Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm hemm ħaddiema assenjati fil-Gozo Stadium f’Għawdex inkluż dawk tal-iskemi jew tal-Community Work Scheme? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u xi grad għandhom dawn l-istess ħaddiema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-Gozo Stadium hemm 12-il ħaddiem fi gradi diversi u assenjati fuq funzjonijiet differenti.
Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm hemm ħaddiema assenjati fil-Korsa taż-Żwiemel f'Għawdex inkluż dawk tal-iskemi jew tal-Community Work Scheme? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u xi grad għandhom dawn l-istess ħaddiema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-korsa taż-Żwiemel hemm 12-il ħaddiem fi gradi diversi u assenjati fuq funzjonijiet differenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32339 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30649, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispejjeż kollha li saru fuq il-proġett “A Partnership for Creative Governance”?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost l-Advisory Board tal-Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Advisory Board tal-Aġenzija Żgħażagħ huwa kompost kif gej:
Chairperson Miriam Teuma
Membri Robert Napier
Clara Grixti
Michael Piccinino
Benjamin Dalli
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30642 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu rigward il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli peress li fir-risposta ma hemm l-ebda informazzjoni mill-1999 sa 2014? X’wassal biex fir-risposta għall-PQ 30642 inkiteb “no info available”? Xi tfisser “no info available” li ma kienx hemm xogħol ta tiswijiet ta’ bankini u culverts f’Ħad-Dingli jew li ma nstabux id-dokumenti? U jekk ma nstabux id-dokumenti jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’passi ttieħdu u min kien reponsabbli politikament u amministrattivament? Jeskludi l-Ministru li jagħmel inkjesta?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30642 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu rigward il-Kunsill Lokali tal-Kalkara peress li fir-risposta hemm ftit informazzjoni mill-1999 sa 2016 ? X’wassal biex fir-risposta għall-PQ 30642 inkiteb “no information – records found”? Xi tfisser “no information – records found” li ma kienx hemm xogħol ta’ tiswijiet ta’ bankini u culverts fil-Kalkara jew li ma nstabux id-dokumenti? U jekk ma nstabux id-dokumenti jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’passi ttieħdu u min kien reponsabbli politikament u amministrattivament? Xi jfisser allura li mill-2008 sal-2013 kien hemm nefqa fuq bankini u culverts u m’hemmx informazzjoni lil min tħallsu dawn il-flus? Jeskludi l-Ministru li jagħmel inkjesta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30642 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu rigward il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra peress li fir-risposta ma hemm l-ebda informazzjoni mill-1999 sal-2016? X’wassal biex fir-risposta għall-PQ 30642 inkiteb “not applicable”? Xi tfisser “not applicable” li ma kienx hemm xogħol ta’ tiswijiet ta’ bankini u culverts fix-Xgħajra jew li ma nstabux id-dokumenti? U jekk ma nstabux id-dokumenti jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’passi ttieħdu u min kien responsabbli politikament u amministrattivament? Jeskludi l-Ministru li jagħmel inkjesta?
Jista' l-Ministru jgħid kif kien kompost il-Gozo Sports Board fl-aħħar tas-sena 2016? Jista' jgħid kemm kien hemm ħaddiema assenjati mal-Gozo Sports Board u x'kien ix-xogħol tagħhom fl-aħħar tas-sena 2016? Jista' jgħid kif ġie ngaġġat kull ħaddiem, f’liema skala qiegħed u x’inhu x-xogħol tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali tal-Gozo Sports Board għas-sena 2016 u din l-ispiża fuq xiex saret? Jista' jgħid f'kull każ l-ispiża saritx wara tender, ħruġ ta' quotations jew direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Jiena nfurmat li fl-aħħar tas-sena 2016 il-Gozo Sports Board kien kompost minn Chairman, Kap Eżekuttiv, Segretarju, Teżorier, Public Relations Officer u 23 membru bħala rappreżentanti tad-dixxiplini prattiċi. Fl-aħħar tal-istess sena n-numru ta’ ħaddiema marbuta mal-Gozo Sports Board kien ta’ 24, assenjati fuq funzjonijiet differenti. Ta’ min igħid li l-ħaddiema tal-Gozo Sports Board huma ingaġġati fuq bażi kuntrattwali. Min-naħa l-oħra dawk li huma fil-community work scheme ġew ingaġġati mill-Community Work Scheme Enterprise Foundation.
