Millennium Stand — Triq għall-Pixxina - stallazzjoni ta' dawl
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-triq li hemm wara l-Istadium Nazzjonali, li fiha jkun hemm ipparkjati diversi karozzi speċjalment ta’ min juża l-Pixxina fil-Millennium Stand, ikollha stallat dawl tat-triq peress li meta jidlam u ma jkunx hemm il-flood lights tal-istadium mixgħula, ikun hemm dalma totali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li hija ma ntalbitx tapprova jew tagħti l-provvista lil bozoz ġodda fl-area imsemmija.
L-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ bozoz ġodda f’toroq u postijiet pubbliċi oħrajn m’hijiex responsabilità ta’ Enemalta plc, peress li xi snin ilu dawn is-servizzi izda għaddew f’idejn il-kunsilli lokali u għadd ta’ entitajiet governattivi oħrajn.
Meta dawn l-entitajiet jiddeċiedu li jwaħħlu bozoz ġodda f’postijiet pubbliċi skont it-termini tekniċi u r-regolamenti applikabbli, Enemalta plc tircievi l-Applikazzjoni STL mingħand l-istess entitajiet biex it-tekniċi tagħha jqabbdu dawn l-installazzjonijiet mas-sistema nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-elettriku dedikata għad-dwal tat-toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’pagi fil-Local Enforcement System Agency (LESA) mill-1 t’Ottubru 2015 sa l-aħħar ta’ Diċembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Waqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija Parlamentari 20711, ninforma lill-Onor Interpellant li bejn Ottubru u Diċembru 2015 kien hemm nefqa ta’ €24,731.54 gross f’pagi fil-Local Enforcement System Agency.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Kap Eżekuttiv tal-Local Enforcement System Agency (LESA) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif indikajt fit-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 20711, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu salarju ta' 25 fil-mija ta' dak li kien jitħallas wieħed biss mill-Uffiċjali Awtorizzati li kienu assenjati ma' kull wieħed mill-ħames Reġjuni li għandna. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara kopja tal-kuntratt, nista’ nagħmel dan privatament.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – għoti ta’ kuntratti lill-individwu
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21781, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa xogħol għamel il-konsulent imsemmi bejn Marzu 2013 u Novembru 2015 bħala parti mill-kuntratt ta’ konsulenza legali minn Transport Malta matul il-perjodu msemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulent imsemmi għamel 687 siegħa xogħol bejn Marzu 2013 u Novembru 2015 f’konsulenza legali għal Transport Malta.
Il-Mosta u Ħ’Attard – Triq Pantar u Triq tat-Torba — xogħlijiet
Question
Peress li fi Triq Pantar u Triq tat-Torba, li minn Ħ’Attard iwasslu għall-Mosta u viċi-versa, bħalissa qed jiġu konklużi xi xogħlijiet u qed tinqala’ nofs it-triq, u peress li n-nofs l-ieħor mhux fi stat tajjeb, jista’ l-Ministru jikkonsidra li t-triq kollha tingħata wiċċ ġdid bit-tarmak?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol qed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u mhux minn xi Kunsill Lokali. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – għoti ta’ kuntratti lill-kumpanija
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21830, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus kontanti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu meta l-Kunsill Malti għall-Arti għamel użu mis-servizz tal-kumpanija (9 darbiet) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015? Kemm ingħataw flus kontanti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu meta l-Public Broadcasting Authority għamel użu mis-servizz tal-kumpanija (darbtejn) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015? Kemm ingħataw flus kontanti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu meta d-Direttorat għas-Servizzi Kooperattivi għamel użu mis-servizz tal-kumpanija (10 darbiet) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' l-Valletta Rehabilitation Committee f’din il-leġiżlatura u meta ltaqa'? Xi kwistjonijiet ittratta u x'deċiżjonijiet ħa f'kull laqgħa? Min attenda għal kull laqgħa?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-dati u l-attendenzi għall-laqgħat kollha li saru mill-Kumitat f’din il-leġiżlatura. Il-kwistjonijiet li ġew diskussi huma varji u skont it-Terms of Reference li ingħata dan il-Kumitat.
