Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-mara tiegħu għandhiex rwol uffiċjali jew mhux uffiċjali fl-Armata? Jista’ jgħid għaliex il-mara tiegħu wettqet funzjoni ta’ intermedjarju fi kwistjoni bejn il-Brigadier tal-Armata u membru tal-Armata? Ma jidhirlux li dan mhux rwol li għandu jitwettaq mill-mara tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif kien jiġri f’leġiżlaturi ohra ma’ nisa ta’ Prim Ministri differenti, il-mara tiegħi tintalab minn żmien għal żmien sabiex tassisti persuni varji.
Nittama li bil-mistoqsija tiegħu l-Onor Interpellant mhux jibgħat il-messaġġ li persuni li jkollhom bzonn xi forma t’assistenza, għandhom ikunu injorati.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-mara tiegħu tieħux salarju, allowances perkaċċi bħal użu ta’ mobile, jew xi tipi ta’ remunerazzjoni oħra kwalunkwe mill-istat u jekk iva, kemm huma dawn l-ammonti u kemm tħallset bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tweġiba hija fin-negattiv. Il-mara tiegħi ma tieħux salarju, allowances jew xi tipi ta’ remunerazzjoni.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li digà kienet saret mistoqsija simili għal dik imressqa minnu, li ġiet imwieġba fis-seduta 70 tal-4 ta’ Novembru 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-kunsill lokali qed jistenna l-approvazzjoni tal-Ministru u/jew tad-Dipartiment biex ikun jista’ jimpjega EU Funds Officer? Jekk hemm min qed jistenna, kemm ilu jistenna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-Taqsima għar-Riżorsi Umani tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma hemm l-ebda talba pendenti ta’ xi Kunsill għal EU Funds Officer.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – petrol u diesel — nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22508, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex it-tieni karozza tiegħu tagħmel 660km fil-ġimgħa li huwa bil-wisq aktar mill-karozza uffiċjali tiegħu bħala Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-użu tat-tieni karozza llum huwa għall-istess mod li kien fil-leġiżlatura li għaddiet.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — użu tal-karozza - fuel
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min iħallas għall-fuel tal-karozza uffiċjali tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif kien il-każ għal kull Prim Ministru, il-fuel jitħallas mill-gvern.
Ninforma lill-Onor Interpellant li waqt li l-ispiża llum fuq il-fuel għall-karozza uffiċjali hija ta’ medja ta’ €70 fil-ġimgħa, fl-aħħar leġiżlatura l-ispiża fuq il-fuel għall-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru kienet ta’ €96 fil-ġimgħa. Infakkar ukoll lill-Onor Interpellant li minn tagħrif mogħti f’din il-Kamra, l-ispiża fuq il-fuel ghall-karozza uffiċjali li qed jagħmel użu minnha l-Kap tal-Oppozizzjoni hija ta’ €75 fil-ġimgħa.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min iħallas għall-manteniment neċessarju tal-karozza uffiċjali tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-ħlas ghall-manutenzjoni, mhux għall-manteniment, neċessarja ssir minn naħa tal-Prim Ministru personalment.
Ngħarraf lill-Onor Interpllant li bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013, l-ispiża fuq it-tiswijiet biss tal-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru dak iż-żmien kienet ta' €32,539, spiża li tħallset kollha minn fondi pubbliċi. U dan meta din il-karozza kienet inxtrat minn fondi pubbliċi għal €62,360.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ avukati li għandhom il-warrant?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sorprendentement meta dan il-Ministeru ħa d-dekasteru f’idejh instab li ma kienet teżisti l-ebda lista għand il-Gvern kompluta tal-avukati kollha li ngħataw il-Warrant matul is-snin. Jekk issaqsini jekk dan hu aċċettabbli, ngħidlek li dan hu kompletament inaċċettabbli u juri kemm il-qasam tal-Ġustizzja tħalla priv minn strutturi u sistemi meħtieġa li aħna bdejna nindirizzaw.
Mat-twaqqif tad-Dipartiment tal-Ġustizzja taħt din l-amministrazzjoni nbeda eżerċizzju biex tiġi kompilata din il-lista, liema lista qiegħda tinbena ftit ftit u diġà marru lura għadd ta’ snin wara li saru l-aċċertazzjonijiet meħtieġa.
Sadanittant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kamra tal-Avukati tippubblika online lista tal-Avukati membri tagħha.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 6558 li tpoġġa f'Seduta 355, nhar it-Tnejn 15 ta' Frar 2016)
Kunsilli Lokali — Live streaming tal-laqgħat - fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus il-Kunsilli Lokali għas-sena 2016 biex ikunu jistgħu jsostnu l-obbligu li għandhom biex ixandru kull laqgħa tal-kunsill b’live streaming? Kemm hi l-għajnuna totali u kemm ingħata kull Kunsill Lokali għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Kunsill Lokali qed jingħata €1,000 fis-sena għall-istreaming u €300 oħra fis-sena għall-internet biex issostni l-live streaming, total ta’ €1,300 fis-sena kull wieħed. Il-Kunsilli bdew jitħallsu tal-istreaming is-sena l-oħra, mhux kollha f’daqqa peress li jiddependi meta l-Kunsill beda jxandar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ flus li ngħataw il-Kunsilli Lokali sabiex ikunu jistgħu jbixxu l-palm li jinsab fit-territorju tagħhom u dan in vista ta’ ordnijiet maħruġa minħabba dud li qed jattakka dawn is-siġar? Jekk sa issa l-Kunsilli għadhom ma ngħataw l-ebda għajnuna għal dan il-għan, jista’ l-Ministru jgħid kif beħsiebu jgħin lill-kunsilli jlaħħqu ma’ dan l-obbligu li ġie impost fuqhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibli li jkun ikkwantifikat eżatt l-ammont ta’ flus li l-Kunsilli Lokali jingħataw fl-allokazzjoni tagħhom għal dan l-iskop ta’ bexx. Dan peress li dawn jifformaw parti mill-flus għall-ġonna u green areas f’daqqa.
Laqgħat mal-kunsilli lokali u Kumitati Amministrattivi Maltin u Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, kemm-il laqgħa kellu ma’ Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Maltin u Għawdxin u ċjoè mal-membri kollha ta’ kull Kunsill jew Kumitat Amministrattiv partikolari? Meta u fejn saru dawn il-laqgħat u ma’ liema Kunsilli Lokali jew Kumitat Amministrattiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena għandi jgħini Segretarju Parlamentari inkarigat mill-qasam tal-Gvern Lokali u għalhekk huwa jespedixxi ħafna mill-funzjonijiet ta' laqgħat mad-diversi Kunsilli Lokali.
Personalment kelli numru ta' laqgħat ma' Kunsilli Lokali, Kunsilliera u Reġjuni però essenzjalment huwa s-Segretarju Parlamentari li jieħu ħsieb il-laqgħat fuq bażi regolari.
Segretarju Parlamentari — Laqgħat mal-kunsilli lokali u Kumitati Amministrattivi Maltin u Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru tiegħu ma’ Kunsilli Lokali jew Kumitati Amministrattivi Maltin u Għawdxin kemm ilu fil-kariga? Meta u fejn saru dawn il-laqgħat u ma’ liema Kunsilli Lokali jew Kumitati Amminstrattivi saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-allokazzjoni li ser jieħu kull Kunsill Lokali għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm żdied kull Kunsill Lokali fuq is-sena 2015? Jista’ jgħid l-allokazzjoni totali kemm hija persentaġġ tal-budget totali tal-Gvern u kemm hija persentaġġ tal-GDP tal-pajjiż?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Sannat Għawdex – Ta’ Ċenċ – applikazzjoni għal żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet diskussa l-applikazzjoni għal żvilupp fl-inħawi ta’ Ta’ Ċenċ fil-Kunsill Lokali ta’ Sannat Għawdex sa mit-twaqqif tiegħu sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawk il-partijiet mill-minuti tal-laqgħat fejn ġiet diskussa din l-applikazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat li l-applikazzjoni msemmija kienet diskussa darbtejn fl-2007. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat rilevanti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandhux fiduċja fil-Kap Eżekuttiv tal-Local Enforcement System Agency (LESA) l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Dan is-suġġett diġa kien trattat fil-Parlament u għaldaqstant ma nħossx li għandi inżid mar-risposti li diġa tajt dwar din il-persuna msemmija mill-Onor Interpellant. Din in-naħa tal-Kamra daħlet għal impenn li tirriforma l-qasam tal-infurzar lokali u hekk ser isir.
Kunsilli Lokali – Segretarji Eżekuttivi – performance bonus
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-performance bonus li ngħata lis-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsill Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex għas-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-performance bonus li ngħata lill-impjegati tal-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex għas-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid kif dan kien maqsum, persuna b’persuna, sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20707, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern għall-isport fl-area li tmiss eżatt mal-iskola tal-Gvern f’Ħ’Attard? Xi żvilupp relatat ma’ sport se jsir? Ittieħdet xi deċiżjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet dwar l-area li tmiss eżatt mal-iskola tal-Gvern f’Ħ’Attard għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders mill-Kunsilli Lokali ta Malta u Ghawdex, sena b’sena mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid liema kienu dawk li qabżu t-treshhold ta’direct order u x’kien l-ammont tagħhom u ghaliex sar hekk?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.