Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokalit tax-Xewkija u Ta’Sannat – bankini u culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat, Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla – bankini u culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Kunsill Lokali tax-Xagħra – xiri ta’ concrete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' Jannar 2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Sport Malta u Malta Racing Club – laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat tal-bord ta’ Sport Malta u tal-Kunsill tal-Malta Racing Club bejn Ottubru 2015 u Mejju 2016? Jista’ jgħid min kienu l-membri preżenti matul kull laqgħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Sport Malta — assistenza

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-assistenza mogħtija minn Sport Malta lill-Kumitat Olimpiku Malti, Malta Basketball Association, Malta Football Association, Malta Racing Club u għaqdiet oħra mhux olimpiċi bejn April 2013 u Mejju 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assistenza totali mogħtija lill-Kumitat Olimpiku Malti, Malta Basketball Association, Malta Football Association u Malta Racing Club flimkien mal-għaqdiet oħra mhux Olimpiċi bejn l-2013 u l-2016 huma: Għaqda Sportiva 2013 2014 2015 2016 Malta Olympic Committee € 373,500.00 € 350,000.00 € 385,000.00 € 423,500.00 Non Olympic Sport entities €629,745.94 € 355,042.16 € 318,083.23 € 261,107.20 Malta Basketball Association € 255,489.00 € 0.00 € 0.00 € 46,125.00 Malta Football Association € 304,099.00 € 111,750.00 €47,626.39 € 45,447.69 Malta Racing Club € 2,000.00 € 18,500.00 €11,921.00 €15,000.00 L-assistenzi f’din is-sena 2016 għadhom jistgħu jiżdiedu. Malta Basketball Association 2016 – proġett għadu taħt evalwazzjoni, bl-ammont għad irid jiġi determinat. Is-segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport permezz ta’ ftehim li għandu mal-MFA, iffirmat fl-2013, ta s-somma ta’ €2,250,000 assistenza finanzjarja fuq grawnds tal-futbol f’Malta.

Korsa tal-Marsa – privatizzazzjoni u żvilupp

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22458, jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu n-negozjati mal-uniku konsorzju li applika biex jieħu t-tmexxija tal-kumpless tal-Korsa tal-Marsa f'idejh wara li l-espressjoni ta' interess għalqet f'Ottubru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent il-Privatisation Unit, li huwa fdat bil-proċess tar-Request for Proposal, qed jiddiskuti l-offerta mitfugħa u evalwata mal-uniku konsorzju li applika biex jieħu t-tmexxija tal-kumpless tal-Korsa tal-Marsa f'idejh.

Kunsilli Lokali — Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24103, 23110 u 22734 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u t'Għawdex, sena b’sena mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid liema kienu dawk li qabżu t-threshold ta’ direct order u x’kien l-ammont tagħhom u għaliex sar hekk?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari inkarigat mill-Gvern Lokali għaddej minn eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tal-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor Interpellant. Din l-informazzjoni hija waħda massiċċa li tirrekjedi ħafna xogħol u għalhekk ladarba jitlesta dan l-eżerċizzju, l-informazzjoni ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #25426 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21785 u jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015 fil-qasam tal-enerġija? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din : EntitàAmmont Enemed€ 260.00Direct Order MECW/MEH€ 36,000.00Direct Order MRA€ 4,250.00Dircet Order Regulator for energy and water services € 4,021.25Direct Order WSC€ 32,051.75Direct Order
Leg 12 PQ #25225 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin — riżorsi umani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiżdiedu r-riżorsi umani fl-Ambaxxati Maltin in vista tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea u f'dan il-każ liema ambaxxati u b'kemm se jiżdiedu r-riżorsi umani u meta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fost il-preparamenti estensivi li ilhom għaddejjin in vista tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, hemm l-aspett tar-riżorsi umani fl-Ambaxxati Maltin. Kull Ambaxxata kienet involuta f'proċess ta' identifikazzjoni tal-bżonnijiet supplementari tagħha. L-Ambaxxati li ġew identifikati li għandhom bżonn ta' riżorsi umani supplementari huma dawk ta' Ġinevra, Ruma, Londra, New York, Vienna, Strasbourg u Berlin. Mhux eskluż li Ambaxxati oħrajn ukoll ikollhom tibdil fin-numri ta' uffiċjali skont il-ħtieġa. Id-data ta' meta l-uffiċjali se jibdew jaħdmu fl-Ambaxxati rispettivi jvarja skont il-bżonn tal-Ambaxxata, l-uffiċjal konċernat u x-xogħol li jkun irid isir u meta.

Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22457 u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet f’Ottubru, f’Novembru u f’Diċembru 2015 f’kull lokalità, meta mqabbla mal-istess xhur tas-sena 2014 u s-sena ta’ qabel 2013?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar li l-LESA assumiet ir-responsabbilta’ tal-infurzar lokali b’effett mill-1 ta’ Ottubru, 2015. Dan ifissser li x-xhur ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru 2015 kienu l-ewwel xhur taħt ir-responsabbilta’ tal-Aġenzija l-ġdida. F’dawn it-tliet xhur li fihom il-LESA assumiet ir-responsabbilta’ tal-infurzar lokali komparati mal-istess tliet xhur fis-sena ta’ qabel kien hemm 31 raħal li fihom kien hemm tnaqqis fl-ammont ta’ ċitazzjonijiet u 37 raħal li fihom kien hemm żieda marġinali fl-ammont ta’ ċitazzjonijiet. Naturalment il-ħidma tal-LESA se tkompli tikkonsolida fix-xhur li ġejjin biex jintlaħqu l-miri li ġew impoġġija.