L-ispiża totali tal-Gozo Sports Board fl-2016 kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kull spiża saret wara l-ġbir ta’ hand quotations.
Qasam tas-saħħa mentali – ħlas lil GPs għas-servizz li jagħtu lil pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali fil-komunità
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23333, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed jagħmel biex isaħħaħ is-servizzi fil-komunità għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Jista’ jgħid jekk intlaħaqx xi ftehim mat-tobba li jispeċjalizzaw fil-kura psikjatrika biex jagħtu kura professjonali lil dawn il-pazjenti fi djarhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-istake holders sabiex tkompli tissaħħaħ l-iskema fejn tobba privati jaraw pazjenti bi bżonnijiet ta’ kura mentali fil-komunita’ għas-spejjeż tal-gvern. Id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed ukoll jaħdem ma’ NGO sabiex tinfetaħ hostel oħra għal pazjenti nisa fil-komunita’.
Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19042, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali huwiex qed jiffunzjona? Jekk iva, kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li qed jirċevuh u jekk hemmx xi waiting list?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali qiegħed jiffunzjona b’suċċess u b’kollox hemm 12 il-service user.
Taħriġ professjonali lill-għalliema — Studenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx taħriġ professjonali lill-għalliema tal-iskejjel dwar is-sintomi li jista’ jkollhom studenti li jbatu minn nuqqas ta’ saħħa mentali f’dawn l-aħħar tliet snin? Jekk sar dan it-taħriġ f’liema skejjel sar dan it-taħriġ u meta sar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Institute for Education li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant hu kif muri fiż-żewġ listi li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Lista 'A' - Direttorat għal Servizzi Edukattivi
Lista 'B' - Institute for Education.
Attachments:PQ 32422 - List 'A' - DES.pdfPQ 32422 - List 'B' - IfE.pdf
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30130, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-multa li weħlu l-1,147 ġenitur li naqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola fis-sena 2015 – 2016 u jekk dawn il-multi ġewx imħallsa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Ministeru tiegħi ma joħroġx ċitazzjonijiet. Infurmat li l-informazzjoni dwar ġenituri ta' tfal li abitwalment jassentu ruħhom mill-iskola tgħaddi għand il-Local Enforcement System (LES). Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Peress li waqt li kien qed jindirizza laqgħa internazzjonali tal-mediċina sportiva organizzata f'Malta, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li wara li s-sena l-oħra nħatar konsulent fil-Mediċina Sportiva, issa beda servizz ġdid fiċ-Ċentri tas-Saħħa, u kif ukoll fl-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ servizzi qed ikunu offruti, minn min u lil min u f'liema Ċentri tas-Saħħa? Jista’ jgħid min hu l-konsulent fil-Mediċina Sportiva u x'support staff għandu miegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuna tista’ tagħmel u¿u mis-servizz tal-iSports and Exercise Medicine Clinic kemm mil-isptar Mater Dei u kif ukoll miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u kif ukoll ta’ Birkirkara.F’dawn il-kliniki jingħataw konsultazzjonijiet u servizzi oħra bħal ma hu s-Shockwave Therapy, li jingħata f'Mater Dei. Is-servizz jitmexxa mill-Konsulent tal-Ortopedija u Mediċina Sportiva Dr Micallef Stafrace.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32337 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30953, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa mal-Commonwealth Local Government Forum (CLGF)? Jista’ jgħid min hu l-advisor li tela’ mas-Segretarju Parlamentari fi Brussell f’Novembru 2016 u ma’ min iltaqa’ bejn l-24 u s-26 ta’ Novembru? X’kien l-iskop li s-Segretarju Parlamentari mar Strassburgu biex jiltaqa’ mal-President tal-Kumitat tar-Reġjun?
