Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħ'Attard — Triq Emvin Cremona

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-aħħar parti ta' Triq Emvin Cremona, li tmiss ma' Triq Peter Paul Rubens, f'Ħ'Attard, hemmx ħsieb li ta' l-inqas tingħata wiċċ asfalt biex jitnaqqsu t-trabijiet kbar li hemm fiha? Jista' jgħid kemm hu ppjanat li tiġi l-ispiża?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Toroq ġodda — Dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12018 u jgħid jekk it-toroq li saru mill-ġdid mill-fondi tal-Ħames Protokoll ma' l-Italja kif ukoll dawk iffinanzjati mill-budget nazzjonali humiex ser jiġu mdawwla b'lampi full cutoff, kif qed jiġri fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, in vista tal-problema tal-light pollution? Jekk le, jista' jispjega għaliex, ladarba lampi full cutoff joffru ħafna inqas glare fit-triq u allura iżjed safety għas-sewwieq u l-prezz ta' lampi full cutoff huwa l-istess bħal dak tas-semi cutoff li mdorrijin nużaw f'pajjiżna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-ispecifications ta' l-istreet lighting li ħarġu mat-tender tax-xogħlijiet ta’ toroq iffinanzjati taħt il-ħames Protokoll Taljan kienu bbażati fuq l-i specifications tal-Enemalta li hija l-korporazzjoni ewlenija li f’ħafna drabi tipprovdi s-servizzi abbinati mad-dawl tat-toroq u tiġġestixxi s-sistema tas- supply tal- istess dawl . Dawn l-i specifications juzaw lampi tat-tip semi cut-off . F’waħda mir-rotot illi ġew kostruwiti fil-proġett imsemmi fis- suespost , liema rotta tikkonsisti minn triq ta’ ċirka żewġ kilometri, kienu nstallati lampi full cut-off. L-Awtorita' ser tiddiskuti l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ din is-sistema ta’ full cut off , hekk kif ġiet installata, mal-korporazzjonijiet konċernati sabiex din is-sistema ta’ full cut off tkun tista tiġi integrata fis-sistema tal-i street lighting li nużaw f’Malta .

Ħames protokoll Taljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-toroq li saru mill-ġdid mill-fondi tal-ħames protokoll ma' l-Italja kif ukoll dawk iffinanzjati mill-budget nazzjonali humiex se jiġu mdawwla b'lampi full cutoff, kif qed jiġri fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, in vista tal-problema tal-lights pollution? Jekk le, jista' jispjega għaliex le, ladarba lampi full cutoff joffru ħafna inqas glare fit-triq u allura iżjed safety għas-sewwieqa u l-prezz ta' lampi full cutoff huwa l-istess bħal dak tas-semi cutoff li mdorrijin nużaw f'pajjiżna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Pulizija — Towing ta' Karozzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija għadhomx bir-responsabbilta' u l-awtorita' li jordnaw li karozza li tkun qed tagħlaq id-dħul ta' garaxx titneħħa jew tiġi towed? Jekk fin-negattiv, min għandu din l-awtorita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hija kontravenzjoni kontra r-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur li persuna tipparkja jew tħalli bla għassa xi vettura bil-mutur f'dak il-mod li ma tħallix xi vettura ta' persuna oħra milli jkollha dħul jew ħruġ liberu għal xi post użat u markat b'mod ċar bħala garage. Filwaqt illi bis-saħħa tar-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta' Oġġetti ta' Ingombru fir-Regolament tat-Traffiku kemm il-Pulizija kif ukoll il-Kunsill Lokali jista' jneħħi kull oġġett ta' ingombru li jkun qiegħed joħloq xi diżordni, inkonvenjent jew ostaklu. Għalhekk il-Pulizija għadhom jistgħu jordnaw it-tneħħija ta' karozza li tkun qed tagħlaq id-dħul ta' garaxx, basta tali garaxx ikun hekk markat skond ir-Regolamenti.

