Legislature:
Category:
Reset
Active:

Safar — individwu

Question

Jista’ Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament siefer fuq xogħol mal-assoċjazzjoni li l-isem tagħha qed jingħata separatament, sena b’sena mill-2012 u x’kienet in-natura tas-safra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bordijiet — individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq kemm-il Bord kien l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inkonnessjoni mal-Kunsilli Lokali u li fuqhom serva mill-2012 sal-2017 u x’kienet ir-remunerazzjoni li ħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta Racing Consortium – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-Marsa Racetrack Consortium? Jista’ jgħid minn min hu magħmul il-Malta Racing Consortium?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-konsorzju li l-isem korrett tiegħu huwa ‘Malta Race Track Ltd (MRTL)’, huwa ftehim bilaterali li jesprimi konverġenza ta' rieda bejn il-Gvern u l-MRTL. Għaldaqstant, l-iżvelar tal-kontenut ta’ dan l-MOU huwa pprojbit minħabba s-sensittività tan-negozjar bejn iż-żewġ partijiet f’dan il-perjodu, liema negozjar għandu jwassal sabiex jintlaħaq ftehim aħħari għall-iffirmar tal-ftehim ta' konċessjoni. L-informazzjoni dwar minn min hu magħmul il-konsorzju hija pubblika u tista’ tinstab fuq il-website tal-MFSA, taħt isem il-konsorzju Malta Racing Track Ltd, bin-numru tar-reġistrazzjoni C80096.

Ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-MOC

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-Malta Olympic Committee (MOC)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kopja tal-ftehim mitlub qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żgħażagħ ta’ 16-il sena li jingħataw id-dritt li jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan imfassal ta’ konsultazzjoni biex iż-żgħażagħ mill-età ta’ 16-il sena jingħataw id-dritt li jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir pjan sabiex fiż-żmien li ġej tiġi mnedija konsultazzjoni pubblika. Tajjeb li wieħed japprezza li kien dan il-gvern li ta id-dritt tal-vot lil żgħażagħ ta’ 16-il sena biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u dan kif imwiegħed fil-Manifest elettorali tal-Partit Laburista.
Leg 12 PQ #32353 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inkjesti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il inkjesta saret minn Marzu 2013 sa llum, dwar liema suġġett kienet u x’kien l-eżitu ta’ kull inkjesta? Jista’ jgħid kemm u liema inkjesti għadhom pendenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #32334 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

FIAU – rapporti — investigazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fl-2016 u fl-2017 li ġie mgħoddi għall-investigazzjoni mill-FIAU lill-pulizija dwar il-Panama Papers u l-persuni konnessi direttament jew indirettament magħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #32335 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – rapporti — investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fl-2016 u fl-2017 li ġie mgħoddi għall-investigazzjoni mill-FIAU lill-pulizija dwar il-Panama Papers u l-persuni konnessi direttament jew indirettament magħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal artikolu 34 tal-Att kontra Money Laundering (kap 373 tal-Liġijiet ta’ Malta) li tiegħu qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.

FIAU – rapporti — investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fl-2016 u fl-2017 li ġie mgħoddi għall-investigazzjoni mill-FIAU lill-pulizija dwar il-Panama Papers u l-persuni konnessi direttament jew indirettament magħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Minħabba li l-FIAU ma taqax taħt dan il-Ministeru, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex l-mistoqsija ssir lill-Ministeru konċernat.

Safar fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30953, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa mal-Commonwealth Local Government Forum (CLGF)? Jista’ jgħid min hu l-advisor li tela’ mas-Segretarju Parlamentari fi Brussell f’Novembru 2016 u ma’ min iltaqa’ bejn l-24 u s-26 ta’ Novembru? X’kien l-iskop li s-Segretarju Parlamentari mar Strassburgu biex jiltaqa’ mal-President tal-Kumitat tar-Reġjun?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Laqgħat mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 30654 u 28561 u peress li l-mistoqsijiet kienu fuq il-Kumitat tar-Reġjuni (Committee of the Regions) u mhux fuq il-Kumitati Reġjonali/Reġjuni, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari u ċjoè: kemm-il darba, hu jew is-Segretarju Parlamentari ltaqgħu mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-2016 u sal-ġurnata li tkun imwieġba din d-domanda? Jekk iltaqgħu, meta saru dawn il-laqgħat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-laqgħat? Jista’ jgħid ukoll jekk saru xi laqgħat, kenux infurmati bihom il-ħames membri Maltin li jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija tal-Kumitat tar-Reġjuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm xejn x’wieħed iżid mar-risposta diġa’ mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 28561, peress li ma saru l-ebda laqgħat oħra mal-Kumitat tar-Reġjuni.

