Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #8192 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' San Ġorġ — Project management services

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm differenza bejn il-logo li biha saret it-talba minn Med Design Consultants għal Project Management Services għall-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ f'April ta' din is-sena u l-logo li biha saret talba fix-xhur ta' wara għall-ħlas għall-istess xoghol li twettaq? Jista' jipproduċi kopja tal-logos li ntużaw? Jista' jipproduċi kopja ta' l-invoices u receipts li saru u li huma relatati ma' Med Design Consultants?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Leg 10 PQ #8193 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' San Ġorġ — Storm water infrastructure

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienet il-kumpannija ta' periti li ċċertifikat ix-xogħol li twettaq minn Polidano Brothers għal storm water infrastructure fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan, xogħol mitlub mill-Malta Tourism Authority? Jista' jgħid kemm-il ċertifikat inħareġ u f'liema dati? Jista' jipproduċi kopja ta' dawn iċ-ċertifikati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Med Design Consultants iċċertifikaw ix-xogħol li twettaq minn Polidano Brothers għall-istorm water system fil-bajja ta' San Ġorġ. Nħarġu tliet ċertifikati, tnejn interim u wieħed finali.Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn iċ-ċertifkati.

MEPA — Talba għal storm water culvert f'Ħad Dingli

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx talba biex isir storm water culvert fi Triq il-Kbira, f'Ħad Dingli matul ix-xahar ta' Settembru 2004? Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja ta' l-applikazzjoni? Jista' jgħid min kienet il-kumpannija ta' periti li għamlet l-applikazzjoni u jekk intużax timbru uffiċjali tal-kumpannija f'din l-applikazzjoni? Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja ta' dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li saret notifika ta’ żvilupp Numru DN 694/04. Il-perit ta' din in-notifika kien Charles Buhagiar A&CE għan-nom ta' Med Design Consultants, Hercules House, Saint Mark Street, Valletta. It-timbru uffiċjali użat fil- formola ta' l-applikazzjoni huwa "MED design consultanta ltd, Hercules House, St Mark St., Valletta. VLT 09" filwaqt li t-timbru fuq il-pjanti huwa "MED DESIGN CONSULTANTS, Engineering + Cost Consultants, Hercules Hse., 2nd Floor, St. Mark Street - Valletta - VLT 09. Minn-naħa l-oħra it - "Title block" fuq il-pjanta li turi d-disinn tal-"Culvert" huwa "MED design PERITI consultants, hercules house st mark street, valletta vlt 09, malta. L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma tistax tipproduċi kopji ta l-applikazzjoni u pjanti sottomessi mill-applikant.

Limited Liability Company — Periti

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-periti li sal-lum huma reġistrati u qed jagħtu s-servizz tagħhom permezz ta' Limited Liability Company?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li hemm żewġ tipi ta’ reġistrazzjoni tal-Bord tal-Warrant tal-Periti; dik ta’ perit u dik ta’ Partnership ta’ Periti. Għalhekk Limited Liability Companies ma jistgħux jiġu registrati.

Periti — Board tal-warrant

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-warrant tal-periti? X'inhi l-policy tal-bord tal-warrant tal-periti dwar periti li qed jagħtu s-servizz tagħhom permezz ta' Limited Liability Company?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-membri tal-Bord huma s-segwenti: Dr Ramon Bossignaud Chairman Perit David P Pace Membru Perit Joseph P Falzon Membru Perit Anthony Muscat Membru Perit Paul Camilleri Membru Perit Lawrence Mintoff Membru Perit Anton Valentino Membru Jien infurmat li l-policy tal-Bord hi li r-responsabilta’ professjonali ta’ Perit hi waħda personali, u għalhekk s-servizz ta’ Perit ma jistax jingħata minn Limited Liability Company. Billi din għandha personalita’ ġuridika distinta’ mill-azzjonisti, u hi Limited Liability, r-responsabilta’ personali ta’ Perit fl-e¿erċizzju tal-professjoni tiegħu ma tistax tkun Limited.

Periti — Board tal-warrant

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-warrant tal-periti? X'inhi l-policy tal-bord tal-warrant tal-periti dwar periti li qed jagħtu s-servizz tagħhom permezz ta' Limited Liability Company?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-membri tal-Bord huma s-segwenti: Dr Ramon Rossignaud Chairman Perit David P Pace Membru Perit Joseph P Falzon Membru Perit Anthony Muscat Membru Perit Paul Camilleri Membru Perit Lawrence Mintoff Membru Perit Anton Valentino Membru Jien infurmat li l-policy tal-Bord hi li r-responsabilta’ professjonali ta’ Perit hi waħda personali, u għalhekk s-servizz ta’ Perit ma jistax jingħata minn Limited Liability Company. Billi din għandha personalita’ ġuridika distinta’ mill-azzjonisti, u hi Limited Liability, r-responsabilta’ personali ta’ Perit fl-e¿erċizzju tal-professjoni tiegħu ma tistax tkun Limited.