Xemxija/Għajn Tuffieħa — Manutenzjoni ta' Triq

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex ma tibqax tifforma għadira kbira li tinġabar kull meta tagħmel ix-xita fit-triq ta' bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa, qabel ma wieħed jaqbad it-telgħa tal-Manikata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat lid-Direttorat qed jagħmel ‘Survey’ tal-livelli tat-Triq imsemmija sabiex jipprepara pjanti tal-proposti ħalli din il-problema tal-magħqad tkun tista tigi solvuta.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Dingli Swallows Football Club

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-artijiet approvax talba ta' Dingli Swallows football club, liema talba hi wkoll approvata mill-kunsill Malti għall-isport, biex biċċa art quddiem il-football ground ta' Ħad-Dingli tingħata b'titolu legali lill-imsemmi club biex tkun tista' tintuża bħala faċilita' sportiva? Jekk iva, x'passi ttieħdu u meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li peress li fil-Pjan Lokali l-art in kwistjoni hija riservata bħala spazju pubbliku, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern talbet lil Dingli Swallows F.C. li sabiex tiġi ikkunsidrata t-talba tal-Club huwa meħtieġ li jinġieb il-permess tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex isir l-iżvilupp meħtieġ. Dan ovvjament mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni aħħarija li tista' tieħu t-Taqsima.

Aquaducts — Proġett

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa u x'hemm ippjanat li jsir din is-sena biex il-gvern jirranġa l-aquaducts li jinsabu fir-Rabat, Ħ'Attard, Ħal Balzan, Birkirkara u r-Rabat? X'tip ta' irranġar sar u se jsir? Kemm se jieħu żmien biex ikun komplut il-proġett? Kemm se jiġi jiswa dan il-proġett? Ma' liema kunsilli saru taħditiet dwar dan il-proġett u x'tip ta' ftehim sar ma' kull kunsill?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f'Ġunju li għadda beda x-xogħol ta' restawr fuq l-akwadott li kellu jieħu madwar sena. Fl-aħħar ta' dan ix-xahar ix-xogħol għandu jkun lest. l-akwadott tnaddaf minn ħafna biċċiet ta' njam u ħadid li matul iż-żmien twaħħlu miegħu kif ukoll minn depożiti bijoloġiċi u atmosferiċi u tkaħħlu l-fili kollha b'materjal li jixbaħ dak li kien intuża qabel. Qed isiru xogħlijiet preparatorji biex jiġu ppavimentati l-bankini fuq kull naħa ta' l-akwadott kif ukoll biex il-monument jinxtegħel kif jixraqlu. L-ispiża ta' dan għadha m'hiex magħrufa minħabba l-fatt li bħalissa hemm xi diskussjonijiet fuq il-materjal li ser jintuża. Saru taħdidiet mal-Kunsilli ta' Birkirkara, Attard, Balzan u Santa Venera fejn il-Gvern Ċentrali ħallas il-labour costs (Lm72,000) u l-Kunsilli ħallsu l-materjal għar-restawr (Lm40,000).

Kabinett

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8665 u cioe' jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8665.

MEPA — Ħajt ma' plot privat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8529, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-MEPA ma' sid privat biex itella' ħajt mal-plot privat tiegħu - dettalji dwaru intbagħtu separatament - minħabba li dan qed ikun użat bħala miżbla b'inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.

MEPA — Applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tlett audits li kellhom isiru dwar l-applikazzjonijiet għal żvilupp li jsiru lill-MEPA ġewx finalizzati? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti relattivi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.

Kabinett

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdilha, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru f’Mistoqsija Parlamentari Numru 8665 issa nġabret u tinstab f’dokument dettaljat li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Onorevoli Membru bla dubju japprezza li d-dewmien sabiex tingħata din it-tweġiba kien dovut għall-fatt li kellha ssir ħafna riċerka sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.