Kunsilli Lokali — Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23110 u 22734 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders mill-Kunsilli Lokali ta Malta u Għawdex, sena b’sena mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid liema kienu dawk li qabżu t-threshold ta’ direct order u x’kien l-ammont tagħhom u għaliex sar hekk?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli lokali – persuna inkarigata minn public policy

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 23304 u jgħid kemm-il-kunsill lokali qed jistenna l-approvazzjoni tal-Ministru u/jew tad-Dipartiment biex ikollu persuna trasferita miegħu fuq bażi ta’ public policy? Jekk hemm min qed jistenna, kemm ilu jistenna?

Response (BONNICI, OWEN)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal talba sabiex tiġi deployed persuna lill-Kunsill Lokali ‘on grounds of public policy’ aktar milli biex tiġi impjegata l-persuna biex tkun inkarigata mill-Public Policy. Jekk dan huwa l-każ, ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-unika talba li ġejt infurmat biha kienet dik tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Ninsab infurmat li dan il-kunsill ingħata persuna imħallsa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex tgħinhom f’din il-funzjoni.
Leg 12 PQ #24080 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Grievance Unit — każijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu każijiet quddiem il-Grievance Unit? Kemm-il każ ġie pproċessat quddiem il-Grievance Unit? Jista’ jpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra f’liema grad kienu l-persuni li ressqu l-każ tagħhom quddiem il-Grievance Unit u f’liema grad tpoġġew, wara li l-każ tagħhom ġie deċiż quddiem l-istess unit? Jista’ jgħid kemm fadal każijiet pendenti quddiem il-Grievance Unit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li n-numru ta’ każijiet li daħlu quddiem il-Grievances Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jammonta għall-158 . Mill-każijiet li ġew proċessati, kien hemm 12-il każ fejn il-Grievances Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru rrakkomanda tibdil fil-grad tal-applikant. Il-kumplament (146) ma kellhom l-ebda tibdil fil-grad tagħhom.

Management Efficiency Unit – rapport dwar il-piżijiet amministrattivi fuq kunsilli lokali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22154, jista’ l-Ministru jgħid jekk intemmitx id-diskussjoni interna dwar ir-rapport li kien ġie mħejji mill-Management Efficiency Unit (MEU) wara li dan kien mitlub jagħmel eżerċizzju sabiex jiġu identifikati l-piżijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali milli jagħtu servizz effettiv u effiċjenti? Ma’ min qed jiddiskuti internament? Jista’ jgħid meta se jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra għax wieħed ma jarax għalfejn rapport m’għandux ikun f’idejn l-pubbliku biex kulħadd ikun jista’ jgħin fid-diskussjoni dwar il-kunsilli lokali f’pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m'hemm xejn x’wieħed iżid mar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 22154.

Malta Enterprise — investiment u promozzjoni ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5087 u jgħid min huma jew kienu, mit-12 ta Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din id-domanda, il-persuni (Maltin u barranin) magħżula mill-Malta Enterprise li kienu jew huma responsabbli, b’xi mod jew ieħor, għall-investiment u promozzjoni ta’ Malta fiċ-Ċina, il-Lvant Nofsani u fl-Asja tax-Xlokk? Kemm kien jew hu l-ħlas ta’ kull persuna? Minn liema uffiċċju taħdem kull persuna? X’tip ta’ investiment inġieb minn Marzu sal-lum minn kull persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #24099 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21786 u jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Uffiċċju tal-Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tal-kuntratti mogħtija lill-individwu msemmi sa Diċembru 2014 kien ta €5,560.
Leg 12 PQ #24100 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21788 u jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward tal-informazzjoni mitluba għal perjodu Marzu 2013 u Mejju 2015 nitolbu jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15567. Rigward l-perjodu Ġunju 2015 sal ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba il-mistoqsija, anness jinsab it-tagħrif mitlub: Attività Valur Direct Order Tender /Quotation Xogħol marbut maċ-CHOGM 7,858.80 *(Intalbu 3 quotations skont il-proċeduri finanzjarji tas-servizz pubbliku) Xogħol marbut maċ-CHOGM 16,268.07 *(Intalbu 3 quotations skont il-proċeduri finanzjarji tas-servizz pubbliku) Xogħol marbut maċ-CHOGM 25,443.16 * Xogħol marbut maċ-CHOGM 28,350.68 *(Sejħa għall-offerti - Departmental Tender ) Xogħol marbut maċ-CHOGM 68.047.00 *(Sejħa għall-offerti - Departmental Tender )
Leg 12 PQ #24101 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21791 u jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ngħatat l-inkarigu li tarma/żżarma gazebos u xogħol relatat ieħor għall-ammont globali ta’ €1,356 (elf, tliet mija, sitta u ħamsin Ewro)

Kunsilli lokali – persuna inkarigata minn public policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-kunsill lokali qed jistenna l-approvazzjoni tal-Ministru u/jew tad-Dipartiment biex ikollu persuna trasferita miegħu fuq bażi ta’ public policy? Jekk hemm min qed jistenna, kemm ilu jistenna?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra

Bordijiet sportivi – diretturi u membri

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22459, jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Kunsill tal-Malta Racing Club li wkoll jaqa’ taħt l-istess Ministeru? Jista’ jgħid ukoll xi ħlas jew perkaċċi qegħdin igawdu dawn il-membri fi ħdan l-istess kunsill?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kunsill tal-Malta Racing Club hu kompost kif ġej : Sur Edwin Borg (Chairman) Sur Anthony Demanuele (membru u Segretarju Ġenerali) Sur Ivan Carabott (membru) Sur George Farrugia (membru) Sur Fidel Dalli (membru) Infurmat ukoll li s-sinjuri li jiffurmaw il-Kunsill tal-Malta Racing Club ma jieħdu ebda tip ta` ħlas jew perkaċċi.