Kunsill Lokali Xagħra Għawdex – ħitan tas-sejjieħ- nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14533 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini ta’ bankini ġodda u manutenzjoni ta’ bankini eżistenti mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’xiri ta’ konkos mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Lokali Xagħra Għawdex – ħitan tas-sejjieħ- nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Weapons Board huwiex imwaqqaf u jekk iva jgħid min huma l-membri tal-bord? Jekk le, jista’ jgħid meta se jinħatar il-Weapons Board il-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem dan il-Bord?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Weapons Board baqgħu l-istess. L-unika bidla li kien hemm kienet fis-Segretarju ta’ l-istess Board. In-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti huma ta’ tlett mija u tlieta u sittin (363).
Ħ'Attard -Triq l-Għenba u Triq l-Linja — pjan ta' titjib ta' spazju
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser ikompli fuq l-pjani li kien hemm lesti biex l-Gvern itejjeb l-ispazju li jinsab bejn Triq l-Għenba u Triq l-Linja Ħ’Attard u li jintuża kontinwament minn diversi residenti speċjalment bħala parkeġġ quddiem l-ħanut lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament li hemm fi Triq l-Għenba Ħ’Attard?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet għad m’għandha l-ebda pjanijiet għas-sit imsemmi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Correctional officer
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-correctional officer li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jaħdem fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li allegatament ftit tal-jiem ilu sawwat lill-priġunier li d-dettalji dwaru ukoll qed jingħataw separatament , għadu mhux sospiż pendenti l-investigazzjoni? Jista’ jgħid jekk jaqbilx li meta jkun hemm allegazzjoni ta’ swat minn uffiċjal pubbliku r-raġuni tiddetta li tali uffiċjal ikun sospiż minn dmirijietu pendenti l-istħarriġ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz pubbliku huwa kkontrollat mil-Public Service Management Code fejn Kapitolu 10 jitratta propju każijiet ta’ dixxiplina bħal dawn. F’dan il-każ ninsab infurmat li ġiet segwita l-proċedura kif miktuba fil-Public Service Management Code.
Rigward l-uffiċjal, dan ingħata xoħhol ieħor li jikkomensura l-grad u s-salarju tiegħu f’post ieħor b’effet immedjat, sa kemm joħroġ l-eżitu ta’ l-inkjesta maġisterjali.
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 12185, jista' l-Ministru jgħid jekk ħax passi biex ma jkomplux isiru xogħlijiet bla permess fil-Korsa taż-Żwiemel f’Tax-Xhajma f’Għawdex? X’passi ħa l-Ministeru tiegħu fuq ix-xogħlijiet illegali li saru la darba il-Korsa taż-Żwiemel taqa’ fil-kompetenza tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghar-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari 12636 u nzid ukoll illi jien nfurmat illi l-MEPA hadet anke azzjonita nfurzar f’ dan ir-rigward bin numru ta referenza ECF387/14
Kunsill Lokali tal-Mellieħa — attività lejlet l-ewwel tas-sena 2015
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-attività li organizza l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa lejliet l-ewwel tas-sena 2015? Jista' jpoġġi r-rendikont ta' kif intefqu l-flus (item b'item) sabiex setgħet issir din l-attività fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li d-dħul u l-ispejjeż marbuta mal-attività li organizza l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa lejliet l-ewwel tas-sena 2015 kienu kif jidher f’budget li tressaq għad-diskussjoni fis-seduta tal-Kunsill nru. 29 tad-9 ta’ Diċembru 2014.
Biex ikopri l-istess spiża, ninsab infurmat li l-istess Kunsill Lokali għadda mozzjoni biex permezz tagħha sar trasferiment ta’ fondi minn vot għal ieħor, liema riżoluzzjoni għaddiet b’mod unanimu mill-kunsillieri kollha.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-budget approvat mill-Kunsill Lokali għal dan il-għan.
