Legislature:
Category:
Reset
Active:

LESA — kuntratti - gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28973, 28477 u 28562 u jgħid b’liema kuntratti qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA) biex tkun tista’ tqabbad il-Gwardjani Lokali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt, minn min, meta jiskadi u kemm jiswa’ kull kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kuntratti de quo huma l-istess kuntratti li ġew iffirmati fi żmien Gvern preċedenti. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara l-kuntratti privatament, m'għandi ebda problema li jsir dan.

Kunsilli Lokali – allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se tkun l-allokazzjoni finanzjarja għal kull kunsill lokali għas-sena 2017? Jista’ jgħid kif irid iqassam, jew jekk hemmx ringfencing, għal kull kunsill lokali għal dawn l-fondi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28667 fir-rigward tal-allokazzjoni finanzjarja. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Ċirkulari 43/2016 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali kif ukoll l-allokazzjoni kif imqassma u ngħatat diġa lil kull Kunsill Lokali mal-istess ċirkulari.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern lokali, Kunsilli Lokali u dipartimenti – ħlas lill-individwi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29028 u jgħid kemm intefqu flus li ngħataw lil individwi li b'xi mod taw is-servizzi tagħhom lill-kunsill lokali, dipartiment jew segretarjat jew Ministeru, u li tħallsu mill-voti tal-istess dipartiment, segretarjat jew Ministeru, sena b'sena fl-2014, 2015 u 2016 sal-aħħar ta’ Novembru 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni ghada qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern lokali, Kunsilli Lokali u dipartimenti – ħlas lill-individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus li ngħataw lil individwi li b'xi mod taw is-servizzi tagħhom lill-kunsill lokali, dipartiment jew segretarjat jew Ministeru, u li tħallsu mill-voti tal-istess dipartiment, segretarjat jew Ministeru, sena b'sena fl-2014, 2015 u 2016 sal-aħħar ta’ Novembru 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

LESA — kuntratti - gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28477 u 28562 u jgħid b’liema kuntratti qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA) biex tkun tista’ tqabbad il-Gwardjani Lokali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt, minn min, meta jiskadi u kemm jiswa’ kull kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28974 Sitting 458 2016-12-05 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Paceville — masterplan - attrazzjonijiet u kumplessi sportivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28584 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Masterplan ta' Paceville jinkludiex kumplessi jew attrazzjonijiet sportivi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-Masterplan ta’ Paceville jipproteġi ż-żona eżistenti f’Pembroke għal attivitajiet sportivi u rikrejattivi. Qed jipproproni wkoll numru ta’ open spaces ġodda fejn jistgħu jigu akkomodati faċilitajiet sportivi. Hemm ukoll il-proposta għal coastal walkway li tfisser kważi tlett kilometri ta’ spazju fejn jistgħu jsiru attivitajiet sportivi bhħal jogging jew cycling. Il-Pjan jipprovdi wkoll opportunita biex fil-proġetti maġġuri jiġu nklużi faċilitajiet sportivi biex tiġi msaħħa l-viżjoni għal Paceville bħala żona li kullhadd, inkluż familji, jista’ jżur aktar milli żona ta’ nightlife biss.

LESA – kuntratti — Gwardjani Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28477 u jgħid b’liema kuntratti qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA) biex tkun tista’ tqabbad il-Gwardjani Lokali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt, minn min, meta jiskadi u kemm jiswa’ kull kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar u risposta tingħata f’seduta oħra.

Il-Kottonera – pjanti u permessi għall-Indoor Pool

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u tal-permessi għall-indoor pool li se jsir fil-Kottonera?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta u veduti grafiċi tal-pixxina l-ġdida fil-Kottonera. Infurmat li l-proċess tal-permessi għadu għaddej u qiegħed fi stadju avvanzat.

Kumitat Olimpiku Malti – fondi u għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi u/jew x'għajnuniet oħra lill-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016 u kemm hemm budgeted li jingħataw lill-KOM fl-2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-assistenza mogħtija lill-Kumitat Olimpiku Malti fis-snin 2012 sa 2016 kienet kif ġej: 2012 – €394,681 2013 – €417,235 2014 – €393,735 2015 – €428,735 2016 – €467,235 Bħalissa SportMalta jinsab f’negozjati mal-Kumitat Olimpiku Malti biex jintlaħaq ftehim dwar x’assistenza se tkun qed tingħata lill-Kumitat Olimpiku Malti fis-snin li ġejjin. Dawn in-negozjati waslu fi stadju avvanzat u mistennija jingħalqu fil-ġimgħat li ġejjin.

Pixxina Nazzjonali — għeluq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dati meta l-Pixxina Nazzjonali se tingħalaq?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Pixxina Nazzjonali ħa tkun uffiċjalment magħluqa mill-5 ta’ Diċembru 2016 sal-31 ta’ Jannar 2017 dejjem jekk ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet waqt ix-xogħlijiet. Sar arranġament mal-klabb tan-Neptunes għall-użu tal-pixxina tagħhom biex jiġu akkomodati bl-inqas inkonvenjent possibbli l-klabbs tal-għawm.

Clubs Sportivi – għajnuna materjali u finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għaqdiet jew il-clubs sportivi li soffrew ħsarat wara l-maltempata li saret fl-aħħar t'Ottubru 2016 ingħatawx għajnuna materjali u/jew finanzjarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellent li xi klabbs, b'mod partikulari dawk tal-waterpolo, li sofrew ħsarat fil-perjodu msemmi, u għamlu kuntatt mal-uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-isport ġew mitluba jagħmlu rapport tal-ħsarat sabiex jiġi diskuss x'għajnuna tista' tingħata.