Med Design Consultants Ltd — VAT registration

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk sarx ħlas mill-gvern tul dawn l-aħħar sentejn lil Med Design Consultants Ltd. fuq VAT registration 12077032? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid x'kienu dawn il-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma sar l-ebda ħlas la mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lanqas mill-Ministeru tal-Finanzi lil Med Design Consultants Ltd fuq Value Added Tax registration 12077032. (Tweġiba mogħtija: 19/10/2004PM) (Seduta Numru: 174)

MFSA — Med Design Consultants Ltd.

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MFSA fil-konfront tal-likwidazzjoni tal-kumpannija Med Design Consultants Ltd. li ilha kważi sena li appuntat likwidatur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Malta Financial Services Authority, bħala awtorità regolatorja tas-settur finanzjarju m’għandha ebda responsabbiltà jew rwol dirett fix-xoljiment u stralċ ta’ soċjetajiet kummerċjali li attività tagħhom ma tkunx liċenzjata u regolata minnha. Ix-xoljiment ta’ soċjetà kummerċjali u n-nomina ta’ stralċjarju (likwidatur) jiġu notifikati lir-Reġistratur tal-Kumpaniji skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-1995 dwar il-Kumpaniji. Il-likwidazzjoni ta’ soċjetà kummerċjali m’hix ir-responsabbiltà tar-Reġistratur imma tal-likwidatur. Ir-Reġistratur m’għandu ebda setgħa jew responsabbiltà diretta fil-proċess tal-likwidazzjoni. Skond l-artikolu 322 ta’ l-Att ta’ l-1995 dwar il-Kumpaniji, il-likwidatur għandu l-obbligu li fi żmien 30 ġurnata mill-għeluq ta’ sena minn mindu tkun bdiet il-likwidazzjoni, huwa jagħmel u jibgħat lir-Reġistratur, statement dwar il-proċess u fejn tkun waslet il-likwidazzjoni. Fin-nuqqas il-likwidatur jeħel il-penali kontemplati fil-liġi. Fil-każ tas-soċjetà in kwistjoni, iż-żmien ta’ sena msemmi għadu ma għaddiex.

Med Design Consultants Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Med Design Consultants Ltd. hijiex reġistrata mal-bord tal-warrant tal-periti? Minn min hi ffurmata Med Design Consultants? Jista' jgħid jekk din hijiex reġistrata bħala kumpannija jew bħala professional partnership jew it-tnejn? Jista' jgħid meta sar dan ir-reġistrar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ebda Limited Liability Company ma tista’ tiġi reġistrata fl-imsemmi reġistru. Ma jirrizultax li l-Med Design Consultants Ltd. hi reġistrata bħala Partnership ta’ Periti.

MEPA — Applikazzjoni 4464/04

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' korrispondenza, min bagħatha u f'isem liema kumpannija fl-applikazzjoni 4464/04?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Membru huwa mitluba jinnota l-provvedimenti ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp dwar l-aċċess ta' informazzjoni mill-pubbliku.

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li jirtiraw ħaddiema mis-servizz pubbliku minħabba li jilħqu l-eta' tal-pensjoni, xahar b'xahar, minn Ottubru 2004 sa Diċembru 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda bl-informazzjoni mitluba.

Ħaż Żebbuġ — Triq ġdida fi Triq Tal-Ħlas

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu ppjanat li ssir New Str in tal-Ħlas Road f'Ħaż Żebbuġ, Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qed tipprepara programm ghall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita isir aktar il-quddiem skond il-prijoritatjiet li jirriżultaw.

