Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il green warden hawn liċenzjat f’pajjiżna? Kemm intużaw servizzi ta’ green wardens fix-xahar ta’ Ottubru 2015 mil-Local Enforcement System Agency (LESA)? F’liema lokalità ntużaw il-green wardens u x’kienu r-riżultati miksuba?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gwardjani Lokali liċenzjati kollha jistgħu jagħtu s-servizz ta’ Green Wardens jew Eco Wardens kif jissejħu.
Matul ix-xahar ta’ Ottubru 2015, kemm ilha mwaqqfa l-Aġenzija LESA, xi Kunsilli talbu s-servizz tal-
eco wardens
. Dawn il-Kunsilli ġew mgħarrfa mill-LESA biex jippreżentaw pjan strateġiku flimkien mas-siti rikjesti għal dan is-servizz fejn imbagħad issir laqgħa ta’ kordinazzjoni u titħaddem rotta li tħalli riżultati pożittivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il warden hawn liċenzjat f’pajjiżna? Kemm intużaw servizzi ta’ wardens fix-xahar ta’ Ottubru 2015 mil-Local Enforcement System Agency (LESA)? F’liema lokalità ntużaw il-wardens u kemm ingħataw sigħat ta’ servizz lil kull warden f’kull lokalità f’Malta u Għawdex fix-xahar ta’ Ottubru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant lill-Ministeru konċernat għall-ammont ta’ Gwardjani Lokali liċenzjati peress li tali liċenzji jinħarġu mill-Pulizija.
Intant f’Ottubru l-LESA introduċiet servizz ta’
roaming
fil-lokalitajiet kollha fi ħdan l-istess Reġjuni. Infurmat li matul Ottubru nħadmu 2,676 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun Ċentru; 2,429 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun Xlokk; 1,831 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun Tramuntana; 1,675 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun Nofsinhar; u 629 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun ta’ Għawdex. Fl-istess waqt f’Ottubru 2015, kemm ilha mwaqqfa l-Aġenzija LESA, is-servizz tal-Gwardjani Lokali ngħata f’kull lokalità f’Malta u Għawdex bla ebda riżervi.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jiġbor il-flus pendenti taċ-ċitazzjonijiet li jkunu deċiżi u li jkunu ngħataw mill-wardens sal-aħħar ta’ Settembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Sezzjoni 3 b tal-Avviż Legali 153 tal-2015, li jitratta l-Ordni tal-2015 dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija għas-Sistema tal-Infurzar Lokali, jispeċifika li l-Aġenzija ghandha tiġbor penali, inklużi penali addizzjonali u spejjeż li jistgħu ikunu dovuti lil kumitati reġjonali jew lil kunsilli lokali skont it-termini tal-Att dwar Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema uffiċċji qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA)? Kemm qed titħallas kera biex jintuża dan il-post? X’kuntratt sar u jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt ta’ dan il-ftehim tal-post fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm inxtrat għamara, makkinarju u apparat ieħor biex il-post ikun attrezzat għal użu tal-ħaddiema? Min fejn sar ix-xiri u kemm sewa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġenzija LESA qed topera minn parti minn binja magħrufa aħjar bħala l-ex-Xandir Malta f’numru 4/6, Triq Bordin, tal-Pietà. Il-kirja hija ta ta’ €80 kull metru spazju. B’kollox inkrew mal-450 metru kwadru għal total ta’ madwar €37,000 fis-sena.
Infurmat li bi ftehim mal-Awtorità tax-Xandir intużat l-għamara li kien hemm mhux tintuża fis-sit l-antik, waqt li nxtara apparat relatat ma’ I.T. mingħand il-
MITA
li jikkonsistu f’għaxar
desktop workstations
li jammontaw għal €10,905, u
printers
li jammontaw għal €1,072.20. Inxtrat wkoll sistema ġdida tat- telefonija mingħand
GO
li tammonta għal €6,000.