Kunsill Lokali tax-Xagħra – Ċentru ta’ Matul il-Jum
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-mara tas-Sindku tax-Xagħra fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani li hemm fix-Xagħra stess u liema ċentru hu operat mill-istess Kunsill Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li l-mara tas-Sindku tax-Xagħra m’għandha l-ebda rwol fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani.
Struttura fil-Prezz tan-nollijiet tat-trasport pubbliku
Question
Peress li fid-diskors tal-baġit il-Ministru għall-Finanzi qal li qed titfassal kampanja speċifika b' investiment minn fondi Ewropej li biha jingħata skont sostanzjali ulterjuri fuq il-prezz ta' biljetti għall-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan l-investiment? Xi struttura ġdida ta' nollijiet se tiġi mfassla biex jiġi rifless dan l-investiment? Minn meta se tidħol fis-seħħ din l-istruttura ġdida?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-kampanja se jkollha l-għan prinċipali li tħeġġeġ aktar persuni jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku b’mod regolari bl-introduzzjoni ta’ skontijiet sostanzjali ulterjuri fuq il-prezz tal-biljetti tat-trasport pubbliku. Id-dettalji jiġu mħabbra aktar tard.
Struttura fil-Prezz tan-nollijiet tat-trasport pubbliku
Question
Peress li fid-diskors tal-baġit il-Ministru għall-Finanzi qal li qed titfassal kampanja speċifika b' investiment minn fondi Ewropej li biha jingħata skont sostanzjali ulterjuri fuq il-prezz ta' biljetti għall-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan l-investiment? Xi struttura ġdida ta' nollijiet se tiġi mfassla biex jiġi rifless dan l-investiment? Minn meta se tidħol fis-seħħ din l-istruttura ġdida?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsill Malti għall-Isport – Proċess tal-procurement
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'involviment għandu ċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport fil-proċess tal-procurement tal-Kunsill Malti għall-Isport sew jekk dan ikun qed isir permezz ta' tender jew b'talba għal kwotazzjonijiet? Jista' jgħid jekk il-prassi adottata miċ-Chairman attwali f'dawn il-proċessi hix l-istess bħal dik adottata miċ-Chairman li kien hemm immedjatament qablu u f'każ li le jgħid x'kien l-involviment taċ-Chairman preċedenti fl-istess proċessi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport m’huwiex involut fil-procurement ta' l-istess kunsill għax dan isir mill-procurement department, u m'huwiex anqas involut fl-aġġudikazzjoni għax m’huwiex involut fit-tender adjudicating committee.
Il-prassi ta’ dan iċ-chairman hi li jara t-tender document sabiex jivverifika li jkun korrett u konformi mal-liġijiet ta' Malta u kull regolament viġenti dwar il-
procurement,
u wara jkun involut il-konsulent legali tal-kunsill. Dan sabiex ikun aċċertat li l-proċess kollu isegwi l-proċeduri finanzjarji u jkun kollox skont il-liġi qabel ma t-tender imur il-ministeru biex ikun
vetted
qabel il-pubblikazzjoni.
Dan iċ-chairman esiga li talba għal kwotazzjonijiet issir b’sejħa pubblika skont il-proċeduri finanzjarji.
