Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tat-toroq — Każ bil-file no. RD85/2000

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas dovut fil-każ RD85/2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qegħda mixja bil-każ biex ikun iffinalizzat malajr kemm jista jkun.

Health assistants

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1734 u cioe' jista' jgħid kemm hemm Health Assistants li għamlu u għaddew b’suċċess mill-kors ta’ Nursing Aide u li sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu ta’ Health Assistants?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mad-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’ hemm tlett Health Assistants li temmew b’suċċess il-kors ta’ Nursing Aide u għadhom fil-grad ta’ Health Assistants.

Awtorita' tad-djar — Appartamenti tal-gvern - stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se tieħu l-awtorita' tad-djar biex jiġi stallat lift bir-riferenza HAV 3/2003 wara li nstabu strutturi llegali f'numru ta' appartamenti fl-istess blokk fejn irid isir dan il-lift?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni sottomessa mill-Awtorita’ tad-Djar għal installar ta’ lift fil-blokk li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant ġiet miċħuda mill-Awtorita ta’ l-Ippjanar u l-Ambjent għar-raġuni li hemm enforcement action fuq il-blokk. L-Awtorita’ tad-Djar oġġezzjonat għal dan għax waqt li l-enforcement action kienet fuq appartament partikolari fil-blokk, il-lift kien ser jiġi installat fil-parti komuni u għalhekk ma kienx hemm raġuni għaliex il-permess ma kellux jinħareġ. Ir-risposta ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u l-Ambjent kienet li peress li l-lift kien ser iservi wkoll l-appartament kopert b’enforcement action, il-permess għall-lift ikun jista’ joħroġ jekk l-inkwilini ta’ l-imsemmi appartament jirregolariżżaw ix-xogħol illegali li sar fih.

MEPA — Każ bil-file no. DN 598/03

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MEPA biex jitneħħew jew jiġu regolarizzati strutturi llegali f'numru ta' appartamenti in konnessjoni ma' każ DN 598/03 biex ikun jista' installat lift bir-riferenza ta' l-awtorita' tad-djar HAV 3/2003?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar
Leg 10 PQ #2331 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Avukati

Question

Jista il-Ministru jinforma il-kamra minn kienu il-persuni li ggradwaw bħhala avukati f'dawn l-aħħar 55sena?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba għar-rigward avukati reġistrati mall-Kamra tal-Avukati tista` tinkiseb minn fuq il-Website tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
Leg 10 PQ #1733 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Health Assistants — Kors ta' Nursing Aide

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm Health Assistants li għamlu u għaddew b’suċċess mill-kors ta’ Nursing Aide u li sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu ta’ Health Assistants?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda Health Assistants li għamlu u għaddew b'suċċess mill-kors ta' Nursing Aide u sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu ta' Health Assistants.

Health Assistants — Kors ta' Nursing Aide

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm Health Assistants li għamlu u għaddew b’suċċess mill-kors ta’ Nursing Aide u li sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu ta’ Health Assistants?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1735 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attard — Skola Tumas Dingli - Kumpless Sportiv

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 224, jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatax l-award tat-tender? Meta se jibda x-xogħol? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol? Jista' l-Ministru jipprovdi kopja tal-pjanti ta' kif ġej il-kumpless sportiv? Min se jkun responsabbli mix-xogħlijiet u meta hu maħsub li x-xogħol jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.

Toroq — Tarmac

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-informazjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 855 u cioe’ jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac mill-Gvern Ċentrali matul l-2002 u l-2003 f’Ħ’Attard, Haż-Żebbug, Siġġiewi u ħad-Dingli? Kemm ġiet tiswa kull triq? Liema huma t-toroq fl-istess lokalitajiet li l-Gvern bi ħsiebu jagħti t-tarmac fil-kumplament ta’ din is-sena jew fis-sena 2004? ?

Response (GALEA, ĊENSU)

F'seduta ohra ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li ġew asfaltati matul l-2002 u l-2003. Fil-preżent l-Awtorita' dwar it-Trasport għadha kif ħarġet sejħa għall-offerti għal asfaltar ta' Triq Indri Borg f'Ħaż-Żebbuġ. Fir-rigward ta' toroq oħra fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Interpellant id-Direttorat qiegħed iħejji programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta Kollha għat-2004 u x-xogħol isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien. Minbarra hekk, tajjeb wieħed jinnota li xogħol fuq toroq partikolari f'lokalitajiet partikolari, ikunu għaddejjien kważi f'kull lokalita, kull sena.
Leg 10 PQ #1775 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ħ'Attard — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhi l-proċedura biex jingħata uplift iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħ'Attard? X'għajnuna jagħti l-gvern? Jista' jgħid liema huma s-servizzi tas-saħħa li joffri dan iċ-ċentru tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tisħiħ tas-sbuħija tal-bereġ kollha qed issir bl-għajnuna u l-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Kull sena, numru ta' bereġ jingħataw uplift sabiex l-ambjent ikun ta' livell aċċettabbli. Ninsab infurmat illi hemm pjan ħalli l-berġa ta' Ħ'Attard tingħata attenzjoni s-sena d-dieħla. Peress li dan mhux Ċentru tas-Saħħa iżda Berġa u tinfetaħ minn tabib tal-familja u nurse għal siegħa tliet darbiet fil-ġimgħa, s-servizzi huma limitati għall-viżti għand it-tabib, preskrizzjonijiet ta' riċetti, xogħol ta' nurse limitat, u tqassim ta' mediċini permezz tas-servizzi postali.

