Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali – pożizzjonijiet attwali dwar bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali (jekk hux mikri, mixtri, tal-Gvern eċċ.) ta’ kull bini, ta’ kull kunsill lokali u jpoġġi d-dokumenti relatati għal kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qiegħed jinġabar.

EASYtowns – ħaddiema tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif grupp ta' ħaddiema tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni f'Għawdex ħadu sehem fil-programm tal-Unjoni Ewropea 'Europe for Citizens' bl-isem EASYtowns (European Sustainable Young Towns) meta normalment dawn il-programmi huma mmirati għall-kunsilli lokali u għaċ-ċittadini tal-lokalitajiet? Min kienu l-uffiċjali li siefru f'dan il-programm u min għamel l-applikazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ‘Easy Towns’ (European Accessible Young Towns) huwa proġett ta’ sentejn iffinanzjat mill-programm tal-Unjoni Ewropeja ‘Europe for Citizens’. Fih hemm 10 pajjiżi Ewropej li qed jiddiskutu u jikkollaboraw dwar it-temi ta’ multikulturaliżmu u integrazzjoni. Malta hija rappreżentata f’dan il-proġett mill-Kulleġġ t’Għawdex. L-għan aħħari huwa li l-parteċipanti jsaħħu l-kapaċitajiet u l-kompetenzi tagħhom biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar meta jiffaċċjaw il-klijenti tagħhom li jkunu ġejjin minn kull naħa tad-dinja u minn ambjenti soċjali diversi. Il-Kulleġġ t’Għawdex, li l-motto tiegħu huwa ‘Embracing Diversity’, jagħmel mill-aħjar biex jippromwovi komunità edukattiva inklussiva speċjalment fil-kuntest attwali fejn in-numru ta’ studenti barranin u bi bżonnijiet partikolari ġol-iskejjel qiegħed kull ma jmur jiżdied. L-edukazzjoni hija pedament fundamentali li fuqu hija mibnija kull lokalità għaliex permezz tagħha jiġu magħġuna iċ-cittadini tal-futur. Huwa għal din ir-raġuni li l-imsieħba barranin riedu li l-Kulleġġ t’Għawdex jagħmel parti minn dan il-proġett. Fil-fatt il-Kulleġġ t’Għawdex ġie mistieden jipparteċipa minn sieħba Ewropej li kellu kollaborazzjoni magħhom fil-passat fuq proġetti relatati mal-iskejjel, mela l-applikazzjoni u ġie aċċettat. Dan kien possibbli għaliex il-Kulleġġ f’dawn l-aħħar snin dejjem ipprova jħares lil hinn minn xtutna biex iwessa’ l-orizzonti u jtejjeb il-kompetenzi tan-nies tiegħu. F’dan il-proġett il-Kulleġġ qed jinvolvi anke l-komunità fosthom kunsilli lokali u għaqdiet volontarji. Fl-aħħar laqgħat li saru l-Ġermanja ġie deċiż li l-laqgħat li jmiss isiru ġewwa Għawdex mit-22 sal-25 ta’ Marzu 2017. Aktar minn 40 parteċipant minn 10 pajjiżi differenti se jkollhom l-opportunità li jżuru pajjiżna u jaraw il-Kulleġġ u l-komunità għawdxija x’kapaċi joffru f’dan il-qasam. L-erba’ parteċipanti li rrappreżentaw il-Kulleġġ fil-Ġermanja mis-6 sad-9 ta’ Ottubru 2016 kienu: Uffiċjal Edukattiv għal Għawdex, Career Advisor fil-Kulleġġ t’Għawdex, Uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prinċipal t’Għawdex, u Uffiċjal Reġjonali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u Chairman ta’ LGBTI+ Gozo.

Kunsill Lokali tal-Qala — minuti tal-laqgħat fuq il-website

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27737 u jgħid għaliex (sa l-Erbgħa, 5 t’Ottubru 2016) il-Kunsill Lokali tal-Qala m’għandux il-minuti tal-laqgħat kollha li saru, fil-website tiegħu kif mitlub mil-Liġi? X’inhu jsir mid-Dipartiment biex jiġi assigurat li l-minuti tal-Kunsilli Lokali jitpoġġew fuq il-websites rispettivi, kif stipulat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jieħu ħsieb li jsewgi u jimmonitorja l-uploading tal-minuti fuq il-wesbite ċentrali li hija www.lc.gov.mt. L-aħħar komunikazzjoni mid-Dipartiment dwar l-uploading tal-minuti ħarġet permezz ta’ Ċirkolari 28/2016 li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra

Kunsilli Lokali – aġenti segretarju eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27743 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għadhom b’aġent segretarju eżekuttiv? Jista’ jgħid fejn wasal kull każ biex kull kunsill lokali jkollu s-segretarju eżekuttiv tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27743.

Kunsilli Lokali – faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27742 u jgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi li hemm f’kull lokalità u li huma fir-responsabilità tal-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qala Għawdex – viċi sindku – ħlas mill-insurance tal-Kunsill

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Viċi Sindku tal-Qala fi Frar ta' din is-sena ġie mħallas is-somma ta' elfejn, tliet mija u għaxar ewro (€2310) mill-insurance tal-Kunsill? Fuq xiex kienet il-claim li saret? Min approva dan il-pagament?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Inizjattiva dwar Restawr ta’ Postijiet Storiċi 2016 – applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata mill-kunsilli lokali taħt l-Inizjattiva dwar Restawr ta’ Postijiet Storici 2016 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali? Jista’ jagħti lista tal-binjiet li qegħdin jiġu proposti mill-kunsilli lokali biex isir ir-restawr tagħhom permezz ta’ din l-inizjattiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kienu sottomessi tlieta u tletin (33) applikazzjoni minn tletin (30) Kunsill Lokali għall-iskema li qed jirreferi għaliha hu. Iktar informazzjoni tinghata meta l - Bord tal-Aġġudikazzjoni ta’ din l-iskema jespleta l-inkarigu tieghu.