A Partnership for Creative Governance — proġett

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30649, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispejjeż kollha li saru fuq il-proġett “A Partnership for Creative Governance”?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kunsilli Lokali– Direct Orders — investigazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26831, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali nvestigax id-directs orders li qabżu l-limitu stabbilit u x’passi ttieħdu f’kull ċirkustanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħejja rapport dwar id-direct orders li qed jirreferi għalihom, liema rapport qed inpoġġieh fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-amministrazzjoni ħadmet biex il-Kunsilli Lokali jingħataw taħriġ dwar il-liġi primarja kif ukoll dwar il-leġislazzjoni sussidjarja tal-Kunsilli Lokali, inkluż dawk finanzjarji, lis-Segretarju Eżekuttiv. Permezz ta’ dan it-taħriġ il-Kunsilli Lokali qegħdin ikunu ggwidati aħjar. Fl-ambitu ta’ governanza tajba mill-Kunsilli Lokali, kontabilità u trasparenza, ir-regolamenti u l-proċeduri finanzjarji tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll il-proċeduri li permezz tagħhom jinħarġu sejħiet għall-kwotazzjonijiet u offerti, ser ikunu emendati biex jimxu id f’id mar-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku. Bi preparazzjoni għal din it-tranżizzjoni, ġie introdott l-użu tas-sistema tal-akkwist elettroniku (ePPS) mill-Kunsilli Lokali biex ikun żgurat li l-Kunsilli Lokali jkunu konformi mal-proċeduri ta’ xiri addottati mill-Gvern Ċentrali.

Kunsill Lokali taż-Żejtun — Manucca Childcare Centre – Audited Financial Statements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30655 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30221, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jinsisti li jsiru l-audited financial statements tal-Manucca Child Day Care Centre?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Manuċċa Child Day Centre hu mmexxi miż-Żejtun Community Foundation. Din il-fondazzjoni li hija rreġistrata mall-Kummissarju tal-Volontarjat bagħtet lill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, il-kontijiet annwali tagħha li jaqgħu fit-tieni kategorija, ċċertifikati minn accountant pubbliku skont il-leġislazzjoni Sussidjarja 492.01 tal-liġijiet ta’ Malta li jkopru sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Kumitat tal-Vot 16 — diskussjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30650 u jgħid x’sar mill-Kumitat tal-Vot 16? Saru diskussjonijiet mal-membri tal-Kumitat dwar il-way forward ta’ dan il-kumitat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat li kien twaqqaf kien biex jiddaħħal il-Vot 16 fl-Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali, kif kien imwiegħed fil-Manifest Elettorali taħt il-Kapitlu 19. Naturalment, ġaladarba din il-wegħda ġiet fis-seħħ, dan il-kumitat m’għadux jiffunzjona.

Safar fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30647 u jgħid kemm-il darba mill-2013 sal-lum siefer fuq xogħol relatat mal-kunsilli lokali? Min siefer miegħu? X’kien l-iskop ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu sifirx fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali mill-2013 sal-lum? Min siefer miegħu u x’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ safar uffiċċjali relatat mal-Kunsilli Lokali kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Dipartiment tal-Gvern Lokali – ingaġġ ta’ nies

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ nies li ġew ingaġġati mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fl-2016 u sal-ġurnata li titwieġeb din d-domanda? Jista’ jgħid kull persuna ingaġġata, illum fejn taħdem?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni miltuba mill-Onorevoli Interpellant. M'inix qed nippubblika l-ismijiet izda jekk l-Onor Interpellant jixtieq inkun nista nghaddihomlu privatament.

Laqgħat mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba, hu jew is-Segretarju Parlamentari ltaqgħu mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-2016 u sal-ġurnata li tkun imwieġba din d-domanda? Jekk iltaqgħu, meta saru dawn il-laqgħat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-laqgħat? Jista’ jgħid ukoll jekk saru xi laqgħat, kenux infurmati bihom il-ħames membri Maltin li jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija tal-Kumitat tar-Reġjuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm xejn x’inżid mar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 28561.

Kunsill Lokali taż-Żejtun — Manucca Childcare Centre – Audited Financial Statements

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30221, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jinsisti li jsiru l-audited financial statements tal-Manucca Child Day Care Centre?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tinghata f’seduta oħra.

Safar fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba mill-2013 sal-lum siefer fuq xogħol relatat mal-kunsilli lokali? Min siefer miegħu? X’kien l-iskop ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu sifirx fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali mill-2013 sal-lum? Min siefer miegħu u x’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tinghata f’seduta oħra.