Jista’ l-Ministru jekk kemm hemm nies jaħdmu fil-Local Enforcement System Agency (LESA)? X’paga u/jew kuntratt għandu kull persuna u min qed iħallas dawn il-pagi/kuntratti, jekk hux il-Gvern jew kumpanija privata?
Response (BONNICI, OWEN)
M’għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari 20711.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet f’Ottubru, f’Novembru u f’Diċembru 2015 f’kull lokalità, meta mqabbla mal-istess xhur tas-sena 2014 u s-sena ta’ qabel 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għas-sejħa tal-espressjoni ta’ interess dwar il-privatizzazzjoni u l-iżvilupp tal-kumpless tal-Korsa tal-Marsa li għalqet f’Ottubru 2015, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ individwi u kumpaniji li applikaw qabel ma għalqet din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-kumpaniji u fiex waslu n-negozjati magħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Request for Proposal inġabar minn erba’ entitajiet/individwi. Madankollu, kienet entità waħda biss li issottomettiet proposta bl-isem ta’ Marsa Race Track Consortium. Il-bord ta’ l-evalwazzjoni qiegħed fil-proċess li jevalwa l-offerta.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' diretturi u membri fid-diversi bordijiet sportivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Jannar 2016? Jista’ jgħid xi ħlas u perkaċċi qed igawdu dawn il-membri?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – petrol u diesel — nefqa
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21735, jista’ l-Prim Ministru jgħid min juża t-tieni karozza u għaliex tintefaq l-ispiża ta’ €114 fil-ġimgħa? Jista’ jgħid kemm isiru kilometri fil-ġimgħa bl-imsemmija karozza?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tieni karozza llum tintuża ghall-istess mod li kienet tintuza t-tieni karozza fl-ahhar leġiżlatura.
Il-medja ta’ kilometri fil-gimgħa hija ta’ 660.
Il-Ħdax-id Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fil-Ħdax id-Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?
It-Tnax id-Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fit-Tnax id-Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?
It-Tlettax id-Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fit-Tlettax id-Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?
Management Efficiency Unit – rapport dwar il-piżijiet amministrattivi fuq kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kien ġie mħejji mill-Management Efficiency Unit(MEU) wara li dan kien mitlub jagħmel eżerċizzju sabiex jiġu identifikati l-piżijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali milli jagħtu servizz effettiv u effiċjenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li ir-rapport għadu qed jiġi diskuss internament. Kif ikun magħluq il-proċess inkun nista npoġġi ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' l-Cottonera Rehabilitation Committee f’din il-leġiżlatura u meta ltaqa'? Xi kwistjonijiet ittratta u x'deċiżjonijiet ħa f'kull laqgħa? Min attenda għal kull laqgħa?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-dati u l-attendenzi għall-laqgħat kollha li saru mill-Kumitat f’din il-leġiżlatura. Il-kwistjonijiet li ġew diskussi huma varji u skont it-Terms of Reference li ngħata dan il-Kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' l-Mdina Rehabilitation Committee f’din il-leġiżlatura u meta ltaqa'? Xi kwistjonijiet ittratta u x'deċiżjonijiet ħa f'kull laqgħa? Min attenda għal kull laqgħa?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-dati u l-attendenzi għall-laqgħat kollha li saru mill-Kumitat f’din il-leġiżlatura. Il-kwistjonijiet li ġew diskussi huma varji u skont it-Terms of Reference li ingħata dan il-Kumitat.
Il-Ħames Distrett Elettorali — soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda li bbenefikaw mill-Programm Leader
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jsemmi liema soċjetajiet mużikali jew każini tal-banda fil-Ħames Distrett Elettorali bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm Leader minn Marzu 2013 sa Novembru 2015? Jista’ jagħti wkoll l-ammont ta’ fondi li ngħataw f’kull każ?