Toroq — Tarmac

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac mill-Gvern Ċentrali matul l-2002 u l-2003 f’Ħ’Attard, Haż-Żebbug, Siġġiewi u ħad-Dingli? Kemm ġiet tiswa kull triq? Liema huma t-toroq fl-istess lokalitajiet li l-Gvern bi ħsiebu jagħti t-tarmac fil-kumplament ta’ din is-sena jew fis-sena 2004?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Ħ'Attard — Tisħiħ tal-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex pjan biex isaħħaħ il-provista ta’ l-elettriku f.’Misrah Kola Ħ’Attard? U jekk fil-pożittiv jista’ il-Ministru jgħid kif dan jista’ jseħħ? Jekk dan ser iseħħ b’bini ta’ Sub Station jista’ il-Ministru jgħid fejn qed jigi ikkunsidrat biex din is-Sub Station tinbena?

Response (GATT, AUSTIN)

Biex tissaħħaħ il-provista ta' l-elettriku f' Misraħ Kola, Attard hemm bżonn li tinbena substation fl-inħawi ta' Triq in-Nebbieta ladarba tinstab l-art meħtieġa.

Siġġiewi — Kaxxa ta' l-ittri

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux possibli li terġa titpoġġa lura kaxxa ta’ l-ittri fil-viċinanzi tad-dar numru 5, Triq Ramija, Siġġiewi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat minn Maltapost li ġa hemm kaxxa ta' l-ittri fl-istess triq, jiġifieri Triq Ramija, Siġġiewi ħdejn il-Housing Estate tal-Gvern. Din tinsab mhux aktar minn ftit metri bogħod mill-lokalita' msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Ħ'Attard — Parking riservat

Question

Jista’ il-Ministru jara li, biex ikun hemm sigurta għat-tfal li jattendu d-duttrina f’Dar it-Tagħlim Nisrani, Triq Ħal-Warda H’Attard u billi din hi triq traffikuża, ikun hemm post riservat fil-ħinijiet tad-duttrina għal użu tal-Mini Bus li twassal it-tfal għad-duttrina?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku mhux f'pożizzjoni li jawtorizza post riservat bil-ħin tad-duttrina għal użu tal-Mini Bus.

Ħ'Attard — Posta - Kaxxi ta' l-ittri

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux possibli li titpoġġa kaxxa ta’ l-ittri fil-viċinanzi ta’ Triq Kananea u Triq ż-Żragen f’Ħ’Attard peress li l-popolazzjoni f’dawn l-inħawi kibret mhux ħazin fl-aħħar snin u l-kaxxi ta’ l-ittri l-oħra jinsabu diversi toroq il-bogħod?

Response (GATT, AUSTIN)

Fir-rigward ta' talba għal kaxxa ta' l-ittri fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant , jien infurmat li minn eżerċizzju magħmul minn Maltapost fl-inħawi ta' Ħ'Attard, jirriżulta li fil-viċinanzi ta' Triq Kananea u Triq iż-Żraġen hemm żewġ kaxxi ta' l-ittri. Dawn jinsabu waħda fi Triq Santa Katerina ħdejn il-Housing Estate, u oħra fi Triq il-Linja ħdejn in-Nicholson Supermarket u għalhekk għal issa ma għadx hemm il-ħtieġa li l-kaxxi ta' l-ittri fl-istess inħawi jiżdiedu.
Leg 10 PQ #887 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħaż-Żebbuġ — Żebbuġ football ground

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk iż-Żebbuġ football ground ingħatax b'ċens temporanju liż-Żebbuġ rangers football club? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Meta fis-sena 2000 il-Gvern kien qiegħed jikkunsidra l-allokazzjoni ta` numru ta` proprjetajiet lil diversi għaqdiet sportivi, il-ground tal-football ta` Ħaż Żebbuġ ma setax jiġi offrut b`ċens għaliex parti mill-art li fuqha huwa mibni l-ground kienet għadha fil-proċess ta` esproprju taħt l-Ordinanza dwar Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi. Kien għalhekk li l-ground kien offrut b`kera liż-Żebbuġ Rangers Football Club, iżda dawn irrifjutaw għaliex kellhom preferenza għal titolu ta` ċens, li legalment pero`, ma setax jingħata. Ninsab infurmat ukoll li l-proċess ta` akkwist fuq l-art in kwistjoni fil-fatt tlesta aktar kmieni din is-sena u illum l-art li fuqha hemm il-football ground hija kollha kemm hi tal-Gvern. Dan ifisser li ż-Żebbuġ Rangers Football Club issa jista` jibda t-trattivi mal-Ministeru għaż-Żgħażagħ u l-Arti sabiex b`kollaborazzjoni mat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ikun jista` jiġi ikkunsidrat li jingħatalhom ċens fuq il-football ground imsemmi.
Leg 10 PQ #224 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attard — Skola Tumas Dingli - kumpless sportiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-isports complex fl-iskola Tumas Dingli, f'Ħ'Attard? Jista' jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol u jipprovdi kopja tal-pjanti ta' kif ġej il-kumpless? Min se jkun responsabbli mix-xogħlijiet u meta hu maħsub li x-xogħol jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ix-xogħol hu mistenni li jibda hekk kif tingħata l-award tat-tender. Peress li l-kuntratt għadu ma ngħatax, mhux qed tiġi żvelata l-istima ta' l-ispiża.
Leg 10 PQ #225 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Imġarr — Skola Ġanni A. Cilia - xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-hall u partijiet oħra ta' l-iskola Ġanni A. Cilia, fl-Imġarr?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ix-xogħol jinbeda meta t-tender ikun pubblikat u jiġi magħżul kuntrattur mid-Direttur tal-Kuntratti.

Attard — Triq iż-Żahar - xogħol ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' drenaġġ fi Triq iż-Żahar, Ħ'Attard?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.