Ħ’Attard – skola tal-Istat — titjib fl-infrastruttura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’titjib fl-infrastruttura sar matul l-2015 fl-iskola tal-Istat f’Ħ’Attard?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ titjib fl-infrastruttura li sar fl-iskola Primarja tal-Istat f’Ħ’Attard matul is-sena 2015 huwa kif se nsemmi:
· Żebgħa u tikħil tal-klassijiet kollha fil-livell terran.
· Żebgħa u tikħil tal-librerija.
· Żebgħa u tikħil tal-uffiċċju tal-iskrivani.
· Żebgħa u tikħil tal-
foyer
.
· Żebgħa u tikħil tal-kċina li tmiss mas-sala, u kamra oħra man-naħa ta’ wara tal-kċina.
· Żebgħa u tikħil ta’ klassi tat-tielet sena.
· Żebgħa u tikħil tal-kamra tal-
Guidance
.
· Xogħol ieħor ta’ manutenzjoni li jinqala’ matul is-sena.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Prim Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Prim Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-edukazzjoni u x-Xogħol – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Kunsill Lokali ta’ Birkirkara u l-Imsida – allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21297, u jgħid kemm hija l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet mgħoddija lill-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara u tal-Imsida separatament u rispettivament fl-2014 u fl-2015 sabiex jamministraw dawn l-imsemmija fondi f’isem il-Kumitat Amministrattiv tas-Swatar? Jista’ jgħid x’kienet in-nefqa ġewwa l-hamlet tas-Swatar mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara u tal-Imsida fl-2014 u fl-2015 mill-allokazzjoni finanzjarja li ġie mgħoddija lilhom għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni għall-Kumitat Amministrattiv tas-Swatar kienet kif ġejja: Għas-sena 2014 il-Kunsill Lokali tal-Imsida ngħata allokazzjoni għas-Swatar ta’ €85,470, waqt li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ngħata allokazzjoni għas-Swatar ta’ €116,811. Intant għas-sena 2015 il-Kunsill Lokali tal-Imsida ngħata allokazzjoni għas-Swatar ta’ €88,189, waqt li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ngħata allokazzjoni għas-Swatar ta’ €120,446.
Fir-rigward tan-nefqa ninforma lill-Onor. Interpellant illi għas-sena 2014 il-Kunsill Lokali tal-Imsida kellu nefqa ta’ €75,661.00, waqt li n-nefqa tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għall-istess sena kienet ta €134,316. Intant għas-sena kurrenti 2015 il-Kunsill Lokali tal-Imsida qed jipprevedi nefqa ta’ €76,689.40 sa l-aħħar tas-sena 2015, waqt li n-neqfa tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għall-istess sena hija ta’ €95,624.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati ma’ mistoqsija parlamentari 20665 dwar bini mill-ġdid ta’ playground eżistenti fi Triq it-Tabib Nikol Zammit fis-Siġġiewi?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti mitluba flimkien ma’ viżwalizazzjoni kompjuterizzata tal-proġett kif ukoll site plan u ritratti tas-sit, hekk kif provduti mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
MIMCOL – somma għall-VRS u ERS għall-ħaddiema tal-Air Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-somma li kienet allokata u amministrata mill-MIMCOL sabiex tiġi wżata għall-VRS u ERS għall-ħaddiema tal-Air Malta ġietx eżawrita? Jekk le, kemm fadal flus fiha? Kemm minn dawn il-ħaddiema li applikaw għal dawn l-iskemi f’dawn l-aħħar sentejn, skont il-ftehim kollettiv tagħhom ingħataw flus u kemm le u għaliex ġara dan, f’kull każ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-somma li kienet allokata u amministrata mill MIMCOL għall-VRS u ERS għall-ħaddiema tal-Air Malta ġiet eżawrita. Ħadd mill-impjegati ma applika fl-aħħar sentejn għall-VRS u ERS.
Kunsill Lokali ta’ Birkirkara u l-Imsida – allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet mgħoddija lill-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara u tal-Imsida separatament u rispettivament fl-2014 u fl-2015 sabiex jamministraw dawn l-imsemmija fondi f’isem il-Kumitat Amministrattiv tas-Swatar? Jista’ jgħid x’kienet in-nefqa ġewwa l-hamlet tas-Swatar mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara u tal-Imsida fl-2014 u fl-2015 mill-allokazzjoni finanzjarja li ġie mgħoddija lilhom għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f’seduta oħra.
Il-Fgura – Triq A.M. Valperga – xogħlijiet fuq proġett
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex ikompli x-xogħol tal-proġett fi Triq A.M Valperga Fgura kif ġie mwiegħed mis-Sindku tal-Fgura u dan anke b’kitba f’fuljett li ntbagħat fid-djar, fejn fost l-oħrajn kien jinkludi grawd tal-football u proġetti oħra bħal parking area u restawr tas-swar? Jikkonferma li dan ix-xogħol se jwassal biex ma jkomplix jinġabar ħafna ilma f’din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt il-laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Fgura datata 22 ta’ Settembru 2015, il-Kunsill Lokali tal-Fgura qabel dwar pjan ħolistiku għaż-żona in kwestjoni biswit is-swar wara diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Ninsab infurmat illi fiż-żmien li ġej ser tkun qed issir l-applikazjoni mal-MEPA f’dan ir-rigward.