Gżira/Tas-Sliema — Bdil ta' culverts

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' bdil ta' culverts f'The Strand, Gżira u Tas-Sliema? Kemm se jiġi jiswa dan il-proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħol ta' bdil ta' culverts f'The Strand il-Gżira ser jitlesta' f'Marzu. Ix-xogħol li ser iqum Lm3,000 ser jitħallas mill-Kunsill Lokali tal-Gżira. Mhuwiex qed isir xogħol mid-dipartiment fuq il-culverts ta' The Strand, Sliema

Ħ'Attard — Wied Irmiedi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa f'Wied Irmiedi, f'Ħ'Attard?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f'Wied Rmiedi H'Attard sar xogħol ta' tħammil u ġarr ta' materjal sostanzjali minn naħa ta' Wied Ċampra fin-naħa tar-Rabat, u n-naħa t'isfel ta' Wied Rmiedi fil-bidu ta' Ħ'Attard. Fil-programm ta' Widien ta' l-2004/2005 sar survey ta' Wied Rmiedi, inkluż il-fdalijiet ta' ħames lqugħ antiki, passaġġi mal-ġenb u culvert antik, kollha b'ġebel kbir u partijiet tal-qawwi. Dan sar biex dawn jiġu rranġati u msaħħa u l-pajżaġġ jerġa jiġi ripristinat. Sar survey ta' żona fejn sar irdim illegali u qed jittieħdu passi biex dan jitneħħa u jerġa jippermetti l-passaġġ regolari ta' l-ilma. Ix-xogħol jinkludi wkoll tindif fil-medda kollha tal-wied u tneħħija ta' materjal li jista' jimblokka r-rotta ta' l-ilma. Bħalissa qed isir xogħol ta qtugħ ta' blat u twessiegħ ta' mina li tieħu l-ilma minn Wied Rmiedi għal Wied Inċita (taħt il-Main Road tar-Rabat).

Ħaż-Żebbuġ — Asfaltar ta' toroq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4186, fejn il-Ministru wieġeb li hu nformat illi fil-preżent għadu kif sar ftehim bejn l-awtorita' dwar it-trasport u l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ sabiex ikunu jistgħu jsiru Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora, Triq Ġdida fi Triq l-Għasfura, Triq Gulliermu Lorenzi u Triq Luigi Fontana, jista' il-Ministru jikkonferma li fil-fatt it-toroq kollha saru bit-tarmac? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għaliex dan ma sarx u x'se jiġri?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' asfaltar diġa sar fi Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora u fi Triq Ġdida fi Triq l-Għasfura. Triq Gulliermu u Triq Luigi Fontana għad iridu jiġu asfaltati.

Xemxija — Triq Katarina Vitale - servizz ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fi Triq Katarina Vitale, fix-Xemxija hemmx servizz ta' drenaġġ? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk dan hux fil-pjan li jsir u jekk iva, meta se jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li fit-triq imsemmija għad ma hemmx servizz ta' drenaġġ. Dan huwa ppjanat li jsir u qiegħed fil-programm tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena d-dieħla.

Awtorita' tad-djar — Stallazzjoni ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn wasal il-proċess minn naħa ta' l-awtorita' tad-djar biex jiġi stallat lift bir-riferenza HAV 3/2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bħalissa għaddej il-proċess ta' evalwazzjoni ta' l-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti wara li nħarġet is-sejħa għall-offerti għall-istallar tal-lift li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant.

Fgura — Triq il-Foss - ċint imwaqqa'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċint u ġebel imwaqqa' fi Triq il-Foss, fil-Fgura hux se jitranġa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li dan ix-xogħol jaqa' taħt ir-responsabilta' tal-Kunsill Lokali. Minkejja dan u minħabba raġunijiet ta' safety, il-Works Division ser jara kif ineħħi l-inkonvenjent.

Korp tal-Pulizija — Membru

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - m'għadhiex membru tal-korp tal-pulizija? Jekk fl-affermattiv, minn meta ma baqgħetx membru? Jekk fin-negattiv, x'inhi l-pożizzjoni tagħha preżentament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadu jservi fil-Korp tal-Pulizija.

WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fl-2004: 1) f'xiri ta' għodod; 2) f'xiri ta' karozzi; u 3) f'xiri ta' vetturi oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2004, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nefqet f'xiri: LM Għodod u makkinarju l00,935 Karozzi nil Vetturi Oħra (vannijiet) 24,000 ______ Total l24,935

Ħaż-Żebbuġ — Sqaq il-Qenċ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xi patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ, f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-isqaq imsemmi huwa responsabilta tal-Kunsill Lokali għalhekk l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.