Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 286 u jgħid jekk il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid saritx skont Kapitlu VII section 92 tal-Kostituzzjoni, li tgħid li l-kapijiet tad-dipartimenti, inkluż dak tal-Pulizija, jrid ikun membru tas-settur pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Iż-Żurrieq — Triq Vincenzo Caruana - triq magħluqa b'fence
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Vincenzo Caruana kantuniera ma' Triq San Martin fiż-Żurrieq hemm parti mit-triq li hija magħluqa bil-fence u mhux miftuħa bħala triq pubblika?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta se tkun qed tinvestiga dan il-każ flimkien ma’ entitajiet oħra sabiex jiġu mħarsa l-obligi relatati mal-iżvilupp f’din t-triq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid saritx skont Kapitlu VII section 92 tal-Kostituzzjoni, li tgħid li l-kapijiet tad-dipartimenti inkluż dak tal-Pulizija, jrid ikun membru tas-settur pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B'referenza għall-Interpellanza tal-Onor interpellant, risposta għall-mistoqsija numru 286 tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema sena beda jingħata l-istipendju u kemm ingħata stipendju sena b'sena? Tista' tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li ngħataw l-istipendju sena b'sena? Liema huma l-istituzzjonijiet edukattivi li l-istudenti li jattendu fihom jingħataw l-istipendju? Huwa minnu li studenti li jkollhom ċirkustanzi differenti jingħataw aktar stipendju minn studenti oħrajn? Jekk fil-posittiv, tista' tgħid x'inhuma dawn iċ-ċirkustanzi u kemm jingħata stipendju aktar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Water Works Department u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif, rispettivament għal Water Works Department 1989, 1990, 1991 u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, għall-2009, l-2010 u l-2011, kemm kienu b’kollox l-impjegati u kemm kienet n-nefqa rikorrenti u kapitali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32930 u jgħid kemm hija n-nefqa ta’ kull kunsill lokali f’dawn l-aħħar ħames snin għat-tindif tal-bajjiet/xtut u jekk ix-xogħol huwiex isir minn ħaddiema tal-gvern jew kuntrattur privat ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tindif tax-xtut u l-bajjiet per se huwa responsabbli għalih id-Direttorat għall-Indafa Pubblika fil-Ministeru għall-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. Fil-każ tax-xtut u l-bajjiet Għawdxin dan ix-xogħol isir minn taqsima apposta fil-Ministeru għal Għawdex. Madankollu bosta Kunsilli Lokali jieħdu ħsieb xogħol extra ta’ tindif fil-bajjiet u x-xtut fil-konfini tal-lokalitajiet tagħhom. Oħrajn, bħal ma huwa l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, immodifika l-kuntratti li kellu tat-tindif tax-xtut sabiex iżid il-frekwenza tat-tindif fiż-żoni u t-toroq li jinsabu immedjatament qrib ix-xtut. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-ħlasijiet li jħallsu dawn il-Kunsilli Lokali għal dawn is-servizzi.
Ħal Balzan — Triq il-Wied - xogħol ta' Tarmak/Patching/Manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsir xogħol ta' tarmak u/jew patching u/jew manutenzjoni fi Triq il-Wied, Ħal Balzan peress li l-kunsill lokali jidher li m'għandux fondi biex jagħmilha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema bajjiet u xtut qed jitnaddfu minn xi dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, minn meta beda jsir dan ix-xogħol, kemm hija n-nefqa għal kull lokalità u jekk il-kunsill lokali huwiex qiegħed jintalab iħallas għall-istess xogħlijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa minn April 2009 ir-reponsabbiltà għat-tindif tal-bajjiet u xtut, esklużi dawk il-partijiet mogħtija bħala konċessjoni, qiegħda f’idejn id-Direttorat għat-Tindif. Għalkemm dan ix-xogħol isir b’mod kontinwu matul is-sena, il-qofol tal-operat huwa matul ix-xhur tas-sajf. Ninfurmaħ ukoll li n-nefqa hija kollha fuq il-Gvern Ċentrali u ma ssir l-ebda talba għal ħlas lill-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa’ ta’ kull kunsill lokali f’dawn l-aħħar ħames snin għat-tindif tal-bajjiet/xtut u jekk ix-xogħol huwiex isir minn ħaddiema tal-gvern jew kuntrattur privat ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onorevoli Interpellant permezz ta’ Memo 12/2012 li nħareġ mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ippreżentata fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li minkejja li l-manutenzjoni tagħhom hi tal-kunsill lokali, Transport Malta se tintervjeni biex tagħmel manutenzjoni hi peress li din ma saritx mill-kunsill responsabbli? Jista' jgħid fuq liema kriterju jintgħażlu dawn t-toroq? Jista' jgħid kemm se jkun nefaq l-gvern bejn l-2008 u l-2012 fuq il-manutenzjoni ta' dawn t-tip ta toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Din is-sena Transport Malta se tintervjeni fuq 21 triq ta' dan it-tip (magħrufa bħala local roads of major importance) għal spiża ta' kważi €4,000,000 (Doc X) u bejn l-2008 u l-2012 se tkun interveniet fuq 68 triq għal total ta' €7.5 miljun circa (Doc Y). Dokument X u Dokument Y tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-liġijiet tagħna jagħmlu distinzjoni bejn liema toroq huma responsabilita' ta' Transport Malta u liema huma responsabilita' tal-Kunsill Lokali. Transport Malta hi responsabbli għal:
1. Toroq Arterjali Bini, rikostruzzjoni u manutenzjoni
2. Toroq Distributorji Bini, rikostruzzjoni u manutenzjoni
3. Toroq Residenzjali Bini u rikostruzzjoni
Il-Kunsilli Lokali huma responsabbli għal manutenzjoni tat-toroq residenzjali u b'dawn nifhmu kull triq mibnija li ma hix arterjali u distributorja anki jekk ikollha erba' lanes u tkun twila u wiesgħa.
Il-lista tat-toroq arterjali u distributorja tinsab fil-Pjan Strutturali tal-Gżejjer Maltin waqt li l-lista ta' toroq residenzjali ġodda tiżviluppa mal-iżvilupp tal-bini. Diġa rrispondejt PQ 31257, fejn spjegajt il-policy ta' Transport Malta f'dan ir-rigward.
Biex niġi għad-domanda tal-Onor. Interpellant, minkejja li l-manutenzjoni ta' toroq residenzjali mibnija hi tal-Kunsilli Lokali hemm ċertu toroq li għandhom importanza kbira għat-traffiku f'pajjiżna jew għaliex huma traffikużi ħafna jew għaliex iservu bħala link ewlieni bejn iċ-ċentri residenzjali/kummerċjali tal-bliet/rħula tagħna man-network arterjali u distributorji. Meta Transport Malta tara illi n-nuqqas ta' manutenzjoni li suppost issir mill-Kunsill Lokali tkun nieqsa u qed twassal għal problemi kbar ta' traffic flow, allura Transport Malta tintervjeni fil-limiti tal-budget li tingħata kull sena mill-Gvern.
Transport Malta — flus fuq toroq arterjali u distributorji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jintefqu flus minn Transport Malta fuq toroq arterjali u distributorji fl-2012 u fuq liema toroq se jintnefqu? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 2008-2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-2012 hu mistenni li l-Gvern jonfoq €52,600,000 fuq il-bini mill-ġdid ta' sitt toroq arterjali u distributorji li jkun ifisser li mill-2008 il-gvern se jkun nefaq kważi €79,000,000 biex saru kważi 21 kilometru ta' toroq arterjali u distributorji.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata relattiva.
Jista' l-Ministru jirrapporta xi progress sar fuq il-wegħda li kienet saret is-sena l-oħra li Transport Malta kellha tibni 202 triq residenzjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata tal-progress li sar sa nofs Diċembru, nista' ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-aħħar informazzjoni li ngħatajt għad baqa' biss xi 20 triq mill-202 oriġinali li kellhom isiru li għadhom iridu jingħataw bit-tender. Hemm ukoll 23 triq oħra fejn qed niffaċċjaw problemi tekniċi biex Transport Malta tkun tista' toħroġ it-tender u allura - għajr għal dawn - ma jidher li hemm xejn xi jżomm li nżommu mal-wegħda li konna għamilna, li dawn it-toroq ikunu lesti sa nofs din is-sena.
Transport Malta — toroq residenzjali li għadhom qed jinbnew
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali li qatt ma nbnew u li se jinbnew minn Transport Malta matul din is-sena u jgħid kemm se jiswew?
Response (GATT, AUSTIN)
F1-2012 Transport Malta sejra tibni 50 triq residenzjali oħra għal spiża totali ta' kwazi €2,000,000 liema toroq huma ndikati fil-lista annessa. Dawn it-toroq huma barra dawk it-20 triq li kienu fil-lista mħabbra fl-2011 u li skond PQ 31658 għadhom ma nbnewx u se jinbnew fl-2012.
