Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Sqaq il-Qenċ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xi patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet msemmija mill-Onor. Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali rispettiv.

Ħaż-Żebbuġ — Triq it-12 ta' Mejju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi xogħlijiet fi Triq it-12 ta' Mejju, f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li għaddew, Periti mill-ADT spezzjonaw it-triq imsemmija u saret talba lid-diviżjoni tax-xogħolijiet biex isir il-patching neċessarju.

Żebbuġ — Sqaq il-Qenċ - manutenzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xi patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Djar — Pembroke

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se tissewwa t-triq ta' madwar site E fi Triq Normandy, Pembroke li kienet tkissret mill-kuntrattur li ħadem fuq il-bini tal-maisonettes tal-gvern u għadu ma rranġahiex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Probabilment l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Site F u mhux E għax din ta' l-aħħar għad trid tinbena. Ninsab infurmata li t-triq kellha tinqala bħala parti mix-xogħolijiet u mhux b'xi traskuraġni mill-kuntrattur. Infurmata wkoll li għalkemm l-irranġar tat-triq kellu jsir mill-Awtorita' tat-Trasport bħalissa għaddejja korrispondenza bejn id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke, biex ix-xogħol tat-triq isir mill-aktar fis possibli.

Kabinett

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdilha, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, sa fejn hu possibli, qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Manoel Island — Proġett

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt ma' MIDI għall-proġett ta' Manoel Island u Tigne' hemmx stipulat li l-aċċess mal-baħar madwar Manoel Island ikunx liberu għaċ-ċittadini? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid jekk dan l-aċċess fil-preżent hux liberu jew le?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Skond Artiklu 15 tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-MIDI plc, l-aċċess jista' jkun magħluq b'mod temporanju sakemm isiru xogħolijiet fuq il-proġett. Bħalissa ix-xogħolijiet ta' restawr nbdew fuq il-Fortizza Manoel.

Birżebbuġa — Triq il-Grolli - kanna ta' l-ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7838, jista' il-Ministru jgħid għaliex hu maħsub li l-ispiża titla' għal madwar Lm8,000? Jista' jgħid x'xogħol hemm bżonn isir u jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li hemm involuti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-proġett biex jinbidel il-main qadim ta' din it-triq jikkonsisti fi tqegħid ta' 535 metri ta' pipe ta' 63 mm dijametru fi Triq il-Brolli f' B'Bugia, minn Triq il-Port il-Ħieles 'l ġewwa. Il-breakdown ta' din l-istima hi kif ġej: 1. Excavation & back fill Lm 1,950 2. Pipelaying Lm 371 3. Roadworks Lm 4,550 4. House services Lm 244 5. Cost of pipes & fittings Lm 879 ------------ Stima totali Lm 7,994

Saħħa — Radiographers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7836, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi fit-taħditiet mal-unions dwar ir-radiographers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda tibdil mit-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija numru 7836 tas-Seduta numru172.

MEPA — Bini ta' ħajt ma' plot privat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-MEPA ma' sid privat biex itella' ħajt mal-plot privat tiegħu - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - minħabba li dan qed ikun użat bħala miżbla b'inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-sezzjoni ta' l-Infurzar ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwqar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) investigat il-każ, u jirriżulta li ntefa’ skart u materjal ieħor fi plot vojta fi Triq is-Snajjin, Mellieħa. Għaldaqstant sejjer jinħareġ Avviż Biex Tieqaf u ta' Twettieq b' referenza ECF 932/04 sabiex jitnaddaf is-sit u jinbena ħajt mal-madwar.

Pembroke — Bus stage

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħal/jitranġa bus stage li hemm hekk kif taqbeż it-traffic lights ta' Pembroke?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi t-twaħħil/irranġar ta' bus stages huwa responsabbilta tal-Kunsilli Lokali. Madankollu, l-Awtorita' ser tieħu ħsieb tikkuntatja lill-Kunsill Lokali ta' Pembroke rigward l-imsemmi bus stage.

Qrati — Inkjesti Maġisterjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8095 u cioe' jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali fis-snin 2002 u 2003 separatament kull xahar? Għax-xogħol ordnat (inkjesti) minn kull maġistrat f'dawn is-sentejn, kemm ħallas il-gvern individwalment? Min kienu dawk l-esperti li rċevew ħlasijiet 'il fuq minn Lm3,000 fis-snin 2002 u 2003 u kemm irċevew kull wieħed u waħda minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif hekk dettaljat kif mitlub ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u jrid jinġabar manwalment. Dan jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi sabiex jinġabar. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan il-ħin u riżorsi biex jinġabar hu ġustifikat.