Sar ukoll xogħol intensiv ta’
refurbishment
. L-ispiża sa issa telgħet għal €30,000 f’termini ta’ materjal bi
quotations
. Ix-xogħol ta’
refurbishment
inniffsu sar kollu minn residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bla ħlas, bħala parti minn inizjattiva biex ir-residenti jintegraw lura fis-soċjetà, kif ukoll parti minn skema ta’ xogħlijiet li jitwettqu fl-entitajiet tal-Gvern. B’hekk hu kalkulat li l-LESA ffrankat madwar €25,000 bħala ħlas ta’
labour
b’din l-iskema fil-manutenzjoni.
Nieħu l-opportunita' li nirringrazzja lir-residenti tal-Faċilita' li ħadmu b'mod tant tajjeb fuq dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jippubblika l-Avviż Legali numru 153/2015 dwar l-infurzar lokali li kien hawn dibattitu fuqu fil-Parlament u li kien hemm qbil miegħu min-naħa tal-Oppożizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ma nafx għaliex l-Onor. Interpellant qed jistaqsi meta se jkun ippublikat Avviż Legali 153/2015 għaliex dan ilu ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern mid-19 ta’ Mejju ta’ din is-sena.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jistaqsi meta se jkunu ppubblikati emendi għal Avviż Legali 153/2015 abbażi tad-diskussjonijiet li għaddew bejn iż-żewg naħat tal-Kamra, nitolbu ġentilment jispeċifika dana.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati klabbs sportivi ġodda mal-Kunsill Malti għall-Isport fl-2013, 2014 u 2015 (sal-aħħar ta’ Settembru 2015)? Liema kienu dawn l-klabbs?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li qed issir riforma estensiva fil-mod kif jiġu reġistrati għaqdiet sportivi, il-proċeduri kif ukoll ir-rekwiżiti ser ikunu qed jinbidlu. Għaldaqstant, ir-reġistrazzjonijiet kienu twaqqfu fl-ewwel xhur tal-2014 u se jerġgħu jibdew isiru mix-xhur li ġejjin.
Il-klabbs li ġew reġistrati fl-2013 u fl-ewwel xhur tal-2014 huma s-segwenti:
2013
Assoċjazzjoni Sport Qormi
Sport Press Malta
Xagħra Boċċi Klabb
Senglea Youngsters Fc
Radio Control Cars Malta
International Sports Club Malta
Fuego Champs
St.Patricks Athletics Club
Athletix Athletics Club—Gozo
Valletta Lions Table Football Club
Island Microlight Club
Klabb tal-Boċċi Għaxaq
University of Malta Racing (*UOMR)
Klabb Tal-Boċċi Gudja
Paola Badminton Club
Torball Society of the Blind
Moto Guzzi Malta Club
Nuts MC Malta
2014
Club Ritmica
Malta Dance Sport Team Association
Għajnsielem Redcoats
The Basement Kickboxing
SKSM Karate Malta
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jgħin lit-team nazzjonali Malti tal-Waterpolo u lill-ASA, issa li t-Team Nazzjonali għadda għall-European Waterpolo Championships li se jsiru f’Belgrade 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-isport kellu laqgħa mal-President tal-ASA u ntlaħaq ftehim li l-ASA tagħmel it-talba tagħha b’rabta mal-parteċipazzjoni tat-Team Nazzjonali fil-European Waterpolo Championships li se jsiru f’Belgrade fl-2016. Is-Segretarjat imbagħad ikun jista’ jikkunsidra u jieħu deċiżjoni skont it-talba li ssir.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jitkompla x-xogħol biex issir liġi ġdida dwar l-Isport f’pajjiżna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-KMS għaddej minn diskussjonijiet interni u wkoll mal-konsulent legali tagħhom biex tiġi emendata l-Liġi dwar l-Isport. Dan il-proċess huwa wieħed li beda u se jibqa’ għaddej sakemm ikollna xogħol sodisfaċenti li jkun jistħoqq lill-isportivi kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pixxina ta’ Birżebbuġa se tgħaddi f’idejn Birżebbuġa Waterpolo Club? Jista’ jgħid jekk hux se tingħata assistenza lil dan l-klabb wara li l-pixxina tingħata lilhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-Clubhouse tal-pixxina ta’ Birżebbuġa ser jibdew fi ftit ġimgħat oħra. Il-kuntratt sabiex tinbena din il-Clubhouse jitlob li fi żmien disa’ xhur din tkun mibnija u lesta kif kien jitlob it-tender. La darba dan isir il-pixxina ta’ Birżebbuġa se tgħaddi f’idejn Birżebbuġa Waterpolo Club. Bl-investiment kbir li jkun sar fuq il-pixxina, il-Gvern jemmen li l-klabb ikun kapaċi li jmexxi din il-faċilità mingħajr ma jitlob assistenza mill-Gvern. Madankollu l-assistenzi huma miftuħa għal kull organizzazzjoni sportiva reġistrata mal-KMS u kull talba li ssir tkun evalwata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati finanzi għall-iskema 20/20 issa msejħa flexi training scheme fl-2013, 2014 u sa Settembru 2015? Kemm kienu u min huma l-atleti li bbenefikaw minn dawn l-iskemi fi snin imsemmija? Jista’ jgħid kemm se jkunu vvutati flus għal din l-iskema għas-sena d-dieħla?