Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1768 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bereġ tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, lokalita' b'lokalita', berġa berġa mill-1998 'l hawn kemm kien in-numru ta' persuni li b'xi mod jew ieħor għamlu użu mis-servizzi tat-tobba u l-infermiera eċċ fil-bereġ kollha tal-Gvern f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern dwar l-bereġ u cioe' jekk dawn humiex se jibqgħu miftuħa? X'servizzi se jagħtu ladarba tidħol ma' Malta u Għawdex kollha l-iskema ta' Ispiżerija ta' l-Għażla Tiegħek, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li ma tinżammx statistika dwar il-bereġ ta' Għawdex peress li dawn jaqgħu taħt il-Ministeru konċernat. Ninsab informat ukoll li minbarra t-tqassim tal-mediċini mill-ispiżeriji, iċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ joffru diversi servizzi oħra. Għalhekk m'hemm l-beda ħsieb li jingħalqu dawn iċ-ċentri meta tidħol fis-seħħ l-iskema ta' l-iSpiżerija ta' l-Għażla Tiegħek ma' Malta u Għawdex kollha.
Leg 11 PQ #1798 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Funzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, mit-twaqqif tal-kunsilli lokali fl-1993 'l hawn, x'kienu l-funzjonijiet, ir-responsabilitajiet eċċ li ngħataw? Hemm il-ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw xi funzjonijiet, responsabbiltajiet eċċ oħra? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma u meta se jingħatawlhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1800 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Sindki

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu s-sindki tal-lokalitajiet kollha fejn hemm il-kunsilli lolaki mit-twaqqif tagħhom 'l hawn? Kemm dam kull sindku fil-kariga u f'isem liema partit kien elett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1803 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu s-segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali kollha mit-twaqqif tagħhom 'l hawn u kemm dam kull segretarju eżekuttiv fil-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1805 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Riżenji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm kien hemm riżenji minn kull kunsill lokali, min kienu s-sindki jew kunsilliera li rriżenjaw u meta rriżenjaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Separar ta' Skart Domestiku "Irriċikla t-Tlieta"

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħa ħsieb iqassam fid-djar tal-lokalitajiet kollha l-leaflets Separar ta' Skart Domestiku "Irriċikla t-Tlieta"? Jaf il-Ministru li mhux fid-djar u fil-lokalitajiet kollha tqassmu dawn il-leaflets? Kemm kull kunsill lokali ngħata boroż grizi? Kif kull kunsill lokali ddispona ( u cioe dawn il-boroż inġabrux mir-residenti inkella qassamhomx il-kunsill bieb bieb) minn dawn il-boroż griżi b'xejn? Kemm kull kunsill lokali ddispona min-numru ta' boroz li ngħata? U fil-każ ta' dawk il-kunsilli lokali li kellhom rispons baxx ħafna mir-residenti, jista' l-Ministru jara li dawn il-kunsilli lokali jqassmu b'xi mod dawn il-boroż huma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ntuża s-servizz bi ħlas tal-Maltapost p.l.c li ħadet ħsieb it-tqassim tal-leaflet, Separar ta’ Skart Domestiku “Irriċikla t-Tlieta. Iva naf u nfatti l-Ministeru rċieva madwar 6,000 talba għal dawn il- leaflets. Jien infurmat li għad hemm xi ħlasijiet pendenti minħabba dan. Il-Kunsilli Lokali kollha ingħataw rollijiet ta’ boroż griżi li kull roll kien fih 8 boroż. Kull Kunsill, ingħata rollijiet skond kemm għandu residenzi rreġistrati miegħu. Fejn ir-rispons mir-residenti kien baxx ħafna, kull ma jista’ jsir hu li kemm il-gvern u kemm il-Kunsilli Lokali jħeġġu għal iktar parteċipazzjoni. Nitlob l-Onor Membru biex jirreferi t-tielet u r-raba mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #1762 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

In-Nazzjon — Editur/Agent Editur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni reġistrati bħala editur jew aġent editur tal-gazzetta "In-Nazzjon" mill-1 ta' Lulju, 1970 'l hawn u l-perijodu li damu f'din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1763 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mument — Editur/Aġent Editur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni reġistrati bħala editur jew aġent editur tal-gazzetta "Il-Mument" mid-9 ta' Lulju, 1972 'l hawn u l-perjodu li damu f'din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1764 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single Parents