Il-fuljett riferut mill-Interpellant, la kien jagħmel referenza għal proġett ta’ parking area, u wisq anqas għar-restawr tas-swar.
Il-Kunsill Lokali tal-Fgura żied jgħid li Triq A.M. Valperga hija waħda wieqfa, u għaldaqstant ma jinġabar l-ebda ilma f’din t-triq.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20659 u jgħid kemm kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex għandu telf jew dejn (akkumulat sal-aħħar ta’ Settembru 2015) ? Għal liema raġuni l-kunsilli jattribwixxu d-dejn li jkollhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Mill-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali kollha jirriżulta li hemm tletin Kunsill Lokali li rrapurtaw li għandhom dejn jew telf akkumulat sal-aħħar ta' Settembru 2015. Qed inqiegħed din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Konsistentement issemmiet l-PPP tat-toroq li saret fi żmien amministrazzjoni preċedenti bħala waħda mill-fatturi li wasslu għad-dejn.
Kien hemm ukoll xi Kunsilli li sostnew li l-allokazzjoni tagħhom mill-Gvern Ċentrali m’hijiex biżżejjed. F’dan is-sens infakkar li l-Gvern preżenti żied konsistentement l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsilli Lokali matul dina l-leġiżlatura.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux hu l-Ministru kkonċernat biex iwieġeb mistoqsija parlamentari 20656 u ċjoè jgħid kif se jassigura li lukanda fi Triq Wied Għollieqa fil-Kappara (San Ġwann) ma tħallix il-garbage bags tagħha barra t-triq minflok tpoġġihom f’kamra li għandha apposta bħalma jiġri ta’ spiss sakemm dawn jinġabru mill-kollettur privat tal-lukanda? Jekk le, jista’ jgħid liema Ministru hu kkonċernat?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li l-Kunsill kien għamel żewġ rapporti lill-Pulizija u anke lid-Dipartiment tas-Sanità dwar dan il-każ. Intant hekk kif waslitli din l-informazzjoni d-Dipartiment għall-Gvern Lokali rrefera dan il-każ lill-Aġenżija tal-Infurzar Lokali, LESA.
Santa Luċija – Kunsill Lokali – Jogging Track — resurfacing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema proċess qiegħed il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija rigward ir-resurfacing tal-jogging track ta’ Santa Luċija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li ilu diversi snin jipprova jġib il-finanzjament għal dan il-proġett. Fost l-oħrajn il-Kunsill għamel talba wkoll lil Sport Malta biex tidħol għal dan il-proġett u din it-talba ġiet milqugħa. Sport Malta ser tkun qed tagħmel ukoll xogħol ta’ tisbieħ fl-area kollha tal-Jogging Track.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema proċess qiegħed ir-resurfacing tal-jogging track ta’ Santa Luċija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li SportMalta bħalissa jinsab f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta` Santa Luċija kif ukoll ma’ nies tekniċi tiegħu sabiex jinstab l-aħjar materjal li ser jintuża għal din il-jogging track, liema materjal ma jkunx ta’ piż fuq il-manutenzjoni tal-istess jogging track. Wara li jiġi identifikat il-materjal, joħroġ it-tender ta` xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għandhux il-ħsieb li Triq il-Kbira San Ġuzepp terġa’ tiġi bit-timed parking b’konsultazzjoni u kompromess bejn ir-residenti u l-komunità kummerċjali tal-lokal u li jkun hemm residential parking f’ċertu toroq jew li jinżebgħu kaxxi ħodor/blue bħalma saru f’lokalitajiet oħra biex jintużaw biss mir-residenti Ħamruniżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Informat li tali skemi ser jiġu kkunsidrati bħala parti mill-Car Parking Policy tal-Awtorità dwar it-Trasport.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali –segretarjat -
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux etiku li impjegat fis-Segretarjat tiegħu juża l-email tax-xogħol u l-kuntatti tal-Kunsilliera, biex jirreklama programm personali tiegħu fuq stazzjon politiku?
Response (BONNICI, OWEN)
M’hemm ebda impjegat fis-segretarjat tiegħi li għandu programm politiku.
Madankollu niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kuntatti tal-kunsilliera huma pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra ma tax il-permess tiegħu biex isir privat b’xejn lit-tfal tax-Xgħajra fil-garaxx tal-Kunsill li jissejjaħ ‘Ċentru Soċjali’ li jinsab fi Triq San Ġakbu x-Xgħajra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li d-deċiżjoni ttieħdet fuq riżoluzzjoni ta’ għaxar snin ilu illi jagħmel attivitajiet għat-tfal tax-Xgħajra matul is-Sajf biss, kemm lezzjonijiet privat kif ukoll crafts u story telling u anke tagħlim tal-computer. Dan fil-fatt isir matul is-Sajf biss peress li kif jintemm is-Sajf it-tfal imorru lura l-iskola.