi – biex jgħinu lill-fakultajiet kollha tal-Università jfasslu korsijiet li jkunu mogħtija online b’mod professjonali li jistgħu jikkompetu ma’ korsijiet online offruti madwar id-dinja kollha u b’hekk jattiraw ħafna studenti internazzjonali minn barra minn Malta u Għawdex. Wieħed irid isemmi wkoll li għadd ta’ korsijiet li jsiru fil-kampus ta’ Malta jiġu mogħtija wkoll Għawdex permezz ta’ video conferencing . B’hekk studenti Għawdxin jistgħu jsegwu dawn il-korsijiet mingħajr il-bżonn li jiġu Malta għal lectures . L-Università qiegħda wkoll f’diskussjonijiet biex tibda toffri xi eżamijiet online fil-futur.