Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru il-Forti Rinella f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2011, 2012 u 2013 kif provduta minn Fondazzjoni Wirt Artna li tieħu ħsieb il-Forti Rinella. Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Wirt Artna bdiet iżżomm statistika b’sistema elettronika mill-2011 u għaldaqstant l-informazzjoni għas-snin preċedenti għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi rwol jaqdi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fis-segretarjat privat tiegħu? Jista' jagħti d-dettalji dwar kif saret l-għażla? Jista' jgħid x'rabta kellu ma pajjiżna qabel l-ingaġġ tiegħu mas-segretarjat privat tal-Prim Ministru? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-persuna li jagħmel riferenza għalih fil-mistoqsija tiegħu mhux membru tas-Segretarjat Privat tiegħi
Sptar Mater Dei – approvazzjoni ta’ xogħol mid-Dipartiment tal-Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ xogħol li ġie invoiced mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2012 lill-Isptar Mater Dei u kemm minn dan l-ammont ġie approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ xogħol li ġie invoiced mill-kumpanija msemmija fl-2012 lill-Isptar Mater Dei kien ta’ € 5,807,601 u l-ammont li ġie approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti kien ta’ € 5,987,800.
Sptar Mater Dei – approvazzjoni ta’ xogħol mid-Dipartiment tal-Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi n-natura tax-xogħol tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-Isptar Mater Dei u kemm kien l-ammont ta’ xogħol li ġie invoiced mill-kumpanija fl-2012? Kemm minn dan l-ammont ġie approvat mid-Dipartiment tal-Kuntrattti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-natura tax-xogħol tal-kumpanija msemmija hija ta’ tiswija, manutenzjoni preventiv u xogħlijiet kunsidrati zgħar skont l-esiġenzi tal-isptar fuq sistemi mekkaniċi, eletriċi, bini u għamara u dak kollu relatat magħhom.
L-ammont
invoiced
fuq dan il-kuntratt kienet ta’ € 2.166 miljun u kien kollu kopert bl-appravazjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Kunsill Lokali tax-Xagħra (Għawdex) – kuntratti ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex? X’inhi l-kariga ta’ kull impjegat u x’inhi r-remunerazzjoni? Kemm għandu kuntratti ta’ servizz l-istess Kunsill Lokali? Min ħa dawn il-kuntratti ta’ servizz u kemm huwa l-ħlas għal kull persuni li ħadet dawn il-kuntratti ta’ servizz?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li għandu żewġ impjegati fuq bażi full-time fil-karigi ta’ assistant principals. Il-ħlas gross tagħhom huwa ta’ (Skala 11 – Salary point 7 ) u (Skala 11 – Salary point 3) rispettivament, b’dan tal-aħħar jirċievi wkoll allowance bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv. Intant fil-preżent il-Kunsill Lokali tax-Xagħra għandu wkoll seba’ kuntratti ta’ servizz, li jinkludu servizzi ta’ kenniesa tat-toroq, Assistenza fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani u handyman.
Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi – parteċipazzjoni f’attivitajiet politiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali, fil-kapaċità personali tagħhom, jistgħux jattendu u/jew jipparteċipaw f'attivitajiet politiċi bħal konferenzi, laqgħat ġenerali, u laqgħat oħra ta' natura politika, kemm jekk dawn ikunu fil-każini politiċi inkella f'postijiet oħra, meta dan ma jkunx qed jirrappreżenta lill-Kunsill Lokali b'mod uffiċjali?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Public Service Management Code uffiċjali pubbliċi huma preklużi milli jattendu u/jew jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ħallas għall-istampar, id-disinn u l-istallazzjoni tal-billboard li hemm mal-faċċata tal-Każin Laburista ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll kemm sewa l-istampar, id-disinn u l-istallazzjoni ta’ dan l-istess billboard u minn liema kumpanija sar ix-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Minħabba li l-Onor Interpellant għandu informazzjoni ħazina, għaliex il-gvern m’għandux x’jaqsam mal-billboard li qed isemmi, l-informazzjoni li qed jitlob ma tistax tingħata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema tal-Industrial Projects and Services Limited (IPSL) li fil-preżent jinsabu assenjati mal-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex, maqsuma lokalità b'lokalità u skont il-grad tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma – post quddiem il-Kamra tal-Kummerċ
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-post quddiem il-Kamra tal-Kummerċ fi Triq ir-Reppublika (ex HSBC), li kien ingħata lill-Avukat Ġenerali issa ttieħed mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma? Jekk dan hu minnu, l-Avukat Ġenerali se jingħata post alternattiv, u jekk iva, fejn? Kemm se tiġi tiswa l-ispiża u jista’ jingħata breakdown tan-nefqa? Jista’ jgħid ukoll x’sar mill-oġġetti li kien hemm fil-post u fejn tqiegħdu sakemm tlesta x-xogħol? Se terġa’ tintuża l-istess għamara jew se tinxtrara għamara ġdida? Jekk inxtrat il-ġdida, kemm se tiġi tiswa u minn fejn inxtrat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra min kien qed jakkumpanjah għaż-żjara tiegħu fil-Qatar aktar kmieni din is-sena apparti l-persuni li d-dettalji dwahom qed jintbagħtu separatament?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw nies għad-divorzju minn kemm ilu li ġie fis-seħħ sal-ġurnata li qed tingħata din ir-risposta? Kemm kienu dawk li ġiet aċċettata l-applikazzjoni tagħhom għad-divorzju? Kemm minn dawn li ddivorzjaw reġgħu żżewġu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija Nru 5192:
Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja
Total ta’ talbiet għal divorzju preżentati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) – 989
Minn dawn it-talbiet għal divorzju ġew miċħuda tlieta.