MEPA — Ħajt ma' Plot Privat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-MEPA ma' sid privat biex itella' ħajt mal-plot privat tiegħu - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - minħabba li dan qed ikun użat bħala miżbla b'inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-każ qed ikun investigat.

Birżebbuġa — Triq il-Grolli - kanna ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx problema ta' ilma, cioe' kanna li qed tinfaqa sikwit, fi Triq il-Grolli Birżebbuġa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jsir ix-xogħol neċessarju?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-KSI taf li hemm problema bil-kanna tal-ilma msemmija u fil-fatt ħadet il-passi biex issir proposta għall-bdil tagħha. Din tikkonsisti fi proġett ta' madwar Lm8,000 li ddaħħal fil-programm ta' xogħolijiet tal-KSI. Dan ix-xogħol mistenni li jsir is-sena d-dieħla.

Tal-Qroqq — Iddisinjar ta' sptar ġdid

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ngħata l-kuntratt ta' iddisinjar ta' sptar ġdid f'Tal-Qroqq lil Norman & Dawburn Designers? Jista' jikkonferma illi l-ammont finanzjarju mitlub minn Norman & Dawburn ma kienx ikopri l-iddisinjar kollu li kellu bżonn l-isptar il-ġdid? Min kienu r-rappreżentanti ta' Norman & Dawburn f'Malta? Min aktar tefa' l-offerta ma' Norman & Dawburn u min kienu r-rappreżentanti tagħhom f'Malta? Għal kemm kienu jammontaw l-offerti li ntefgħu mit-tenderers kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li: 1. Il-kuntratt ta’ iddisinjar ta’ l-isptar il-ġdid f’Tal-Qroqq ingħata lil Norman & Dawbarn fid-9 ta’ Ġunju 1998. 2. L-ammont finanzjarju kien fuq l-iScope of Work li kien hemm meta sar il-kuntratt. 3. Ir-rappreżentanti ta’ Norman & Dawbarn kienu M/s Building and Design Consultants. 4. L-offerti kollha kienu skond kif indikat fit-tabella annessa.

Naxxar — Fosos tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tbattil tal-fosos fi Triq Hieronmus fin-Naxxar hux responsabbilta' tal-gvern ċentrali jew tal-privat? Jekk hu tal-gvern ċentrali, jista' jgħid meta l-aħħar li sar it-tbattil neċessarju u meta se jerġa' isir?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li kuntrattur mqabbad mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, huwa obbligat li jmur ibattal il-fosos darba fil-ġimgħa.

Belt Valletta — Post fejn isorġu l-karozzini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-pjan ta' bieb il-Belt u t-terminus tal-Belt hemmx il-ħsieb li jkun hemm post ippjanat fejn joqogħdu l-karozzini? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid jekk hux se jkun hemm kenn (shelter) għall-istess żwiemel?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi l-pjan ta' żvilupp, relatat ma' bieb il-Belt u l-venda tal-Belt għalissa jinsab wieqaf. Rigward shelters għaż-żwiemel, l-Awtorita applikat għal diversi shelters ġewwa l-Belt Valletta mal-MEPA u qegħda preżentament tistenna risposta. Madankollu, f'bieb il-Belt ma jidhirx li hemm post adekwat għall-shelter taż-żwiemel.

Belt Valletta — Coaches tat-turisti - bankijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fejn jipparkjaw il-coaches tat-turisti fil-Belt Valletta, ftit 'l isfel mit-terminus, isiru bankijiet biex it-turisti jkunu jistgħu jpoġġu fuqhom sakemm jistennew il-coach?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi l-street furniture, inklużi l-bankijiet jaqgħu taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali. Jien nfurmat ukoll li l-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta ma tagħmilx oġġezzjoni jekk ikollha rikjesta sabiex dawn il-bankijiet isiru.
Leg 10 PQ #8188 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

San Ġiljan — Bollards

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx talba biex jitwaħħlu bollards fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan? Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja ta' l-applikazzjoni? Jista' jgħid min kienet il-kumpannija ta' periti li għamlet l-applikazzjoni u jekk intużax timbru uffiċjali tal-kumpannija f'din l-applikazzjoni? Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja ta' dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.