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single parents kull sena mill-1998 'l hawn li kienu qed jibbenefikaw minn xi forma ta' għajnuna soċjali eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żwiġijiet Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żweġijiet li saru kull sena mill-1998 'l hawn u kemm minn dawn iż-żwiġijiet kienu żwiġijiet ċivili biss? Kemm kull sena miż-żweġijiet ċivili kienu bejn Maltin, jew bejn Maltin u barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #1766 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Annullamenti/Separazzjonijiet taż żwiġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għal annullamenti ta' żweġijiet u ta' separazzjonijiet ta' żwiġijiet li saru kull sena mill-1998 'l hawn u kemm kull sena l-Qorti tal-Familja jew xi Qorti oħra annullat jew awtorizzat separazzjonijiet? Kemm kull sena mill-1998 'l hawn twaqqgħu talbiet għal annullamenti jew separazzjonijiet minħabba medjazzjoni jew minħabba ftehim milħuq bejn il-koppja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għall-mistoqsija magħmula mill-Onor. Interpellant.

Studenti bi Bżonnijiet Mediċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal, fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat li għandhom bżonn jieħdu mediċina (eż pilloli, syrups, inhalers, drops eċċ) waqt il-ħin ta' l-iskola u dan fuq bażi regolari? Tista' tgħid ukoll kemm hemm tfal, fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat li għandhom bżonn kura medika aktar intensiva (eż injections, suppositories, catheter eċċ) waqt il-ħin ta' l-iskola u dan fuq bażi regolari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Attard — Triq iz-Zahar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' esproprijazjoni biex jitlesta x-xogħol fi Triq iz-Zahar, H'Attard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa t-Taqsima tal-Proprjeta' tal-Gvern qegħda fl-istadju li tipprepara l-pjanti neċessarji biex wara jkun jista' jitkompla l-proċess ta' l-espropriju.

Attard — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol x'isir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq it-Taħħan u Triq iz-Zahar f'H'Attard?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT qed tistenna l-espropjażżjoni meħtiega fi Triq iz-Zahar biex imbagħad tkun tista’ tagħlaq ix-xogħlijiet. Ix-xogħlijiet li setgħu jsiru fi triq it-Taħħan saru.

MEPA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm il-MEPA milli teżegwixxi l-enforcement no. 344/99 f'Marsaxlokk?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li inħareġ Avviż ta' Twettiq u Infurzar ECF 344/99 fl-20 ta' April 1999 minħabba li l-applikant ma kkonformax ruħu ma' kundizzjoni 18 tal-permess PB3095/87/48/86 datat 28 ta' Settembru 1987 billi ma ffurmax it- triq quddiem iż-żewġ faċċati tal-plot tiegħu skond il-liġi. Tajjeb wieħed jinnota li dan il-każ hu inkluż fil-pjan għal azzjoni diretta.

Għawdex, Fontana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ta' enforcement ittieħdu dan l-aħħar fi Triq/Wied Siekel fil-Fontana, Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 26396.

Chadwick lakes — Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid, wara talba li saret minn diversi residenti, lil min ingħatat it-tender biex isir xogħol ta' tarmacfiċ-Chadwick Lakes? Kemm hu stmat li jiswa dan ix-xogħol? X'xogħol ser isir u meta se jibda dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li wara sejħa għall-offerti ta' xogħol it-tenders kienu adgudikati w ix-xogħol ingħata lid-ditta Polidano Brothers. Il-valur tax-xogħol huwa ta' madwar Lm35,000 u jikkonsisti l-iżjed fl-asfaltar tat-triq. Ix-xogħol mistenni jibda fil-gimgħat li ġejjin. .

H'Attard — Reserved parking

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 19495, 21718, 25977 u 26448 peress li minn spezzjoni li saret fuq il-post, cioe quddiem l-indirizz, 1, Sqaq il-Pjazzetta Nru. 2, Attard minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li r-reserved parking li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari mhux għal użu minn persuni b'diżabilita' u minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku sa mis-sena 1998 ma nstabitx approvazzjoni għal tali reserved parking, u mir-records tal-Pulizija ma rriżulta li hemm xejn dwar dan il-każ, tista' l-Awtorita' tat-Trasport tneħħi dan ir-reserved parking?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li t-taqsima kienet infurmata mill-Korp tal-Pulizija li l-permess għal tali Reserved Parking kienet inħarget minnhom għal raġunijiet ta' sigurta.

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Għeneb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet saru fi Triq l-Għeneb, Ħaż-Żebbuġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fit-triq imsemmija kienu jinkludu xogħlijiet fuq bini ta' bankini ġodda u xogħijiet ta' tarmak, kif ukoll xi servizzi fejn meħtieġa. Ninsab infurmat ukoll li quddiem 'plot' partikolari kien hemm problemi minħabba li s-sidien qegħdin il-qorti u fuq talba tal-avukat tagħhom il-bankina ma nbnietx quddiem dan il 'plot'.