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-flus allokati għall-Iskema 20/20 u issa msejjħa flexi-training scheme fis-snin 2013 sa 2015 huma kif se nsemmi:
2013
2014
2015
€150,000
€300,000
€130,000
Dawn l-ammonti ma jinkludux pagi ta’ Atleti u Kowċis fl-Iskema li jaħdmu mas-settur pubbliku. L-għadd ta’ Atleti u Kowċis li bbenefikaw mill-iskema huma kif ġej:
2013
Atleti jaħdmu fil-privat – 14
Atleti jaħdmu fis-settur pubbliku – 9
2014
Atleti jaħdmu fil-privat – 14
Atleti jaħdmu fis-settur pubbliku – 6
Kowċis – 2
2015
Atleti jaħdmu fil-privat – 28
Atleti jaħdmu fis-settur pubbliku – 4
Infurmat ukoll li l-flus allokati għal din l-iskema s-sena d-dieħla huma €150,000.
L-informazzjoni dwar min huma l-atleti li bbenefikaw minn dawn l-iskemi fis-snin imsemmija qed tingħata lill-Onor. Interpellant separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm in-National Anti-Doping Organisation (NADO) għamel testijiet għad-doping li kienu ffinanzjati mill-Kunsill Malti għall-Isport matul is-snin 2013, 2014 u sal-aħħar ta’ Settembru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-testijiet għad-doping li saru min-NADO huma kif ġej:
Sena
Numru ta’ testijiet
2012
100
2013
129
2014
56
Jan-Sett 2015
54
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2015 in-NADO ma baqgħetx tagħmel parti mill-KMS u saret tirrispondi direttament lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xoghol. Għaldaqstant il-finanzjament tad-doping fis-sena 2015 sar direttament min-NADO. Mis-sena 2015 daħal fis-seħħ l-intelligent testing fejn it-testijiet isiru aktar immirati skont il-prestazzjoni tal-atleta u ġbir ta’ informazzjoni fuq l-atleta. Fil-fatt minkejja li din is-sena saru inqas testijiet mis-snin l-oħra, inqabdu aktar atleti positive mis-snin l-oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tad-diretturi tal-Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ jgħid jekk dawn id-diretturi għandhomx kuntratti jew impjieg mal-Gvern jew jieħdux xi tip ta’ fondi pubbliċi? Jista’ jgħid min hu u x’inhu l-kuntratt u l-pakkett finanzjarju ta’ kull direttur tal-Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ jippubblika dawn l-kuntratti u l-pakketti finanzjarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Kunsill Malti għall-Isport – impjegati li huma seconded minn mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u min huma l-impjegati tal-Gvern jew tas-settur pubbliku jew entità tal-Gvern li huma seconded ma’ għaqdiet reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport u x’xogħol qed jagħmlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li, mill-informazzjoni li għandu l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS), hemm disa’ persuni impjegati tal-Gvern jew tas-settur pubbliku jew entità tal-Gvern li huma seconded ma’ għaqdiet reġistrati mal-KMS. Infurmat ukoll li hemm persuna oħra fil-qasam sportiv li hija seconded ma’ NGO. L-ismijiet ta’ dawn il-persuni, kif ukoll ix-xogħol/kariga li għandhom fl-Għaqdiet qed jingħataw lill-Onor. Interpellant separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders mill-Kunsill Malti għall-Isport minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2015? Jekk iva, jista’ jippublika dawn l-kuntratti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' direct orders b'valur ta' 'l fuq minn €6,000 (bla VAT) li ngħataw mill-Kunsill Malti għall-Isport fil-perjodu indikat fil-mistoqsija. Dawn id-direct orders ġew kollha approvati mill-Ministeru għall-Finanzi.