Birżebbuġa — Servizzi ġodda ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi servizzi ġodda ta' l-ilma f'Birżebbuġa wieqfa minħabba li l-kunsill ta' Birżebbuġa qed jirrifjuta l-permessi meħtieġa lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jekk fl-affermattiv, jista' jara għaliex il-kunsill qed jirrifjuta li jagħmel dan? Jista' jintervjeni biex tinstab soluzzjoni dejjiema għal dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena infurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha 2 applikazzjonijiet għal-servizz ġdid ta' l-ilma li ma tistax taqdihom għax il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġia ma jridx joħroġ il-permessi neċessarji biex ikun jista jsir ix-xogħol. Jirriżulta lill-Korporazzjoni illi s-Sindku ta' Birżebbuġia jrid jimponi bdil fil-proċeduri stabbiliti tal-Korporazzjoni dwar l-għoti ta' servizzi ġodda ta' l-ilma u li qed jirrifjuta li joħroġ dawn il-permessi biex jeżerċita pressjoni fuq il-Korporazzjoni ħalli jinbidlu dawn il-proċeduri.

Qrati — Inkjesti maġisterjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali fis-snin 2002 u 2003 separatament kull xahar? Għax-xogħol ordnat (inkjesti) minn kull maġistrat f'dawn is-sentejn, kemm ħallas il-gvern individwalment? Min kienu dawk l-esperti li rċevew ħlasijiet 'il fuq minn Lm3,000 fis-snin 2002 u 2003 u kemm irċevew kull wieħed u waħda minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Dipartiment ta' l-Artijiet — File bir-ref no. L170/2002

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-offerta mid-direttur ta' l-Estates Management, datata 29 ta' Novembru 2002 (referenza L170/2002) fejn ġiet offruta proprjeta' formanti parti minn Forti Binġemma biex tiġi mgħoddija lill-għaqda Maltija ta' l-Astronomija sabiex jiġi stabbilit l-ewwel osservatorju astronomiku pubbliku f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Preżentament il-Gvern qed jagħmel diskussjonijiet sabiex il-Forti Binġemma tiġi amministrata mill-Heritage Malta. F’ dan ir-rigward wieħed irid jistenna l-esitu ta’ dawn it-taħditiet sabiex imbagħad wieħed ikun jista’ javża lill-Għaqda Maltija ta’ l-Astronomija biex ikompli t-taħditiet tagħha mal-Heritage Malta.

ELC — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-ħaddiema tal-ELC ma tħallsux fis-6 ta' Ottubru? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se jsir dan il-ħlas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ħlas lill-ħaddiema mill-Environment Landscaping Consortium (ELC) sar nhar is-7 ta’ Ottubru 2004.

Birżebbuġa — Triq il-Grolli - kanna ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx problema ta' ilma, cioe' kanna li qed tinfaqa sikwit, fi Triq il-Grolli Birżebbuġa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jsir ix-xogħol neċessarju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #7839 Sitting 172 2004-10-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti li żaru pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew f'pajjiżna turisti matul ix-xahar ta' Awissu 2003 u f'Awissu 2004? Kemm hu stmat li nefqu flus f'pajjiżna f'dawk ix-xahrejn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li skond iċ-ċifri pubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, f'Awissu ta' l-2003, it-turisti li telqu minn Malta bl-ajru jammontaw għal 157,670 filwaqt li t-total ta' turisti li ġew bil-baħar jammontaw għal 9,442. F'Awissu ta' l-2004 kellna 162,910 turisti li telqu minn Malta bl-ajru u 14,187 li telqu minn Malta bil-baħar. Peress li l-mod ta' kif tinġabar l-istatistika tat-turisti li jiġu Malta bil-baħar inbidlet, iċ-ċifri tat-turisti li ġew bil-baħar fl-2003, ma jistgħux jiġu kkumparati direttament ma' dawk ta' l-2004. L-infieq tat-turisti f'Awissu ta' l-2003 kien jammonta għal LM 71,047,694 u dan tela' għal LM 73,374,334 f'Awissu ta' l-2004, żieda ta' tlieta fil-mija.

Kumpannija li joperaw f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji li kabbru l-operat tagħhom f'Malta b'investiment minn barra - fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena? Kemm kien dan l-investiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena kien hemm ħdax il-kumpanija b'investiment barrani li kabbru l-operat tagħhom hawn Malta. L-investiment globali ta' dawn il-proġetti ser jammonta mill-inqas għal LM16.2 miljuni fuq perjodu ta' tlitt snin li ġejjin. Il-Malta Enterprise ġabret din l-informazzjoni fuq proġetti approvati matul dan il-perjodu u l-figuri jirriflettu l-investimenti proġettati għat-tielet sena ta' l-operat tagħhom. Statistika fuq investiment attwali li sar matul l-aħħar seba' xhur m'hijiex disponibbli mill-Malta Enterprise u tista' tiġi miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. L-Onor. Interpellant jifhem li l-kumplament ta' l-informazzjoni hija ta' natura kunfidenzjali.