Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti jistgħu jsiru biex min għandu post ta' villeġjatura jkollu l-arloġġ tad-dawl u l-ilma moqri mill-uffiċjal inkarigat mill-qari tal-metres u mhux jibqa' jintbagħat kont "stmat"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull konsumatur li għandu post ta' villeġjatura fil-Lokalitajiet imsemmijien hawn taħt, jirċievi avviż bid-data u l-ħin li jkun sejer il-meter reader biex jaqra l-arloġġi ta' l-ilma u l-elettriku. Barra minn dan, jekk għal xi raġuni l-konsumatur ma jkunx fuq il-post jista iċempel l-qari ta' l-arloġġi fi żmien ħamest ijiem mid-data ta' l-appuntament.
MALTA
San Pawl il-Baħar
Buġibba
Qawra
Għadira
Armier u limiti ta' l-Armier
Xgħajra
Birżebbuġa
Wied il-Għajn
San Pawl tat-Tarġa
Madliena
Baħar iċ-Ċagħaq
Irziezet kollha
GĦAWDEX
Marsalforn
Xlendi
Ta' Ċenċ Villas
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħalissa qed tistudja l-possibilitajiet biex jiġu koperti ukoll postijiet oħra li normalment ma jintużawx, bħall-garages jew djar vojta.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14887 u jgħid kemm sewa flus biex sar il-ġarr mill-Menqa store għal Camilleri store fejn il-Marsa power station, b'mod speċjali fuq l-inġenji bħal fork lifter, u kif ġie kklassifikat il-piż tal-materjal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol biex jiġi trasferit il-materjal kollu minn Menqa Stores għal Camilleri Stores ġie jiswa Lm4479.28 (VAT inkluż).
Il-piż tad-diversi kaxxi u "bundles" tal-pajpijiet ġie stmat sa l-eqreb tunellata.
Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti jistgħu jsiru biex min għandu post ta' villeġjatura jkollu l-arloġġ tad-dawl u l-ilma moqri mill-uffiċjal inkarigat mill-qari tal-metres u mhux jibqa' jintbagħat kont "stmat"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Icilio Calleja - Reserved parking
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk fi Triq Icilio Calleja, Żebbuġ, hemmx permess għal reserved parking u jekk hemm permess, fuq liema bażi ngħata dan il-permess?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma hemm l-ebda permess għal Reserved Parking għal persuni b’diżabilita’ fi Triq Icilio Calleja, Żebbuġ.
L-unika permess li hemm fit-triq imsemmija huwa ta’ 1.5m Keep Clear Bay għal aċċess ta’ persuna b’wheelchair quddiem waħda mir-residenzi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa flus biex sar il-ġarr minn Menqa store għal Camilleri store, fejn il-Marsa power station, b'mod speċjali fuq inġenji bħal fork lifter u kif ġie kklassifikat il-piż tal-materjal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
What was the number of patients operated for cataracts this year? How many patients are still on the waiting list?
Which three localities have the highest incidence of this disease - based on the statistics of these last five yearrs?
How does the frequency of this condition compare in percentage terms with the data issued by the WHO and Eurostat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' operazzjoninijiet tal-kataretti li saru fl-Isptar San Luqa mill-01/01/2005 sa 31/08/2005 kien ta' 749.
Hemm 3,337 fuq il-lista ta' operazzjoni tal-kataretti.
Ma tinżammx statistika li turi f'liema lokalitajiet hemm l-aktar inċidenza.
Il-WHO u EUROSTAT ma joħorġux statistika fuq dan is-suġġett.
On a national basis - were random tests ever carried out to determine the lead blood levels of the population in Malta and Gozo?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ilhom isiru studji rappreżentattivi fuq il-livell ta' ċomb fid-demm sa mill-bidu tas-snin tmenin u għadhom isiru perjodikament mill-Universita' ta' Malta.
L-istudji l-aktar riċenti wrew tnaqqis esponenzjali fil-livell medju ta' ċomb fid-demm li beda numru ta' snin wara l-introduzzjoni ta' miżuri apposta biex jitnaqqas lammont ta' ċomb fl-ambjent.
Were any patients admitted to hospitals in Malta or Gozo during the last five years with acute lead poisoning?
Was their problem related to their occupation or due to environmental factors in their locality (specify area)?
Was dialysis used as part of this treatment?
Were there any fatalities?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2000 sallum ma kien hemm ebda każ ta' avvelenament akut miċ-ċomb li ddaħħal għal kura fl-Isptar San Luqa.
In view of the fact that there is still a large number of wood fired ovens used to bake traditional Maltese bread (there is a high concentration of these type of bakeries in Qormi) - how many inspections were carried out during the last five years by health officers to ensure that fire wood with lead paint is not used to fire the ovens?
Are specimen Maltese type loaves baked in this kind of ovens tested to check if there is any lead content present?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ispezzjoni saru ġo fran f'Malta minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa matul dawn l-aħħar ħames snin. Waqt tali spezzjonijiet jiġi aċċertat li f'dawn l-istabilimenti m'hemmx preżenza ta' injam miżbuħ skond l-Att. Legali 109 ta' 1989.
Dawn l-aħħar tliet snin ġew mħarrka erba' stabilimenti li fihom nstabet il-preżenza ta' njam miżbuħ waqt l-ispezzjonijiet li saru.
L-ebda kampjuni ta' ħobż Malti ma ttieħdu għall-analiżi dwar ċomb. Huwa maħsub li tali testijiet isiru bħala parti minn sampling program fil-futur.
Given that the department of health is constantly testing the water in the reservoirs pumped from the water table for nitrates and salinity, are tests also carried out to check the level of toxic lead mineral deposits?
Are the lead level trace recorded according to WHO and Eurostat standards?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jagħmel testijiet għall-kwalita' ta' l-ilma għax-xorb mill-bniedem, skond il-provedimenti ta' A.L. 23 ta' 2004 kif ammendat bl-A.L. 116 ta' 2004, l-obbligu ta' monitoraġġ għall-kwalita' ta' l-ilma għax-xorb mill-bniedem huwa tal-kumpanija li tipprovdi dan is-servizz, li f'dan il-każ hija l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Id-Dipartiment bħala regolatur jara li l-obbligi kollha skond il-liġi qed jiġu osservati u f'każ li jkun hemm xi parametru li jeċċedi l-livel permissibbli, l-kumpanija għandha l-obbligu li tinforma lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bħala regolatur.
Fir-rigward tal-livel taċ-ċomb fl-ilma, nixtieq ninforma lill-Onorevoli, li ċ-ċomb ma jinstabx fl-ilma jekk dak l-ilma ma jiġiex ikkontaminat biċ-ċomb minn pajpijiet li jintużaw biex iwasslu l-ilma għax-xorb fid-djar jew fir-reservoirs. F'Malta, dan it-tip ta' pajpijiet ma għandniex fis-sistema ta' l-ilma bħalma għandhom pajjiżi oħra u għalhekk il-kampjuni kollha ta' l-ilma li nġabru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul is-sena l-oħra, mill-21 żona f'Malta u Għawdex ġew analiżżati għaċ-ċomb, kienu kollha jikkonformaw ma' livelli rakkomandati skond A.L. 116 ta' 2004.
Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata tal-pure mathematics? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti mill-kulleġġi tas-sixth form privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-policy tal-Bord tal-MATSEC hija li r-riżultati ta' l-iskejjel individwali ma jkunux ippublikati iżda kull skola jintbagħtulha r-riżulatit ta' l-istudenti tagħha. Fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-Bord jippublika r-riżultati ġenerali biss.
Fis-sessjoni ta' Mejju 2005, ir-riżultati tas-suġġett fil-livell avvanzat imsemmi fid-domanda kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri juru n-numru ta' studenti li għaddew bi gradi A sa E, li weħlu (grad F) u li kienu assenti mill-eżami. Dawn il-figuri jinkludu l-istudenti li resqu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u għas-suġġett individwali (single subject).
Pure Maths
Grad A 41
Grad B 80
Grad C 113
Grad D 69
Grad E 84
Grad F 249
Assenti 20
TOTAL 656
Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata ta' l-accounts? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti tas-sixth form mill-kulleġġi privati?