Paceville – Masterplan – attrazzjonijiet u kumplessi sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Masterplan ta’ Paceville jinkludiex kumplessi jew attrazzjonijiet sportivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħat mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28474 u jgħid kemm-il darba, hu jew is-Segretarju Parlamentari ltaqgħu mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni f’din l-leġislatura? Jekk iltaqgħu, meta saru dawn il-laqgħat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-laqgħat? Jista’ jgħid ukoll jekk saru xi laqgħat, kenux infurmati bihom il-ħames membri Maltin li jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija tal-Kumitat tar-Reġjuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taht dan is-Segretarjat isiru laqghat b’mod regolari mal-Awtoritajiet Lokali kollha li fil-maggior parti taghhom ikunu laqghat informali jew fuq xi materja specifika. Ninforma lil-Interpellant li laqghat formali mar-Regjuni kollha inkluzi il-Kumitati Amministrattivi li jinsabu fir-Regjuni rispettivi ser jibdew isiru u l-ewwel min dawn il-laqghat formali ser issir fil-bidu tax-xahar id-diehel.

LESA – kuntratti — Gwardjani Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28477 u jgħid b’liema kuntratti qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA) biex tkun tista’ tqabbad il-Gwardjani Lokali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt, minn min, meta jiskadi u kemm jiswa’ kull kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l- informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ċitazzjonijiet mogħtija mill-Gwardjani Lokali – tqassim ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28476 u jgħid x’inhi l-formula li biha qed jitqassmu l-flus li jinġabru miċ-ċitazzjonijiet mogħtija mill-Gwardjani Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Prezentament għaddejjin laqgħat mal-AKL dwar dan is-suggett. Informazzjoni ulterjuri tiġi mħabbra aktar il-quddiem.

Management Efficiency Unit – rapport dwar il-piżijiet amministrattivi fuq kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28336 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsija parlamentari 24087 u 22154, jista’ l-Ministru jgħid jekk intemmitx id-diskussjoni interna dwar ir-rapport li kien ġie mħejji mill-Management Efficiency Unit (MEU) wara li dan kien mitlub jagħmel eżerċizzju sabiex jiġu identifikati l-piżijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali milli jagħtu servizz effettiv u effiċjenti? Ma’ min qed jiddiskuti internament? Jista’ jgħid meta se jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra għax wieħed ma jarax għalfejn rapport m’għandux ikun f’idejn l-pubbliku biex kulħadd ikun jista’ jgħin fid-diskussjoni dwar il-kunsilli lokali f’pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat mis-Segretarjat Parlamentari li r-rapport li qed jagħmel riferenza għalih hu rapport intern. Dan ir-rapport ġie evalwat u mhux neċessarjament ser jiġu implimentati mi¿uri kif ġie suġġerit mill-MEU. Għaldaqstant mhux meqjus f’loku li tali rapport intern jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dwar id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, qed isir ristrutturar li għandu jwassal biex id-dipartiment ikun jista’ jindirizza kemm il-funzjonijiet primarji ta’ monitoraġġ u appoġġ, kif ukoll il-funzjonijiet anċillari bħalma huma t-tifsil u l-implimentazzjoni ta’ proġetti, kif ukoll li jkun aġġornat u parteċipa fl-isfera kemm tal-UE u dawk internazzjonali fil-qasam tal-Gvern Lokali. Aktar minn hekk, dwar il-pi¿ijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali, twaqqaf Working Group li hu kompost minn rappre¿entanti tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji E¿ekuttivi, l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, liema Working Group hu presedut mid-Direttur Ġenerali fi ħdan il-ministeru, li għandu l-għan li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal Governanza Tajba fuq livell ta’ awtoritajiet lokali (Kumitati Reġjonali, Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi).

Valletta FC — art

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li m'għandu l-ebda ħsieb li jieħu lura l-art li l-Parlament ta lill-Valletta FC?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mal-klabb ikkonċernat dwar l-aħjar sit għan-neċessitajiet tal-klabb innifsu.

Naxxar FC — art

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li m'għandu l-ebda ħsieb li jieħu lura l-art li l-Parlament ta lin-Naxxar FC?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mal-klabb ikkonċernat dwar l-aħjar sit għan-neċessitajiet tal-klabb innifsu.

Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali – investigazzjoni dwar ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi investigazzjoni għaddejja bħalissa dwar xi ħaddiema jew ex-ħaddiema tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL)? Jista’ jgħid jekk l-Internal Audit and Investigations Department (IAID) humiex jinvestigaw lil xi ħaddiema jew ex-ħaddiema tal-AKL jew humiex qed jinvestigaw xi proġetti li nbdew mill-AKL?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru ghall-obbligu legali tal-konfidenzjalita dwar investigazzjonijiet tal-IAID li johrog mill-artikolu 22 tal-Kap 461. Fic-cirkostanzi jien ma jistax jikkonferma jew jichad l-istqarrijiet maghmula fl-interpellanza

Commonwealth Local Government Conference

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jieħdu ħsieb l-organizzazzjoni tal-Commonwealth Local Government Conference li ser issir f’pajjiżna s-sena d-dieħla? Jista’ l-Ministru jgħid fejn ser issir din il-konferenza?

Response (BONNICI, OWEN)

L-organizzazzjoni tal Commonwealth Local Government Conference hi mmexxija minn Working Group maghmul minn rapprezentanti tal-Ministeru ghall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-Kunsill Malti Ghall- Arti. Il- Konferenza ser issir fis-sala tal- Konferenzi ta Dar il- Mediterran.