Infurmat ukoll li fil-perjodu li ċ-Chairman preċedenti għamel fil-kariga, ma kienx jinvolvi ruħu bl-ebda mod fil-proċess tal-
procuremen
t
ħlief meta kien jiġi mistoqsi jagħti l-għajnuna tiegħu minħabba l-esperjenza tiegħu bħala Procurement Manager fid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Pubblikazzjoni bid-dettalji ta’ dipartimenti tal-Gvern
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5053 u peress li fit-tweġiba tiegħu għal din il-mistoqsija l-Prim Ministru qal li “din il-proposta hija waħda interessanti” u ċjoè l-proposta li ssir pubblikazzjoni ta’ booklet biex jitqassam fid-djar bid-dettalji tal-indirizzi postali u elettroniċi, in-numru tat-telefon (general line), tal-fax u l-website ta’:
a) dipartimenti tal-Gvern f’Malta u Għawdex;
b) awtoritajiet;
c) korporazzjonijiet;
d) kumpaniji b’maġġoranza tal-ishma f’idejn il-Gvern; u
e) kumitati oħra; u
peress li fit-tweġiba tiegħu l-Prim Ministru qal li din l-proposta “tal-Onor Interpellant se tkun qed tingħata l-kunsiderazzjoni meħtieġa” jista’ jgħid jekk din il-proposta hix ser isseħħ, u jekk iva meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
.L-impenn ta’ dan il-gvern se jibqa dejjem dak li jnaqqas il-burokrazija. Fost oħrajn dan isir billi l-pubbliku jkun dejjem iktar konxju tas-servizzi li joffri l-gvern. Għal dan il-għan inizjattivi bħal dawk imsemmija mill-Onor Interpellant jigu kkunsidrati f’dan il-kuntest. Infakkar lil-Onor Interpellant li l-gvern diġa joffri s-servizzi tal-website www.servizzi.gov.mt u l-freephone 153.
Dipartiment tal-Gvern Lokali – memos lil Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memos li nħarġu mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u li ntbagħtu lill-Kunsilli Lokali minn Jannar 2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari diġà tinsab fid-dominju pubbliku. Ninforma lill-Onor. Interpellant li jista’ jaċċessa l-Memoranda kollha tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, mill-1994 sal-lum, minn fuq il-portal elettroniku tal-istess Dipartiment.
Qed ngħid dan mhux b’nuqqas ta’ rispett lejn l-Onor. Interpellant li huwa fid-dover li jaqdi dmiru inkluż billi jsaqsi d-domandi parlamentari iżda għaliex il-kompilazzjoni tat-tali memos tirrikjedi ħafna ħin mawali li ma jgħamilx sens li jiġi utilizzat b’dan il-mod meta wieħed iqis:
1.L-ammont enormi ta’ xogħol li hemm fid-dipartiment.
2.Il-fatt li l-memos kollha qiegħdin online u allura wieħed jista’ jaċċedi għalihom bl-ikbar faċilità.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li diġà qed jagħmlu streaming tal-laqgħat tagħhom, liema huma l-kunsilli lokali li mistennija jibdew jagħmlu streaming f’Novembru 2014 u Diċembru 2014 rispettivament u liema kunsilli mhux ser ikollhom is-sistema lesta sal-aħħar ta’ Diċembru 2014, u għaliex?
Kunsilli lokali – live streaming ta’ laqgħat – linji gwida
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema linji gwida qed jimxu l-kunsilli lokali waqt li jkun qed isir il-live streaming tal-laqgħat tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li l-Kunsilli Lokali ngħataw linja gwida fuq l-apparat li għandu jkun użat. Kif jimxi l-Kunsill waqt il-live-streaming hija deċiżjoni tal-istess Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għar-riforma fis-sistema tal-infurzar lokali? X’inhu l-pass li jmiss?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imwiegħed fil-White Paper, il-Gvern ried jevalwa kull proposta li daħlet mill-proċess ta’ konsultazzjoni. Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed issir din l-evalwazzjoni.
Sistema ta’ Infurzar Lokali — Riforma - informazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadhiex tintuża l-website “www.riformagwardjanilokali.com” li kienet qed tgħin fir-riforma u fl-informazzjoni dwar l-proċess fir-Riforma tal-Infurzar Lokali? Jekk le, jista’ jgħid għalfejn m’għadhiex tintuża?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-website kienet inħolqot biex jinħoloq link matul il-proċess ta’ konsultazzjoni. Peress li jkun hemm min ma jżommx mal-iskadenzi l-website baqgħet miftuħa għal aktar żmien. Issa li qiegħdin fil-fażi ta’ evalwazzjoni ma hemmx aktar ħtieġa għal din il-website.