ACCOUNTS
Grad A 23
Grad B 77
Grad C 158
Grad D 83
Grad E 89
Grad F 141
Assenti 26
TOTAL 597
Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata tal-Franċiż? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti tas-sixth form mill-kulleġġi privati?

FRANĊIŻ
Grad A 7
Grad B 21
Grad C 24
Grad D 22
Grad E 16
Grad F 9
Assenti 1
TOTAL 100
Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata ta' l-Ingliż? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti tas-sixth form mill-kulleġġi privati?

INGLIŻ
Grad A 4
Grad B 15
Grad C 99
Grad D 114
Grad E 256
Grad F 268
Assenti 34
TOTAL 790

Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq P.P. Reubens, f'Ħ'Attard hemmx ħsieb li ta' l-inqas tingħata wiċċ asfalt biex jitnaqqsu t-trabijiet kbar li hemm fiha? Jista' jgħid kemm hu ppjanat li tiġi l-ispiża?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Triq P.P.Ruebens hija mniżla fil-lista ta' toroq li jridu jiġu mibnija u asfaltati mid-Direttorat. L-istima preliminari ta' Triq P.P.Ruebens tammonta għal madwar Lm21,800.
Ix-xogħol f'din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżulta mill-programm tad-Direttorat.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12900 u jgħid jekk l-aħħar parti ta' Triq Emvin Cremona li tmiss ma' Triq P. P. Reubens, f'Ħ'Attard hemmx ħsieb li ta' l-inqas tingħata wiċċ asfalt biex jitnaqqsu t-trabijiet kbar li hemm fiha? Jista' jgħid kemm hu ppjanat li tiġi l-ispiża?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-parti ta’ Triq Emvin Cremona li tmiss ma’ Triq P.P.Ruebens, f’Ħ’Attard hija mniżżla fil-lista ta’ toroq li jridu jiġu mibnija u asfaltati mid-Direttorat. L-istima preliminari ta’ din il-parti tat-Triq tammonta għal madwar Lm6,200.
Ix-xogħol f’din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżulta mill-programm tad-Direttorat.