Kunsill Malti għall-Isport – ħaddiema – proġett ESF
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-ħaddiema (bl-ismijiet) li attendew għal proġett ESF fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport? X’livell akkademiku għandhom u x’se jkun ir-rwol ta’ kull wieħed fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma saritx sejħa minn barra għal nies bi kwalifiki fl-isport u jekk hemmx il-ħsieb li jsir dan? Jista’ jikkonferma li uħud minn dawn in-nies ibbenefikaw ukoll minn scholarship?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sejħa għal nies barra l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) ma setgħetx issir għaliex il-proġett kien immirat lejn il-ħaddiema tal-KMS. Ta’ min jinnota iżda li minħabba li kien fadal xi postijiet wara l-ewwel sejħa għall-ħaddiema tal-KMS, kienet saret sejħa oħra għal nies li jaħdmu fiċ-ċivil u s-settur pubbliku u li għandhom esperjenza ma’ xi federazzjoni jew assoċjazzjoni. Infurmat li jekk ikun se jerġa’ jingħata l-kors dan jinfetaħ għal pubbliku ġenerali. Infurmat ukoll li 40 mill-parteċipanti kollha ħaddiema tal-KMS ibbenefikaw minn internship barra l-pajjiż.
L-informazzjoni dwar il-ħaddiema, il-kwalifiċi tagħhom kif ukoll ir-rwol tagħhom fi ħdan il-KMS qed tingħata lill-Onor. Interpellant separatament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-binja dilapidata fi Triq l-Imdina f'Ħ'Attard biswit iċ-Ċimiterju ta' Ħ'Attard hijiex proprjetà pubblika jew privata? Qed isir użu minnha? Jista' jordna li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq din il-binja storika? Jista' jgħid jekk għandiex konnessjonijiet mal-akwadott ta' Wignacourt u x'użu kien isir minnha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, din il-binja ma tidhirx li hija proprjetà tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux studju li jgħid li jrid issir il-manutenzjoni neċessarja lil binja li hi parti mill-Akwedott ta' Wignacourt li tinsab fi Triq Notabile, kantuniera ma' Triq Ħal Qormi? Jista jara li ssir manutenzjoni neċessarja? Jista' jgħid x'hemm imniżżel fil-file tal-Gvern f'dak li jirrigwardja x'kien l-użu storiku ta' din il-binja? Jekk mhemm xejn imniżżel, jista' jordna li jsir dan l-istudju?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li m’huwiex ċar f’liema lokalita’ qiegħda l-imsemmija struttura, u dan minħabba il-fatt li l-Akwedotti jgħaddu mil-lokalitajiet ta’ H’Attard, Hal-Balzan, Birkirkara u Santa Venera, qed nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-istruttura li hija indikat f'ritratt li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-istruttura ma tifformax parti integrali mill-akwedott storiku mibni bejn l-1610-1615 u l-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jirreferi l-Mistoqsija lid-Dipartiment tal-Propjeta’ tal-Gvern li għandu r-responsabbilta’ tal-immaniġġjar tal-propjeta’ pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-binja dilapidata fi Triq l-Imdina f'Ħ'Attard biswit iċ-Ċimiterju ta' Ħ'Attard hijiex proprjetà pubblika jew privata? Qed isir użu minnha? Jista' jordna li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq din il-binja storika? Jista' jgħid jekk għandiex konnessjonijiet mal-akwadott ta' Wignacourt u x'użu kien isir minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jistaqsi lill-Ministeru kkonċernat. Ladarba tingħata tweġiba mill-Ministeru kkonċernat, fejn jiġi identifikat jekk il-binja hiex pubblika jew privata, nkun nista’ nagħti risposta għat-tieni parti tad-domanda.