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-individwi u/ jew kumpaniji li għandhom jew kellhom ħanut jew stall fil-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa fis-snin mill-2014 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħlas isir jew kien isir minn dawn l-individwi u/jew kumpaniji għall-konċessjonijiet tagħhom u lil min iħallsu jew kienu jħallsu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub qiegħed jingħata lill-Onor. interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali. Il-ħlas isir lil Malta Racing Club.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq toroq residenzjali mill-Gvern Ċentrali mill-2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex sar dan ix-xogħol u kemm sewa’ għal kull triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi f’Tas-Sliema li kienu jirrekjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme bejn l-2014 u l-2017? Jista’ jingħata rendikont tal-ammont totali ta’ flus u n-numru ta’ karozzi, abbażi ta’ liema ġie kkalkulat is-CPPS għal kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-wardens pajżana fuq ksur tal-liġijiet ambjentali fis-sentejn qabel ma' twaqqfet il-LESA, kif ukoll kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-wardens pajżana fuq ksur ta’ liġijiet minn mindu s-sistema ġiet iċċentralizzata bit-twaqqif tal-LESA sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Reġjuni – flus miċ-ċitazzjonijiet qabel ma twaqqfet il-LESA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu flus ir-reġjuni miċ-ċitazzjonijiet fis-sentejn qabel ma twaqqfet il-LESA u kemm ħadu flus minn mindu saret ir-riforma tal-wardens taħt dan il-Gvern? Jista’ jgħid kemm qed tiswa flus il-LESA kull sena, bl-ispiża mqassma bejn salarji u spejjeż oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces – permessi biex jitneħħew spazji ta’ parkeġġ
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn mindu ġie ppublikat f'Ġunju tal-2016 il-Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces kemm-il permess inħareġ mill-Kummissjoni tal-Ippjanar taħt l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jitneħħew spazji ta' parkeġġ? Minn dawn il-permessi kemm-il spazju tneħħa u f'liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex? Minn dawn il-permessi kemm minnhom ingħataw il-permess ambjentali mill-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent li hu obbligu bil-liġi? Jekk huwiex minnu li hemm min ħa permess mill-Awtorità tal-Ippjanar u diġà għandu l-istruttura temporanja flok il-parkeġġ pubbliku u qed jopera mingħajr il-permess ambjentali? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni ma’ Transport Malta u jekk iva, jekk hux qiegħda tieħu inkonsiderazzjoni l-effett tat-tneħħija ta’ parkeġġ fuq it-traffiku? Jista’ jgħid saritx konsultazzjoni mas-Sovrattendent tas-Saħħa Pubblika u jekk iva, hux jaqbel mal-periklu li l-klijenti qegħdin fuq struttura maġenb karozzi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nformat mill-Awtorita tal-Ippjanar li minn mindu ġie ppublikat f'Ġunju tal-2016 il-Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces inħarġu (30) permess mill-Kummissjoni tal-Ippjanar taħt l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jitneħħew spazji ta' parkeġġ u jitpoggew imwejjed u siggijiet.
Minn dawn il-permessi tneħħew seba’ w’erbghin (47) spazju ta’ parkegg f’dawn il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex:
Belt Valletta
B’Kara
Birzebbugia
Ghajnsielem
Gzira
Kirkop
Marsascala
Mosta
Msida
Qormi
Rabat
San Giljan
San Pawl il-Bahar
Senglea
Sliema
Birgu
Ninsab nformat ukoll li ssir konsultazzjoni ma’ Transport Malta u mad-Direttorat tas-Sahha Ambjentali fuq kull applikazzjoni li tircievi l’Awtorita’ ta’ l-Ippjanar.
Il-Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces kienet ukoll mahduma bejn il-Government Property Department , il-Planning Authority, l-Awtorita tat-Turizmu u Transport Malta u kienet ħarget għal konsultazzjoni mal- pubbliku qabel ma ġiet maqbula u ppublikata.
Għal-kumplament tal-mistoqsija , nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.