Ministeru għall-Għawdex – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ma għamlux użu mix-xogħol jew servizzi tal-individwu msemmi jew tal-uffiċċju legali tiegħu.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill- -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ngħata kuntratt ta’ konsulenza legali minn Transport Malta matul il-perjodu msemmi.
Ir-rata ta’ ħlas hija ta ħamsin Ewro fis-siegha VAT eskluża. Il-konsulent jitħallas ukoll dawk l-ammonti stabbiliti mir-reġistratur tal-qrati skont it-taxxa applikabli għal sentenzi deċiżi mill-qrati. Madankollu kwalunkwe spejjeż legali li jistgħu jinġabru rigward każijiet mirbuħa mill-Awtorita’ jinżammu mill-istess Awtorita’.
Minn naħa tal-Grand Harbour Regeneration Corporation, fil-perjodu msemmi, dan l-individwu ngħata xogħol ta’ konsulenza legali għal valur ta’ €4795.75 eskluż il-VAT.
Ministeru għat-Turiżmu – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bejn Marzu 2013 u Novembru 2015, il-Ministeru għat-Turiżmu uża s-servizzi tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal darba fl-2014 u l-valur ta’ dan ix-xogħol jammonta għal €283.20. Il-kuntratt ma ngħatax b’direct order.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li l-persuna li hemm riferenza ghaliha fil-mistoqsija tieghu inghatat kuntratt b’rabta mal-process ta’ ristrutturar tal-linja nazzjonali tal-ajru.
Kif inghataw kuntratti simili fl-ahhar legizlatura dwar ir-ristrutturar tal-linja nazzjonali tal-ajru, mill-gvern li kien jaghmel parti minnu l-Onor Interpellant stess, il-kuntratt inghata permezz ta’ direct order. Il-kuntratt inghata skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern u bl-awtorizazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Nixtieq nirrimarka l-mod differenti kif qed jitmexxa llum b’mod miftuh il-process ta’ ristrutturar tal-Air Malta, meta imqabbel ma dak li gara qabel l-ahhar elezzjoni generali. Fil-legizlatura li ghaddiet il-Ministru responsabbli mill-Air Malta, l-Onor Tonio Fenech, f’dan il-Parlament kien jirrifjuta li jaghti d-dettalji la tal-ismijiet u lanqas tal-hlas tal-konsulenti dwar l-Air Malta ghaliex skont huwa din kienet informazzjoni ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21625 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Prim Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari kienet ta’ medja ta’ €44 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 34 litru fil-ġimgħa.
Is-Segretarju Parlamentari ma jagħmilx użu mit-tieni karozza.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21626 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu April 2013 sa Novembru 2015 kienet ta’ medja ta’ €69.79 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 52.5 litru fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar leġizlatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal- Ministru tas-Saħħa kienet ta’€99.48 fil-ġimgħa.
Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21627 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali kienet ta’ medja ta’ €40 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 30.69 litru fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar leġizlatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal- Ministru tas-Saħħa kienet ta’ €99.48 fil-ġimgħa.
Ministeru għall-edukazzjoni u x-Xogħol – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21628 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ €130.15 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 90 litru fil-ġimgħa.
