Il-Ħamrun – Kunsill Lokali – Chocolate Festival – għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern ta lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun biex sar iċ-Chocolate Festival fl-2013, 2014 u 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun ngħata €3,000 għall-Festival taċ-Ċikkulata, waqt li fl-2014 ingħata €5,000 u fl-2015 ngħata €3,000.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20628, jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu ppubblikati l-emendi għall-Avviż Legali 153/2015 abbażi tad-diskussjoni dwar l-infurzar lokali fil-Parlament meta kien ġie diskuss l-Avviż Legali 153/2015 u li dwarhom kien hemm qbil bejn iż-żewġt naħat tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed nara jekk, xahar wara li bdiet topera l-LESA, hemmx bżonn xi emendi zgħar f’xi partijiet tal-Avviz Legali għaliex bħalma dejjem jiġri meta liġi tibda titħaddem kultant wieħed jibda jirriskontra xi teething problems. F’dan il-każ ma jidhirx li hemm din il-ħtieġa imma xtaqt li dan it-tibdil li qed isemmi l-Onor Interpellant ikun inkluż ma’ kwalunkwe emendi żgħar li jista’ jkun hemm bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Kunsill Amministrattiv fis-Swatar bejn Jannar 2015 u Settembru 2015 mill-allokazzjoni mogħtija lilhom u fiex sar l-infieq?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kumitat Amministrattiv tas-Swatar li nefaq is-somma ta’ € 26,247.77 fil-perjodu msemmi. Qed inqiegħed skeda b’deskrizzjoni tax-xogħolijiet li saru, fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex għandu telf jew dejn (akkumulat sal-aħħar ta’ Settembru 2015) ? Għal liema raġuni l-kunsilli jattribwixxu d-dejn li jkollhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed tinġabar l-informazzjoni mitluba mingħand il-Kunsilli Lokali nfushom u għalhekk it-tweġiba tkun tista’ tingħata hekk kif jintemm dan l-eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ mal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u Reġjuni (ANSEK) matul l-2015? X’kienet l-aġenda tal-laqgħa u min attenda għal-laqgħa? Inżammu minuti matul dawn il-laqgħat? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-minuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-Segretarju Parlamentari Dr. Stefan Buontempo li huwa nkarigat mill-portafoll tal-Gvern Lokali, żamm kuntatti regolari ma’ ANSEK jew il-President tal-istess assoċjazzjoni. Ħafna minn dawn il-kuntatti kienu informali iżda b’mod aktar formali inżammu dawn il-laqgħat li ġejjin:
Data
Suġġett diskuss
1
9 ta’ Jannar 2015
Problemi li jiffaċċjaw is-Segretarji Eżekuttivi
2
2 ta’ Frar 2015
Korsijiet bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Public Policy tal-Università ta’ Malta
3
26 ta’ Ġunju 2015
Okkażjoni tal-Premju Segretarju Eżekuttiv
Irrid ngħid li kien hemm ix-xewqa miż-żewġ naħat li jkun hemm laqgħa kull xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ mal-Presidenti tar-Reġjuni matul l-2015? X’kienet l-aġenda tal-laqgħa u min attenda għal-laqgħa? Inżammu minuti matul dawn il-laqgħat? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-minuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ltqajt mal-Presidenti tar-Reġjuni ta’ Malta individwalment (jigifieri f'laqghat back to back president-president) fit- 23 ta’ Lulju 2015 kif ukoll fis-17 ta’ Settembru 2015. Saret laqgħa waħda mar-Reġjun t’ Għawdex fis-17 ta’ Settembru 2015.
F'dawn il-laqgħat s'intendi attenda wkoll is-Segretarju Parlamentaro Stefan Buontempo.