Ħal Balzan — Triq il-Wied - xogħol ta' Tarmak/Patching/Manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsir xogħol ta' tarmak u/jew patching u/jew manutenzjoni fi Triq il-Wied, Ħal Balzan peress li l-kunsill lokali jidher li m'għandux fondi biex jagħmilha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq residenzjali mill-2008 sal-2011 minn Transport Malta maqsumin skont kull belt u raħal? Jista' jgħid kemm intnefqu flus biex saru dawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bejn l-2008 u l-2011, Transport Malta bniet 399 triq residenzjali għal spiza totali ta’ kwazi għoxrin miljun (€20,000,000). Waqt li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata, nippreċiza illi l-kelma “bniet” tinkludi kemm bini għall-ewwel darba f’każ ta’ triq li tkun qatt ma saret, kemm rikostruzzjoni f’kaz ta’ toroq li jkunu saru imma jkunu jeħtieġu rikostruzzjoni kompleta jew parzjali.
Jista' l-Ministru jispjega kif u meta Transport Malta tiddeċiedi li tintervjeni fuq triq residenzjali li qatt ma tkun inbniet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qabel xejn Transport Malta hi responsabbli għall-formazzjoni u bini sal-livell ta’ tarmac ta’ (1) toroq residenzjali li qatt ma kienu saru u (2) toroq residenzjali li minkejja li jkunu saru jkunu jeħtiegu rikostruzzjoni.
Fir-rigward tal-ewwel kategorija, Transport Malta tintervjeni biex tagħmel it-triq malli l-bini f’dik it-triq ikun wasal għall-anqas fil-livell ta’ 70% tal-bini kollu li jista jinbena. Dan il-livell ta’ bini hu kkunsidrat il-minimu neċessarju biex il-kostruzzjoni tal-bini li jiġi wara, ma jħarbatx mill-ġdid it-triq li tkun għadha kemm ġiet iffurmata.
F’dan il-qasam irreġistrajna progress qawwi ħafna, u fl-2012, għall-ewwel darba, nistgħu ngħidu li qed inlaħħqu mad-domanda ta’ bini ta’ toroq ġodda residenzjali għaliex qtajna l-backlog kollu li kellna.
Sal-2011, kien għad hemm backlog ta’ toroq residenzjali li jridu jinbnew iżda bejn l-2008 u l-2011 inbnew 408 triq residenzjali u issa l-backlog inqata. Għalhekk issa ddaħlet sistema fejn kull sitt xhur (normalment f’Mejju/Ġunju u Novembru/Diċembru) Transport Malta tagħmel survey mal-Kunsilli Lokali biex tara liema toroq residenzjali ġodda laħqu l-livell ta’ 70% bini u allura tkun tista tippjana biex tintervjeni fuqhom.
Fil-fatt, fl-2012 Transport Malta mhix se tkun qed taħdem biex taqta’ il-backlog (għajr xi eċċezzjonijiet), imma se tkun qed tintervjeni fuq toroq residenzjali li ġew identifikati riċentement u bejn Jannar u Gunju 2012 sejra taħdem fuq dawn it-toroq identifikati f’Gunju 2011 u Lulju-Diċembru fuq dawk identifikati f’Diċembru 2011.
pubblikazzjoni ta' booklet bil-kuntatti ta' oqsma differenti tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra l-pubblikazzjoni ta' booklet biex jitqassam fid-djar bid-dettalji tal-indirizzi postali u eletroniċi, in-numru tat-telefon (general line) u tal-fax u l-website ta':
a) dipartimenti tal-Gvern f’Malta u Għawdex;
b) awtoritajiet;
ċ) korporazzjonijet;
d) kumpaniji bil-maggoranza tal-ishma f’idejn il-Gvern; u
e) kumitati oħra?
Jista' jara li dan il-booklet jitqassam f’forma stampata speċjalment għall-użu ta' dik l-parti tal-poplu li m’għandhiex aċċess għall-computer?
Forti Sant' Angelo — obbligi tal-Ordni ta' San Gwann
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-obbligi li daħal għalihom l-Ordni ta' San Gwann meta ngħata l-konċessjoni tal-Forti Sant' Angelo xi snin ilu, u jekk humiex qed ikunu osservati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-obbligi li daħal għalihom l-Ordni ta’ San Ġwann huma skont kif hemm stipulat fl-Iskeda annessa mal-Att Nru X tal- 2001 liema Att jawtorizza lill-gvern biex jirratifika l-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tal-Ordni Ospitallier Sovran ta’ San Gwann, magħmul fil-5 ta’ Diċembru 1998.