Il-Ministru mhux jagħmel użu mit-tieni karozza.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Gozo Sports Board? Min għażel dawn in-nies u f’liema data ntgħażlu? Kemm jgħaddi flus dirett lill-Gozo Sports Board il-Ministeru għal Għawdex kull sena? Kemm hemm ħaddiema sekondati ma’ dan il-bord min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex u kemm jiswew dawn il-ħaddiema kull sena lill-Ministeru għal Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull ħaddiem li hemm mal-Gozo Sports Board?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gozo Sports Board hu kompost kif muri hawn taħt. L-uffiċċjali tal-Bord ġew magħżula mill-laqgħa ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2013 u l-membri jiġu magħżula mill-kumitati rispettivi tagħhom. L-ammont ta’ €49,000 jgħaddu dirett lill-Gozo Sports Board mill-Ministeru għal Għawdex kull sena. Hemm ħaddiem wieħed sekondat ma’ dan il-bord min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex u dan jiswa €18,810 (skala 11) kull sena lill-Ministeru għal Għawdex. Ix-xogħol ta’ kull ħaddiem li hemm mal-Gozo Sports Board hu kif ġej:
· Kap Eżekuttiv
· PA tal-Kap Eżekuttiv (fuq bażi partime)
· Ħaddiem - Koordinatur mal-għaqdiet Sportivi
· Żewg ħaddiema - Skola Sport u attivitajiet
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ħ’Attard – Għassa tal-Pulizija – ħinijiet ta’ ftuħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm sigħat infetħet matul kull ġimgħa fix-xhur ta’ Settembru, Ottubru, Novembru 2015 l-għassa tal-Pulizija f’Ħ’Attard? Kemm kien hemm stazzjonati pulizija fl-għassa tal-Pulizija ta’ Ħ’Attard kuljum fix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru 2015? Kemm hu ppjanat li tinfetaħ u kemm hu ppjanat li jkun hemm pulizija fl-istess għassa matul Diċembru 2015, Jannar 2016 u Frar 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minħabba l-ammont konsiderevoli ta’ fixed points li hemm fid-Distrett numru 8, ma jkunx possibli li tinfetah l-Ghassa ta’ Ħ’Attard regolarment u fix-xhur imsemmija kien impossibli li din tinfetah fil-maggoranza tal-ġranet, għall-istess raġuni. Madankollu kemm jista jkun tinfetah l-Għassa ta’ Ħal Balzan li tinstab biswit ir-raħal ta’ Ħ’Attard, biex b’hekk ir-residenti jkunu jistgħu jagħmlu użu ta’ din l’għassa’.
Ħ’Attard – Triq Pantar u Triq tat-Torba — xogħlijiet
Question
Peress li fi Triq Pantar u Triq tat-Torba, li minn Ħ’Attard iwasslu għall-Mosta u viċi-versa, bħalissa qed jiġu konklużi xi xogħlijiet u qed tinqala’ nofs it-triq, u peress li n-nofs l-ieħor mhux fi stat tajjeb, jista’ l-Ministru jikkonsidra li t-triq kollha tingħata wiċċ ġdid bit-tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20927.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw servizzi ta’ wardens fix-xahar ta’ Ottubru u Novembru 2015 mil-Local Enforcement System Agency (LESA)? F’liema lokalità ntużaw il-wardens u kemm ingħataw sigħat ta’ servizz ta’ warden f’kull lokalità f’Malta u Għawdex fix-xahar ta’ Ottubru 2015 u Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21624 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Prim Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ €70 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 49 litru fil-ġimgħa.
Fuq it-tieni karozza l-ispiża fuq fuel kienet ta’ medja ta’ €114 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 87 litru fil-ġimgħa. It-tieni karozza bdiet tintuża f’Marzu 2014.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-ahhar leġizlatura l-ispi¿a fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru kienet ta’ €96 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 76 litru fil-ġimgħa.
Fuq it-tieni karozza l-ispiża fuq fuel kienet ta’ medja ta’ €27 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 21 litru fil-ġimgħa.
Infakkar ukoll lill-Onor Interepellant li minn tagħrif mogħti f’din il-Kamra, l-ispiża fuq fuel fuq il-karozza uffiċjali li qed jagħmel użu minnha l-Kap tal-Oppozizzjoni bejn Ġunju 2013 u Novembru 2015 kienet ta’ €75 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 56 litru fil-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kif kienet ir-rotta u l-ħinijet tal-karozza tal-linja fuq ir-rotta 54 f’Jannar 2015, f’Marzu 2015, f’Ottubru 2015 u kif inhi r-rotta u kif inhuma l-ħinijiet fil-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta bin-numru 54 bejn Jannar u Ottubru 2015 kienet tibda it-traġitt tagħha minn Ħ’Attard u tgħaddi minn Ħal Balzan, Birkirkara, Santa Venera, Ħamrun, u l-Belt Valletta. Din ir-rotta kellha frekwenza ta’ kull 30 minuta mill-ewwel vjaġġ ta’ filgħodu sat-tmienja ta’ filgħaxija. Wara dan il-ħin il-frekwenza ta’din ir-rotta kienet tinżel għal kull sieghħa, filwaqt li l-frekwenza ta’ din ir-rotta fil-Ħdud kienet ta’ kull siegħa.