Is-suġġett kien l-infurzar lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Kunsill Lokali għandu Aġent Segretarju Eżekuttiv? Jista’ jagħti lista ta’Segretarji Eżekuttivi u fejn qed iservu,ma’ liema Kunsilli hemm aġent Segretarju Eżekuttiv u f’liema kunsilli qed iservu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erbatax-il Kunsill Lokali li għandu Aġent Segretarju Eżekuttiv. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Segretarji Eżekuttivi u fejn qed iservu kif ukoll lista ta’ Kunsilli fejn hemm Aġent Segretarju Eżekuttiv.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tar-Reġjuni issa li m’għadhomx responsabbli mill-infurzar lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Liġi Sussidjarja S.L.363.160 Art. 19 (1) fejn hemm il-lista ta’ funzjonijiet tal-Kumitati Reġjonali.
Il-Ministeru ser ikun qed jaħdem mal-Kumitati Reġjonali sabiex ikompli jgħinhom iwettqu tali funzjonijiet.
San Ġwann – Triq Birkirkara – kostruzzjoni, tqegħid ta’ servizzi u asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinbeda u jintemm il-kostruzzjoni mill-ġdid ta’ Triq Birkirkara f’San Ġwann inkluż it-tqegħid ta’ servizzi u asfaltar mill-ġdid u dan peress li din it-triq se tkun waħda mir-rotot ta’ devjazzjoni prinċipali meta jinbeda x-xogħol fuq il-proġett tal-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19687.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta ma ħadet l-ebda passi dwar ittra datata 23 ta’ Ottubru 2014 iffirmata mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann fejn intalab parir dwar periklu fi Triq il-Malvizz, il-Kappara (San Ġwann)? Jista’ jgħid għalfejn ma ħadet l-ebda passi wkoll dwar email iffirmata mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann datata 16 ta’ April 2015 dwar bus stop li tneħħiet minn Triq Mikiel Anton Vassalli (Reġjonali) ħdejn l-entratura tal-Kunvent tal-Klarissi parallel ma’ Triq l-Ambaxxati u dwar email iffirmata mis-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann datata 19 ta’ Mejju 2015 dwar talba biex issir site visit bil-possibilità ta’ modifika fi traffic island fi Triq Birkirkara, Kappara (San Ġwann)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa ħadet passi biex jitneħħa l-periklu fi Triq il-Malvizz. Rigward il-bus stop ġewwa Triq Mikiel Anton Vassalli ninsab infurmat li l-Awtorita’ qed tikkunsidra din il-proposta fl-isfond tal-proġett tal-junction tal-Kappara.
Għal dak li jirrigwarda t-traffic island fi Triq Birkirkara, San Ġwann, ninsab infurmat li Transport Malta diġa għamlet site visit fuq il-post fejn ġie nnutat li l-kunsill kien implimenta parti minn din it-triq bħala one way mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorita’, fejn tali miżura kkreat safety hazard. Ta’ min iżid ukoll li l-Awtorita’ ma rċeviet l-ebda pjanta li turi l-proposta tal-emenda tas-central strip li qed jitlob il-kunsill.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi se tieħu l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex tassigura li l-iżviluppatur ta’ plot bil-permess tal-MEPA (PA number qed jingħata separatament) fi Triq Birkirkara, kantuniera ma’ Triq il-Gallina fil-Kappara (San Ġwann) jerġa’ jpoġġi lura f’postu l-arblu fi Triq Birkirkara li miegħu kien hemm imwaħħlin wires li kien qala’ u rema fil-plot bil-konsegwenza li l-wires tpoġġew iserrħu fuq il-boundary wall? Jista’ jgħid x’passi se tieħu l-MEPA mal-istess żviluppatur tal-istess plot li ħareġ parti mill-boundary wall madwar żewġ metri ‘l barra fi Triq Birkirkara b’konsegwenza li l-bus stop tpoġġiet wara l-boundary wall?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont informazzjoni mogħtija mill-MEPA, l-iskavar li sar sa issa huwa kopert bil-permess imsemmi. Rigward il-kwistjoni sabiex jitpoġġa lura l-arblu, fi Triq Birkirkara li miegħu kien hemm imwaħħlin wires, din mhix fil-kompetenza tal-MEPA izda tal-entita` jew kumpanija li hija s-sid tal-wires. Peress illi dan huwa sit ta' kostruzzjoni, l-imsemmi boundary wall huwa hoarding biex joffri sigurta` fuq il-post. Din il-kwistjoni hija regolata mil-Building Regulation Office u mhux mil-MEPA.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se titħabbar il-Car Parking Policy ġdida li fis-26 ta’ Novembru 2014, Transport Malta kienet infurmat lil wieħed mill-Kunsilli Lokali li l-Ministru kellu jħabbarha - in the coming weeks wara li dan il-Kunsill f’isem il-Kumitat Amministrattiv li jaqa’ taħtu kien talab għal Residential Parking Scheme għal tliet toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 19627 u 17838.