Kunsilli lokali – flus miċ-ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata flus kull kunsill lokali mill-flus miġbura miċ-ċitazzjonijiet minn Ottubru 2015 sal-aħħar ta’ Settembru 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat kif provdut mill-Aġenzija għall-Infurzar Lokali (LESA) li jelenka l-flus li ngħata, jew li qegħdin fil-proċess li jingħata, kull Kunsill Lokali, bħala commission ta’ għaxra fil-mija (10%) fuq kull ċitazzjoni li tkun tħallset. Ninsab infurmat li fil-parti l-kbira tal-Kunsilli Lokali ġew rifuzi l-ammont dovut sa Lulju 2016. Irrid ngħid li apparti minn dawn il-fondi, l-Kunsilli Lokali se jibbenefikaw ukoll in toto jew in parte minn fondi in eċċess li fadal għand il-LESA wara sena ħidma u wara li jinqatgħu l-ispejjeż kollha. Se niltaqgħu mal-AKL dan ix-xahar stess biex niddiskutu aħjar kif l-aħjar jintużaw dawn il-fondi.

Wardens – admistration fee imħallsa mill-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jitħallas bħala administration fee kull kunsill lokali tax-xogħol li jagħmel biex jiġu ordnati u jitħallsu l-wardens għal xogħlijiet privati mir-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli lokali – kuntratti għat-tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor konness ma’ upkeep

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-kuntratt/i preżenti ta’ kull kunsill lokali għall tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor kollu konness ma’ upkeep u tindif fil-lokalitajiet u kemm hu l-ammont ta’ flus li l-Gvern jagħti speċifikament għal dan l-iskop lil kull kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali – faċilitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi li hemm f’kull lokalità u li huma fir-responsabilita tal-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali – aġenti segretarju eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għadhom b’aġent segretarju eżekuttiv? Jista’ jgħid fejn wasal kull każ biex kull kunsill lokali jkollu s-segretarju eżekuttiv tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla – bankini u culverts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26709, 26391, 26213 u 26494 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ipprovduta mill-Kunsilli Lokali. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali se jinvestiga d-direct orders kollha li qabżu l-limitu stabilit.
Leg 12 PQ #26832 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26713 u jgħid min siefer miegħu f’kull okkażjoni/safra, minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Rigward safar relatat mal-Kunsill Ewropew, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 26715. Għal safar ieħor qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #26833 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26714 u jgħid kemm swiet kull żjara/safra li għamel barra ‘l pajjiż minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għall-perjodu Marzu 2013- Lulju 2015 , ingħatat fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari 12115 u 17753. Rigward safar relatat ma’ laqgħat tal-Kunsill Ewropew, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba ghall-Mistoqsija Parlamentari 26715. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba dwar safar ieħor għall perjodu Lulju 2015 - Lulju 2016.

Għawdex – Kunsilli Lokali – toroq bit-tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel toroq bit-tarmak kull sena mis-sena 2008 sal-lum kull wieħed mill-14-il Kunsill Lokali f’Għawdex? Jista’ jgħid l-ismijiet tat-toroq li saru minn kull kunsill lokali f’Għawdex matul dan il-perjodu, f’liema sena saru u kemm swiet kull triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta – Kunsilli Lokali – toroq bit-tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel toroq bit-tarmak kull sena mis-sena 2008 sal-lum kull wieħed mill-Kunsill Lokali f’Malta? Jista’ jgħid l-ismijiet tat-toroq li saru minn kull kunsill lokali f’Malta matul dan il-perjodu, f’liema sena saru u kemm swiet kull triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali tal-Qala – minuti tal-laqgħat fuq il-website

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex (sal-lum l-Erbgħa, 5 t’Ottubru 2016) il-Kunsill Lokali tal-Qala m’għandux il-minuti tal-laqgħat kollha li saru, fil-website tiegħu kif mitlub mil-Liġi? X’inhu jsir mid-Dipartiment biex jiġi assigurat li l-minuti tal-Kunsilli Lokali jitpoġġew fuq il-websites rispettivi, kif stipulat?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26817 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta – EU Information Centre – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26708 u 26490 u ċjioè b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26050, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li saru fil-gazzetti f'kull każ? Jista' jgħid kemm applikaw nies fil-każ ta' kull sejħa?

Response (VELLA, GEORGE)

Is-sejħiet li saru fil-gazzetti f’kull każ huma “public knowledge” u allura l-Onor. Interpellant għandu l-faċilitajiet li jsibhom jekk huwa interessat. In-numru ta’ applikanti għal kull kariga kien: Administration Assistant 95 Media Officers 38 Research Analyst 56 Media Officers 19 Research Analyst 20 MIC Support Officer 16 MIC Support Officer 28 Civil Society Coordinator 13 Funding Support Coordinator 29 Funding Support Officer 40 Media Officers 15 Research Analyst 13 Research Analyst 56