Fit-22 ta’ Novembru 2016 din ir-rotta ġiet modifikata fejn baqgħet tibda it-traġitt tagħha minn Ħ’Attard u tgħaddi minn Ħal Lija nkluż iż-żona magħrufa bħala tal-Mirakli, Ħ’Attard, Balzan, Birkirkara, Msida u l-Belt Valletta. Din ir-rotta għandha frekwenza ta’ kull 30 minuta il-ġurnata kollha nkluż il-Ħdud.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jeżistu tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħ’Attard? Jista’ jgħid x’inhuma r-rotot u l-ħinijiet tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħ’Attard fil-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-rotot li jghaddu minn Ħ’Attard u il-frekwenzi taghhom huma is-sussegwenti:
Numru Tar-Rotta
Ir- Rotta
Frekwenza ħinijiet
peak
50
Rabat - Attard, Triq l-Imdina - Valletta
30 minuta
51
Imtarfa - Attard, Triq l-Imdina - Valletta
30 minuta
52
Dingli - Attard, Triq l-Imdina - Valletta
30 minuta
53
Rabat - Attard Attard, Triq l-Imdina) - Valletta
30 minuta
54
Attard, Triq Santa Katerina- Lija (Tal-Miraki) - Attard (Triq il-Linja)-Balzan-Lija-Birkirkara-Msida-Valletta
30 minuta
56
Buskett-Dingli-Rabat-Ta'Qali- Attard- Balzan-Birkirkara- Msida-Valletta
60 minuta
106
Sptar Mater Dei- Universita-Birkirkara (Santa Liena)- Lija-Balzan-Attard (Triq Santa Katerina u Triq il-Mosta)-Balzan-Birkirkara (Naxxar Road)-Sptar Mater Dei
60 minuta
109
Bahrija-Rabat- Attard Triq L-Imdina-Zebbug-Siggiewi- Ghar Lapsi (Fis-Sajf)
60 minuta
181
Dingli-Rabat-Attard, Triq L-Imdina- Balzan-Birkirkara-Sptar San Luqa-Sptar Mater Dei/ Universita
60 minuta
182
Mtarfa-Rabat-Attard, Triq L-Imdina- Balzan-Birkirkara-Fleur De Lys-Sptar San Luqa-Sptar Mater Dei/ Universita
60 minuta
186
Bugibba-Mosta-Attard, Triq Santa Katerina-Ta' Qali-Rabat
30 minuta
202
Sliema-San Giljan-San Gwann-Naxxar-Mosta-Attard, Triq il-Pitkali u Santa Katerina-Ta'Qali-Rabat
60 minuta
X3
Ajruport-Rahal Gdid-Marsa Park and Ride-Birkirkara-Attard, Triq l-Imdina-Rabat-Imtarfa-Mosta-Bugibba
60 minuta
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jeżistu tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħal Balzan? Jista’ jgħid x’inhuma r-rotot u l-ħinijiet tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħal Balzan fil-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotot li jgħaddu minn Ħal Balzan u l-frekwenzi tagħhom huma hekk kif ġej:
Numru Tar-Rotta
Ir-Rotta
Frekwenza ħinijiet
peak
50
Rabat - Attard, Triq l-Imdina -Balzan, Triq Birbal u Triq Valletta -Birkirkara- Msida-Valletta
30 minuta
54
Attard, Triq Santa Katerina- Lija (Tal-Miraki) - Attard-Balzan, Triq Annibale Preca, Il-Kbira, Guze Bonnici, Balaguer, Antonio Micallef u Il-Wied Hal Balzan-Lija-Birkirkara-Msida-Valletta
30 minuta
56
Buskett-Dingli-Rabat-Ta'Qali- Attard- Balzan, Triq Valletta, Birbal,Vjal De Paule-Birkirkara- Msida-Valletta
60 minuta
106
