Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15085, 14881 u 14531 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex, f’bini ta’ bankini ġodda u manutenzjoni ta’ bankini eżistenti mill-1 ta’ April 2007 sal-lum, u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2007 (mill-1 ta’ April), 2008, 2009, 2010, 2014 u 2015 (sal-15 ta’ Frar). Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7698 għall-bqija tal-informazzjoni. Intant ninforma l-Onor. Interpellant li li bejn is-16 ta’ Frar u t-30 ta’ Ġunju 2015, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra nefaq €1,118 f’bini ta’ bankini ġodda u manutenzjoni ta’ bankini eżistenti b'direct orders.
Għawdex — Kunsill Lokali tax-Xagħra – xiri ta’ konkos
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15086, 14882 u 14532 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex, f’xiri ta’ konkos mill-1 ta’ April 2007 sal-lum, u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2007 (mill-1 ta’ April), 2008, 2009, 2010, 2011, 2014 u 2015 (sal-15 ta’ Frar). Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8244 għall-bqija tal-informazzjoni. Intant, ninfurmah li bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju 2015, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra nefaq €7601.59c f’xiri ta’ konkos.
Kunsill Lokali Xagħra Għawdex – nefqa f’ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15087, 14883 u 14533 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex, f’bini u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ mill-1 ta’ April 2007 sal-lum, u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2007 (mill-1 ta’ April), 2008, 2009, 2010, 2011, 2014 u 2015 (sal-15 ta’ Frar). Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7110 għall-bqija tal-informazzjoni. Intant ninfurmah li bejn is-16 ta’ Frar 2015 u t-30 ta’ Ġunju 2015, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra nefaq is-somma ta’ €829.50c fir-rigward ta’ ħitan tas-sejjieħ.
Ħaż-Żebbuġ Victoria Shooting Range — esproprjazzjoni ta' art
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art tal-Gvern li fuqha hemm il-Victoria Shooting Range fil-limiti ta’ Ħaż-żebbuġ hijiex waħda mill-artijiet li ngħataw lill-privat bħala kumpens wara l-espropju tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, ġewx infurmati l-persuni li jmexxu l Victoria Shooting Range?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ħaż-Żebbuġ Victoria Shooting Range — esproprjazzjoni ta' art
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-art tal-Gvern li fuqha hemm il-Victoria Shooting Range fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ hijiex waħda mill-artijiet li ngħataw lill-privat bħala kumpens wara l-espropju tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, ġewx infurmati l-persuni li jmexxu l Victoria Shooting Range?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art tal-Gvern li fuqha hemm il-Victoria Shooting Range fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ ma ngħatatx lill-privat bħala kumpens wara l-espropju tal-binja li d-dettalji dwarha ngħataw separatament .
Jista’ l-Prim Ministru permezz tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, jara li plot miftuħa fi Triq in-Naħla ġewwa Marsalforn, Għawdex, liema triq hija waħda residenzjali, tiġi magħluqa b’ħajt, u dan peress li din il-plot qed tintuża biex jintefa’ ħmieġ fiha, li qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ gie invesigat u, minn spezzjoni li saret fuq is-sit, irrizulta li qed isir tqiegħed ta' skart domestiku go dan il-plot partikolari. Peress li din il-materja ma taqax taħt il-kompetenza kompleta tal-MEPA, il-MEPA stess qed tinforma lid-Direttorat tas-Saħħa Pubblika b'dan il-każ ukoll ghall xi azzjoni li tista tittiehed minn naħa ta' dan id-Direttorat.
Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali — proġetti magħżula
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema tal-proġetti ġew magħżula biex jibbenefikaw mill-Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proġetti magħżula mill-Bord ta’ Għażla. Intant, ngħarraf lill-Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi wkoll aċċessibbli online fuq mjcl.gov.mt.
Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali — proġetti - kriterji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li ntużaw li abbażi tagħhom ġew magħżula l-proġetti li se jibbenifaw mill-Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kien hemm sitt kriterji li ġew ikkunsidrati meta ġew evalwati l-proġetti, skont iċ-Ċirkolari maħruġa mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Is-sitt kriterji huma:
(a) Il-valur miżjud tal-proġett għall-lokalità;
(b) L-involviment tas-settur privat fit-twettiq tal-proġett kapitali;
(c) Il-kontribut finanzjarju li ser iħalli lill-Fond;
(d) Kif il-proġett ser jindirizza l-miżuri tal-Gvern;
(e) Is-sostenibilità ta’ dan il-proġett; u
(f) Il-qagħda finanzjarja tal-Kunsill Lokali
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15085, 14881 u 14531 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex, f’bini ta’ bankini ġodda u manutenzjoni ta’ bankini eżistenti mill-1 ta’ April 2007 sal-lum, u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Għawdex — Kunsill Lokali tax-Xagħra – xiri ta’ konkos
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15086, 14882 u 14532 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex, f’xiri ta’ konkos mill-1 ta’ April 2007 sal-lum, u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Kunsill Lokali Xagħra Għawdex – nefqa f’ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15087, 14883 u 14533 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex, f’bini u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ mill-1 ta’ April 2007 sal-lum, u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Fondi għall-Proġetti Kapital għall-Kunsilli Lokali — kunsilli lokali magħżula
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali ġew magħżula, u liema huma, biex jibbenifaw mill-Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-Fond għall-proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali, ser ikun hemm 29 Kunsill Lokali li minnu se jibbenifikaw permezz tal-proġetti mressqa minnhom.
Dawn huma: Il-Belt Valletta; L-Isla; Bormla; Ħal Qormi; Ħaż Żebbuġ (Malta); is-Siġġiewi; iż-Żejtun; Birkirkara; Birżebbuġa; il-Fgura; il-Gudja; il-Ħamrun; Kerċem (Sta. Luċija); Ħal Luqa; il-Marsa; Marsaskala; Marsaxlokk; L-Imġarr; il-Mosta; L-Imqabba; in-Nadur; Paola; Ħal Safi; San Pawl il-Baħar; Tas-Sliema; ix-Xagħra; ix-Xewkija; ix-Xgħajra; iż-Żurrieq.
Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali — lista' ta' proġetti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-proġetti kollha illi ġew sottomessi mill-Kunsill Lokali biex potenzjalment jibbenefikaw mill-Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali, kunsill b' kunsill?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-proġetti mressqa mill-Kunsilli Lokali biex potenzjalment jibbenifikaw mill-Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14881 u 14531 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini ta’ bankini ġodda u manutenzjoni ta’ bankini eżistenti mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14882 u 14532 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’xiri ta’ konkos mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Kunsill Lokali Xagħra Għawdex – ħitan tas-sejjieħ- nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14883 u 14533 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14531 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini ta’ bankini ġodda u manutenzjoni ta’ bankini eżistenti mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14532 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’xiri ta’ konkos mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.