Id-Dipartimenti tal-Qrati tal-Ġustizzja ma jkollux informazzjoni dwar żwiġijiet u għalhekk din il-parti tad-domanda trid tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Qrati u Tribunali (Għawdex)
Minn kemm ilha li ġiet fis-seħħ il-liġi tad-divorzju (fl-1 ta’ Ottubru 2011) sal-lum, fil-Qorti ta’ Għawdex ġew preżentati 35 każ għal divorzju.
Fl-istess perjodu kien hemm 27 rikorsi għal divorzju li ntlaqgħu.
Dwar kemm minn dawk li iddivorzjaw reġgħu żżewġu, din il-parti tad-domanda trid tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali – skeda ta’ pagamenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iskeda tal-pagamenti kollha approvati mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-lum?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskedi tal-pagamenti kollha approvati mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-lum, hekk kif provduti mill-Assoċjazzjoni. Nirrimarka li d-dettalji personali tal-impjegati tal-Assoċjazzjoni tneħħew mill-iskedi għal raġunijiet marbuta ma’ Protezzjoni tad-Data.
Grupp ta’ Azzjoni Lokali tax-Xlokk – kopja ta’ accounts u pagamenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti kopja tal-accounts u pagamenti kollha li saru mill-Grupp ta’ Azzjoni Lokali tax-Xlokk sa mit-twaqqif tagħhom sal-lum?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Grupp ta’ Azzjoni Lokali Xlokk issottometta l-ammonti lill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, sabiex jingħata rifużjoni tal-ispejjeż taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. Il-Grupp ta’ Azzjoni Lokali Xlokk jirċievi tmenin fil-mija ta’ dawn l-ammonti mill-imsemmi fond; filwaqt li l-għoxrin fil-mija l-oħra jirċevihom mingħand id-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li għaliha ġie mneħħi s-Segretarju Eżekuttiv ta’ Sannat Għawdex? Jaf li ftit jiem qabel ma s-Sindku ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Segretarju Eżekuttiv, l-istess Segretarju Eżekuttiv kien mar għand il-Kummissarju tal-Pulizija u taħ recording li kien fih allegazzjoni ta’ ksur ta’ liġi mis-Sindku? Is-Segretarju Eżekuttiv ngħata l-opportunità li jispjega l-każ lilu bħala Ministru responsabbli qabel tneħħa kif huwa maħsub fil-liġi tal-Kunsilli Lokali?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ex Segretarju Eżekuttiv ġie mneħħi wara Mozzjoni approvata mill-Kunsill Lokali tas-Sannat waqt Seduta tal-Kunsill li saret nhar il-15 ta’ Lulju 2013.
Ninsab infurmat li l-ex Segretarju Eżekuttiv tas-Sannat għamel allegazzjonijiet u li dawn l-allegazzjonijiet għaddihom lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Kif spjega diġa’ s-Segretarju Parlamentari fl-ittra ta’ risposta li bagħat lis-Sur Arthur Bajada, qed nikkwota l-parti li tikkonċerna tneħħija ta’ Segretarju Eżekuttiv li toħroġ minn Taqsima V, Uffiċjali u Impjegati , Artiklu 49 (6) (c) mill-Att tal-Kunsilli Lokali:
“I
ż
da f’kull ka
ż
il-Ministru
JISTA’
jieħu dawk il-passi li jidhirlu xierqa biex kull parti tingħata l-opportunita’ li tressaq il-ka
ż
tagħha qabel jieħu d-deċi
ż
joni finali”.
Quddiem din is-sitwazzjoni u peress li l-każ kien diġa’ qiegħed quddiem il-Kummissarju tal-Pulizija u sabiex ma tkunx preġudikata tali investigazzjoni, kien deċiż li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali jirrispettata id-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali tas-Sannat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5086 u 4901 u jgħid x'inhu l-indirizz tal-uffiċċju li minnu qed taħdem l-envoy speċjali tal-Gvern, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm f'Malta kif ukoll fil-pajjiżi barranin li fihom taħdem għall-Gvern Malti bħal dak taċ-Ċina?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indirizz tas-sinjura Sai Mizzi f' Malta huwa: Malta Enterprise Gwardamangia Hill, Pieta`, MEC 0001 Malta. L-email uffiċjali tagħha huwa sai.mizzi@maltaenterprise.com. Meta jinstab post addattat minn fejn Malta Enterprise tkun tista' topera fil-pajjiżi barranin li għalihom hija responsabbli, dan jew dawn l-indirizzi jiġu ppubblikati fuq il-website tal-Malta Enterprise.
Malta Enterprise — investiment u promozzjoni ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma jew kienu, mit-12 ta Marzu 2013 sa meta tiġi risposta din id-domanda, il-persuni (Maltin u barranin) magħżula mill-Malta Enterprise li kienu jew huma responsabbli, b’xi mod jew ieħor, għall-investiment u promozzjoni ta’ Malta fiċ-Ċina, il-Lvant Nofsani u fl-Asja tax-Xlokk? Kemm kien jew hu l-ħlas ta’ kull persuna? Minn liema uffiċċju taħdem kull persuna? X’tip ta’ investiment inġieb minn Marzu sal-lum minn kull persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.