Sptar Mater Dei- Universita-Birkirkara (Santa Liena)- Lija-Balzan-Attard -Balzan, Triq il-Kbira, Idmejda, Birbal-Birkirkara (Naxxar Road)-Sptar Mater Dei
60 minuta
181
Dingli-Rabat-Attard, - Balzan,Triq Valletta, Birbal,Vjal De Paule-Birkirkara-Sptar San Luqa-Sptar Mater Dei/ Universita
60 minuta
182
Mtarfa-Rabat-Attard, - Balzan, Triq Valletta, Birbal,Vjal De Paule -Birkirkara-Fleur-De-Lys-Sptar San Luqa-Sptar Mater Dei/ Universita
60 minuta
X3
Ajruport-Rahal Gdid-Marsa Park and Ride-Birkirkara-Balzan, Triq Birbal, Vjal De Paule-Attard-Rabat-Imtarfa-Mosta-Bugibba
60 minuta
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jeżistu tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Mosta? Jista’ jgħid x’inhuma r-rotot u l-ħinijiet tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Mosta fil-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ir-rotot li jgħaddu mill-Mosta u l-frekwenzi ta’ dawn ir-rotot huma kif ġej;
Numru Tar-Rotta
Ir- Rotta
Frekwenza ħinijiet
peak
31
Buġibba-Mosta-(Ċentru)-Naxxar-Iklin-Sptar-Mater Dei/Universita’-Msida-Valletta
30 minuta
41
Ċirkewwa-Mellieħa-San Pawl il-Baħar-Mosta (Ċentru)-Lija- Birkirkara- Msida-Valletta
30 minuta
42
Ċirkewwa-Mellieħa-San Pawl il-Baħar-Mosta (Ċentru)-Lija- Birkirkara- Fleur-De-Lys-Ħamrun-Valletta
30 minuta
44
Għajn Tuffieħa-Manikata- Mġarr- Mosta, Triq il-Kbira fl-inħawi magħrufa bħala tas-Sriedak u ċ-Ċentru- Birkirkara-Msida-Valletta
30 minuta
45
Qawra-Mosta(Ċentru)-Naxxar, Triq 21 ta' Settembru u Triq tal-Labour- Lija-Birkirkara-Msida-Valletta
30 minuta
47
Mosta, l-inħawi magħrufa bħala Santa Margerita u Iż-Żokrija kif ukoll iċ-ċentru- Lija-Birkirkara-Sptar San Luqa-Ħamrun (Mile End)-Valletta
30 minuta (sat-08:00 ta’ filgħodu imbagħad taqleb għal 60 minuta)
48
Buġibba- Mosta (Ċentru)-Lija- Birkirkara- Msida- Valletta
20 minuta
103
Bidnija, Mosta (Centru Ċentru)-Naxxar, is-Sgħajtar kif ukoll iċ-ċentru)
60 minuta
186
Buġibba- Mosta (Ċentru)-Attard- Ta'Qali- Rabat
30 minuta
202
Sliema-San Ġiljan-San Ġwann-Naxxar-Mosta, fl-inħawi magħrufa bħala tad-Daqqaq kif ukoll iċ-ċentru-Attard -Ta'Qali-Rabat
60 minuta
203
Sliema-Gżira- San Ġiljan- San Ġwann-Naxxar- Mosta (Ċentru)-Buġibba
60 minuta
238
Mġarr- Mosta fl-inħawi magħrufa bħala ż-Żokrija kif ukoll miċ-ċentru- Naxxar-Birkirkara (By-Pass)-l-isptar Mater Dei/Universita.
60 minuta
250
Ċirkewwa- Mellieħa-San Pawl il-Baħar-Mosta (Ċentru)-Birkirkara (By-Pass)- Sptar Mater Dei/ Universita
60 minuta
260
Għargħur- Naxxar - Mosta, fl-inħawi magħrufa bħala ta' Santa Margerita kif ukoll iċ-Ċentru-Birkirkara (By-Pass)- l-Sptar Mater Dei/ Universita
60 minuta
280
Buġibba - Mosta (Ċentru) -Lija- Birkirkara- Tal-Qroqq- l-Isptar Mater Dei/ Universita
60 minuta
X3
Ajruport-Raħal Ġdid-Marsa Park and Ride-Birkirkara-Attard, -Rabat-Imtarfa-Mosta (Tarġa)-Buġibba
60 minuta