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jassigura li lukanda fi Triq Wied Għollieqa fil-Kappara (San Ġwann) ma tħallix il-garbage bags tagħha barra t-triq minflok tpoġġihom f’kamra li għandha apposta bħalma jiġri ta’ spiss sakemm dawn jinġabru mill-kollettur privat tal-lukanda?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Kunsill Amministrattiv fil-Kappara bejn Jannar 2015 u Settembru 2015 mill-allokazzjoni mogħtija lilhom u fiex sar l-infieq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li l-infiq mill-Kumitat Amministrattiv tal-Kappara minn Jannar 2015 sa Settembru 2015 hu kif ġej:
Infieq fuq:€
Ġonna u Soft Areas4,180.00
Immaniġġjar tal-Iskart48,597.00
Nefqa tal-Amministrazzjoni20,727.00
Tipping fees15,817.50
Knis12,709.00
Repair + upkeep13,427.91
Miscellaneous402.82
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul din is-sena, iltaqa’ mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali? X’kienet l-aġenda tal-laqgħa u min attenda għal-laqgħa? Inżammu minuti matul dawn il-laqgħat? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-minuti?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Bormla – Triq John Pace – reserved parking approvat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm reserved parking approvat fi Triq John Pace, Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li skont ir-rekords tal-Kunsill Lokali, fi Triq John Pace hemm 7 ‘reserved parking bays’ approvati. Tajjeb li jingħad li filwaqt li 4 minnhom huma ta’ residenti li jabitaw f’din l-istess triq, it-tlieta l-oħra huma ta’ residenti li jabitaw f’toroq oħra li fihom ma jsirx parking (minħabba sqaqien jew turġien).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ivvutati flus fil-Budget għall-Kumitati Amministrattivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allokazzjoni tal-Kumitati Amministrattivi dejjem tinħadem meta tkun bdiet is-sena partikolari li għaliha tirreferi l-allokazzjoni, u ċertament wara li tkun inħadmet u ikkomunikata l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li Triq il-Pantar f’Ħal Lija tkun meqjusa bħala triq arterjali u mneħħija minn idejn il-Kunsill biex ikun il-Gvern li jagħmel il-manutenzjoni tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Skont il-Pjan Strutturali, Triq il-Pantar hija ikklassifikata bħala ‘Local Access Road’. Dawn it-tip ta’ toroq huma huma kollha tal-Kunsilli Lokali. Dan bis-saħħa kemm tal-Att dwar it-Trasport, u kif ukoll skont ir-Raba’ Skeda tal-Att dwar Kunsilli Lokali (annessa), li teskludi mir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali, biss dawk it-toroq ikklassifikati bħala arterjali/distributorji fl-istess Pjan Strutturali.
Għalhekk il-possibilità li tintlaqa’ t-talba tal-Onorevoli Membru, tista’ sseħħ biss jekk ir-regolatur jagħmel revi¿joni tal-Pjan Strutturali, inklu¿ il-klassifikazzjonijiet tat-toroq fil-pajjiż, (Toroq arterjali/distributorji, li huma fir-responsabbiltà ta’ Transport Malta, u Toroq Local Access u Access Only, fir-responsabbilta’ tal-Kunsilli Lokali).
In¿żid ngħid li tali reviżjoni, jekk meħtieġa li ssir mir-regolatur, tkun waħda ġenerali u mhux għal Triq il-Pantar biss.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li Triq il-Pantar f’Ħal Lija tkun meqjusa bħala triq arterjali u mneħħija minn idejn il-Kunsill biex ikun il-Gvern li jagħmel il-manutenzjoni tagħha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-talba ser tiġi kkunsidrata.