Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Sitt Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fis-Sitt Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 21793.

Is-Seba’ Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fis-Seba’ Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 21793.

It-Tmien Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fit-Tmien Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 21793.

Id-Disa’ Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fid-Disa’ Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 21793.

L-Għaxar Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fl-Għaxar Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 21793.
Leg 12 PQ #21790 Sitting 347 2016-01-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15472 (ħmistax-il elf, erba’ mija, tnejn u sebgħin). Apparti hekk l-Aġenzija SEWCU tat ukoll xogħol lil l-kumpanija msemmija għal event li ttellgħat fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, liema event kienet imħallsa minn fondi tal-UE, għal valur ta’ €9849 (disat elef, tminn mija, disgħa u erbgħin Ewro). Din kienet l-irħas kwotazzjoni.
Leg 12 PQ #21791 Sitting 347 2016-01-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21828.

L-Ewwel Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fl-Ewwel Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant, illi kif maqbul bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropeja fir-rigward tal-Programm Leader lura f'Marzu tas-sena 2011 minn Amministrazzjoni Nazzjonalista fil-Gvern, il-lokalitajiet li huma eleġibli ghal dawn il-fondi huma: Attard, Birżebbuġia, Victoria, Dingli, Għaxaq, Nadur, Għargħur, Gudja, Xagħra, Iklin, Kalkara, Żebbuġ, Lija, Kirkop, Għasri, Mdina, Luqa, Qala, Mellieħa, Marsaskala, San Lawrenz, Mġarr, Marsaxlokk, Għarb, Mosta, Mqabba, Kerċem, Mtarfa, Qormi, Sannat, Naxxar, Qrendi, Xewkija, Rabat, Safi, Għajnsielem, San Ġwann, Santa Luċija, Fontana, Siġġiewi, Xgħajra, Munxar, San Pawl il-Baħar, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq. Minn dawn il-lokalitajiet, sa mill-2011 'l hawn, kien hemm 28 soċjeta mużikali li ssotomettew applikazzjoni eleġibli għal 36 proġett. Dawn l-applikazzjonijiet kollha ġew approvati mit-tliet Gruppi Azzjoni Lokali rispettivi.

It-Tieni Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fit-Tieni Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21793

It-Tielet Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fit-Tielet Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21793

Marsalforn Għawdex – Kumitat Amministrattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinħatar il-membru l-ġdid fil-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn bagħat ir-rakkomandazzjoni tiegħu u din qed tiġi proċessata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Leg 12 PQ #21784 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – għoti ta’ kuntratti lil Individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li l-persuna li hemm riferenza ghaliha fil-mistoqsija tal-Onor Interpellant inghatat zewg kunratti ta’ xoghol mill-MEPA. Il-valur tal-kuntratti, li inghataw b’direct order, kienu ta’ €4,956 u €6,212 rispettivament.
Leg 12 PQ #21785 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #21786 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Uffiċċju tal-Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21825.
Leg 12 PQ #21788 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21789 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ebda entita' jew dipartiment taħt l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari f'dan l-Uffiċċju ma talab xogħol jew servizz mingħand id-ditta msemmija.

Segretarjat Parlamentari għall-kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill -entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 21777.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ma ntalab jagħmel l-ebda xogħol jew jagħti servizz la mil-Ministeru, u mill-ebda entita’ jew dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi.