Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korsa tal-Marsa – privatizzazzjoni u żvilupp

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22458, jista’ l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-Marsa Race Track Consortium ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nikkonferma li l-konsorzju li tefa’ l-unika offerta hija l-Marsa Race Track Consortium, ma hux etiku li sakemm tkun lesta l-evalwazzjoni, isiru n-negozjati u jkun sar id-due diligence ikun żvelat minn min hu magħmul dan il-konsorzju.

Kunsilli Lokali – allokazzjoni għall-2016

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22796 u ċjoè jgħid kemm hi l-allokazzjoni li ser jieħu kull Kunsill Lokali għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm żdied kull Kunsill Lokali fuq is-sena 2015? Jista’ jgħid l-allokazzjoni totali kemm hija persentaġġ tal-baġit totali tal-Gvern u kemm hija persentaġġ tal-GDP tal-pajjiż?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li turi l-allokazzjoni mogħtija lil kull Kunsill Lokali għas-snin 2015 u 2016 u d-differenza bejn it-tnejn. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni lill-Kunsilli Lokali fl-2015 hija 0.37% tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż għall-2015, filwaqt li l-allokazzjoni lill-Kunsilli Lokali fl-2016 hija 0.36% tal-GDP tal-pajjiż ghall-2016. Minkejja li wieħed jinnota li hemm tnaqqis marġinali fil-persentaġġ, tajjeb li nirrimarka li l-allokazzjoni żdiedet bi 3.1% fl-istess perijodu. Allura dan it-tnaqqis marġinali huwa rikonduċibbli għar-rata nominali fiż-żieda tal-GDP ta’ 6.2% li tikkonferma kemm pajjiżna għandu ekonomija b’saħħitha. Rigward il-persentaġġ tal-allokazzjoni lill-kunsilli lokali kkomparati mal-infieq totali tal-Gvern, insibu li meta titqies in-nefqa li tiġi approppjata mill-Fond Konsolidat, għas-sena 2015 din kienet ta’ 0.84%, filwaqt li r-rata li dik għall-2016 hija 0.87 fil-mija. Jekk għall-iskop ta’ dan l-eżerċizzju nikkunsidraw in-nefqa totali skont ir-Rapporti Finanzjarji tat-Teżor, allura il-persentaġġ għall-2015 kien ta’ 0.75% u għall-2016 huwa ta’ 0.76%.

Segretarju Parlamentari — Laqgħat mal-kunsilli lokali u Kumitati Amministrattivi Maltin u Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22795 u ċjoè jgħid kemm-il laqgħa kellu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru tiegħu ma’ Kunsilli Lokali jew Kumitati Amministrattivi Maltin u Għawdxin kemm ilu fil-kariga? Meta u fejn saru dawn il-laqgħat u ma’ liema Kunsilli Lokali jew Kumitati Amminstrattivi saru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni diġa ngħatat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 23071.

Ta’ Qali – Open Air Gym – pitch tal-football

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fl-open air gym ta’ Ta’ Qali u l-pitch tal-football li hemm ħdejħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li SportMalta tagħmel routine maintenance tal-magni tal-Open Air Gym. Fil-ġimgħatejn li ġejjin ser jinqalgħu erba’ magni li ġarrbu ħsarat minħabba l-elementi. Dawn ser jiġu rranġati mill-ħaddiema ta’ SportMalta. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-art tal-pitch tal-futbol kienet inbidlet f’April 2014 u sal-lum tinsab fi stat tajjeb.

Ta’ Qali Adventure Park – BOV – manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fil-BOV Ta’ Qali Adventure Park? Jista’ jara li jsir tibdil neċessarju fil-bandli u li fejn neċessarju t-tapit tal-art jinbidel u li t-toilets jinżammu fi stat tajjeb?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 12 PQ #23063 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-mara tiegħu qattx siefret mingħajr il-Prim Ministru fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern u jekk iva, fejn siefret, meta u f’kull każ jista’ l-Prim Ministru jagħti break down ta’ kemm kienu l-ispejjeż għal titjiriet, trasferimenti, lukandi, ikliet u per diem għal dan is-safar tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23068 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Il-Mosta u Ħ’Attard – Triq Pantar u Triq tat-Torba – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22700 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li fi Triq Pantar u Triq tat-Torba, li minn Ħ’Attard iwasslu għall-Mosta u viċi-versa, bħalissa qed jiġu konklużi xi xogħlijiet u qed tinqala’ nofs it-triq, u peress li n-nofs l-ieħor mhux fi stat tajjeb, jista’ l-Ministru jikkonsidra li t-triq kollha tingħata wiċċ ġdid bit-tarmak?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet involuti fi Triq Pantar u Triq tat-Torba se jsiru skont il-permessi awtoriżżati minn Transport Malta.

Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22701 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21830, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus kontanti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu meta l-Kunsill Malti għall-Arti għamel użu mis-servizz tal-kumpanija (9 darbiet) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015? Kemm ingħataw flus kontanti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu, meta l-Public Broadcasting Authority għamel użu mis-servizz tal-kumpanija (darbtejn) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015? Kemm ingħataw flus kontanti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu meta d-Direttorat għas-Servizzi Kooperattivi għamel użu mis-servizz tal-kumpanija (10 darbiet) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru ebda ħlasijiet bi flus kontanti lill-kumpanija imsemmija separatament għas-servizzi imsemmija.

Kunsilli Lokali — Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22734 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders mill-Kunsilli Lokali ta Malta u Għawdex, sena b’sena mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid liema kienu dawk li qabżu t-threshold ta’ direct order u x’kien l-ammont tagħhom u għaliex sar hekk?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Kunsilli Lokali – Segretarji Eżekuttivi – Performance Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22720 u jgħid x’kien il-performance bonus li ngħata lis-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsill Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex għas-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali tal-Pietà u ta’ Kerċem ma tawx l-informazzjoni kollha rikjesta.

Kunsilli Lokali – Impjegati – Performance Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22721 u jgħid x’kien il-performance bonus li ngħata lill-impjegati tal-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex għas-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid kif dan kien maqsum, persuna b’persuna, sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali tal-Gżira, tal-Mellieħa, ta’ Kerċem u tal-Pietà ma tawx l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #23057 Sitting 356 2016-02-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna – servizz ta’ xufier

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-mara tiegħu għandhiex użu ta’ xufier?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-istess bħal fil-leġiżlatura li għaddiet, il-mara tiegħi tagħmel użu minn xufier.
Leg 12 PQ #23058 Sitting 356 2016-02-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karozza tal-Gvern — persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-mara tiegħu għandhiex użu ta’ karozza tal-Gvern? Jekk iva, kemm intefaq fuq fuel u manutenzjoni tal-karozza bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015 b’total, bħala medja kull ġimgħa u kemm saru mili jew kilometri bil-karozza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-mara tiegħi m’għandhiex użu ta’ karozza tal-gvern.
Leg 12 PQ #23059 Sitting 356 2016-02-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna – staff mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-mara tiegħu għandhiex xi ħadd imħallas mill-Gvern biex jassistiha u jekk iva, kemm għandha staff u x’inhuma l-pagi, salarji, allowances, perkaċċi, bħal użu ta’ mobile, remunerazzjoni u ħlasijiet oħra, u kemm tħallsu individwalment u kollettivament bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif kien kien il-każ matul l-ahhar leġiżlatura, l-mara tiegħi għandha persuna waħda li tassistijha fix-xogħol tagħha. Dwar il-parti l-ohra tal-mistoqsija tiegħu nirreferi lill-Onor Interpellant għall-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 7, tal-15 t’April 2013.
Leg 12 PQ #23060 Sitting 356 2016-02-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attivitajiet uffiċjali tal-Gvern — persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-mara tiegħu qattx mexxiet attivitajiet uffiċjali tal-Gvern mingħajr il-preżenza tal-Prim Ministru u liema kienu dawn l-attivitajiet bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 12 PQ #23061 Sitting 356 2016-02-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attivitajiet mhux uffiċjali tal-Gvern — persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-mara tiegħu qattx ippatrunat attivitajiet mhux uffiċjali tal-Gvern mingħajr il-preżenza tiegħu u jekk iva, liema kienu dawn l-attivitajiet bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-attivitajiet tal-gvern ikunu dejjem uffiċjali.
Leg 12 PQ #23062 Sitting 356 2016-02-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru – safar ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-mara tiegħu qattx siefret mal-Prim Ministru fuq xogħol tal-Gvern u jekk iva, fejn siefret, meta u f’kull każ jista’ l-Prim Ministru jagħti break down ta’ kemm kienu l-ispejjeż għal titjiriet, trasferimenti, lukandi, ikliet u per diem għal dan is-safar tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif ġara fis-snin li għaddew taħt amministrazzjonijiet preċedenti (ara mistoqsija parlamentari 34,306 Leġi¿latura XI), minn żmien għal żmien il-Prim Ministru jkun akkumpanjat mis-sinjura tiegħu għal impenji uffiċjali li jkollu barra l-pajjiż. Għad-dettalji mitluba minnu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12,281. Fl-okkazjonijiet kollha inħarget stedina uffiċjali minn naħa tal-organizatturi barranin lill-mara tiegħi. F’kull okkazjoni l-mara tiegħi ma rċevitx subsistence allowance.
Leg 12 PQ #23026 Sitting 355 2016-02-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Monument tal-Valletta Summit fi Pjazza Kastilja

Question

B'referenza għall-monument inawgurat mill-Prim Ministru fl-okkażżjoni tal-Valletta Summit fi Pjazza Kastilja, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa (total) dan il-monument? Liema dipartiment, aġenzija jew awtorità governattiva ħadet ħsieb l-ordnijiet (procurement) u x-xogħlijiet relatati ma’ dan il-monument? Liema xogħlijiet relatati ma’ dan il-monument ingħataw wara sejħa għall-offerti/tender jew b'direct order u jgħid jekk il-monument hux se jibqa’ fil-lok li jinsab fil-preżent jew jekk hemmx il-pjan li jiċċaqlaq għal post ieħor?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża hija kif indikat : Provediment u fabbrikazzjoni tal-irham € 177,000 (Halmann Vella Ltd) Inginirija, trasport u installazzjoni tal-monument fil-post € 33,040 (Halmann Vella Ltd) Provediment ta’ corten steel u fabrikazzjoni tal-istruttura tal-hadid € 57,112 (Atlas Tool Engineering Ltd) Disinn, assistenza u moniteragg tax-xoghol € 10,000 (Dr Vince Briffa) Ix-xoghol ta’ kordinazzjoni sar mill-Ufficcju tal-Prim Ministru. Il-monument sar permezz ta’ direct order bhalma jsiru l-monumenti kollha. Ma hemmx hsieb li l-monument jiccaqlaq.
Leg 12 PQ #23027 Sitting 355 2016-02-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali — pubblikazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2014 fejn ġie ddikjarat li membri tal-Uffiċċju tal-Awditur ma ngħatawx aċċess għal Villa Francia mill-membri tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għax kienu wisq impenjati, issa jista’ jgħid jekk Villa Francia kenitx aċċessibbli għall-investigazzjoni għall-membri tal-Uffiċċju tal-Awditur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma kienx hemm talba oħra f’das-sens minn naħa tal-uffiċċju tal-Awditur Generali.
Leg 12 PQ #23053 Sitting 355 2016-02-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rwol ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu r-rwol uffiċjali tal-mara tiegħu fil-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-istess bħal dak li kien ta’ nisa ta’ Prim Ministri oħra f’leġiżlaturi oħra.