Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa pubblika jafx x'joħroġ minn katusa tal-plastic ta' xi sitt pulzieri dijametru li hemm mirduma friska taħt is-simenta li hemm mal-baħar eżatt taħt il-Qawra Palace Hotel? Jista' jgħid ukoll jekk id-dipartiment jafx minn fejn ġej u x'inhu l-likwidu li joħroġ minn din il-katusa u li qed jispiċċa fil-baħar? Jista' jippubblika r-riżultat ta' l-investigazzjonijiet li saru jew li jistgħu jsiru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment fl-24 ta' Mejju 2006 fil-post indikat, ma rrużultax li kien ħiereġ xi likwidu mill-katusa tal-plastik li għadha kemm ġiet impoġġija ġo kanal fis-simenta taħt il-Qawra Palace Hotel. Minn aktar investigazzjonijiet irriżulta li din il-katusa ser isservi bħala discharge pipe għall-reverse osmosis plant li qiegħda tiġi nstallata fil-lukanda imsemmija. Jirriżulta wkoll li hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar għall-istess żvilupp.
Jista' il-Ministru jgħid jekk katusa tal-plastic ta' xi sitt pulzieri dijametru li hemm mirduma friska taħt is-simenta li hemm mal-baħar eżatt taħt il-Qawra Palace Hotel u li tiżbokka fil-baħar għandhiex il-permessi meħtieġa tal-MEPA? Jekk iva, jista' jgħid x'kien in-numru ta' dan il-permess u meta ġie approvat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mill-informazzjoni li ngħatat f’din il-mistoqsija parlamentari, ma jidhirx li l-uffiċċju tad-Development Notification Order (DNO) ħareg xi permess għax-xogħol imsemmi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il talba/mistoqsija kien hemm matul l-2005 u l-2006 fuq is-servizz elettroniku "servizz.gov"?
Kemm minn dawn ġew imwieġba u kemm fadal pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17019 li l-Viċi Prim Ministru ġentilment irrisponda fis-6 ta' Frar, 2006. Waqt li ngħatat tweġiba għall-ewwel u l-aħħar parti tal-mistoqsija, bi żvista l-parti tan-nofs ma ngħatatx risposta. Għaldaqstant, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-istatistika uffiċjali f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena separatament tal-kawża tal-mewt (method of suicide - e.g. hanging, firearm, fell from height, etc. ) f'kull każ individwali, inkluż is-sess u l-eta' tal-vittmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17020 li l-Viċi Prim Ministru ġentilment irrisponda fit-2 ta' Frar, 2006, jista' jikkjarifika b'mod dettaljat imwiet taħt il-heading "Inċidenti fatali oħra" f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, it-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
Bejn l-1998 u l-2005 kien hemm 157 suwiċidju u 167 attentat ta' suwiċidju (parasuicide), jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif din l-istatistika tipparaguna ma' ċifri ta' suwiċidji u parasuwiċidji f'pajjiżi oħra fl-Ewropa (Eurostat)?
Response (BORG, TONIO)
Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk waqt l-investigazzjoni tal-pulizija u wara l-kumpilazzjoni tal-maġistrat jinżammx record ta' l-istat ċivili u l-impjieg jew ħidma tal-vittmi ta' dawn il-każi traġiċi?
Jista' jagħti l-informazzjoni segwenti dwar dan is-suġġett għall-perijodu 1998-2005 (total biss) taħt dawn il-headings:
Stat ċivili, miżżewweġ, separat, single parent, ġuvni jew xebba?
Occupation, student, professjonist, direttur, maneġerjali/amminstrattivi, gradwat, white collar worker, blue collar worker, korpi dixxiplinati, self-employed, qiegħed, pensjonant, u oħrajn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub ma jinżammx mill-Pulizija taħt forma ta' statistika. Infurmat ukoll li wara 'l-kumpilazzjoni tal-Maġistrat' ma jinżammx record ta' l-istat ċivili u l-impjieg jew ħidma tal-vittmi ta' l-ebda każ, lanqas dawk traġiċi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17018 u jgħid kemm kien hemm każi ta' suwiċidju sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Din l-istatistika kif tipparaguna mad-data ta' numru ta' suwiċidji f'pajjiżi oħra fl-Ewropa (Eurostat)? Kemm minn dawn il-każi kienu taħt kura psikjatra u kemm kienu pazjenti fl-isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra ladarba tkun lesta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14886, jista' il-Ministru jgħid jekk il-permess ta' 1.5m Keep Clear Bay f'din it-triq kienx għal żmien stipulat? Jekk iva, sa meta kien dan il-permess? Jekk għadda ż-żmien stipulat tal-permess, x'passi se jittieħdu biex din il Keep Clear Bay titneħħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta ma rċeviet l-ebda notifikazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ Haż-Żebbuġ li l-Keep Clear Bay msemmi m’hemmx bżonnu aktar u ma kien hemm ebda raġuni biex tali permess jiġi irtirat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17103 u jispjega għaliex grupp ta' sebgħa studenti, li wara li temmew b'suċċess il-kors ta' diploma in Nursing u qed ikomplu l-istudju tagħhom fil-course ta' BSc Nursing, qegħdin ikunu trattati differenti minn sħabhom studenti oħra li qegħdin isegwu wkoll l-istess kors fit-tielet sena, imma b'kondizzjonijiet aħjar?
Jaf il-Ministru li fost id-diskrepanza fil-kondizzjonijiet insibu: a) differenzi fir-remunerazzjoni li jirċievu, b) l-ewwel sebgħa studenti m'għandhomx kuntratt wara li jtemmu l-kors filwaqt li l-oħrajn jibbenefikaw minn kuntratt ta' xogħol awtomatikament mat-tmiem tal-kors tal-BSc Nursing?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-differenza li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru ġejja mill-fatt li filwaqt li l-istudenti li kienu qed jagħmlu B.Sc Nursing u kienu waslu fit-tielet sena tal-kors tagħhom, fl-2004 kienu ffirmaw kuntratt mall-Ministeru tas-Saħħa li jintitolahom li jieħdu l-paga minima nazzjonali, filwaqt li s-seba' studenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Membru jinsabu fi stadju differenti tal-kors u qed jirċievu stipendju regolari bħal studenti universitarji oħra u m'għandhomx kuntratt mad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn skejjel f'Malta u Għawdex, inklużi dawk tal-privat u tal-knisja? Fejn tinsab kull skola u x'inhu l-indirizz uffiċjali u t-telephone number rispettiv ta' fejn jista' isir kuntatt ma' kull skola? Jista' jipprovdi wkoll lista ta' persuni responsabbli f'kull skola li l-pubbliku jkun jista' jikkommunika magħhom f'każ ta' bżonn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' Skejjel huwa hekk :
Kindergarten Primarja Sekondarja Post-Sekondarji
Skejjel ta' l-Istat 62 74 33 2
Skejjel tal-Knisja 42 33 28 2
Skejjel Indipendenti 28 16 9 3
Informazzjoni dwar il-lokalitajiet ta' dawn l-iskejjel ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mhux oppotun li jingħata t-tagħrif l-ieħor mitlub.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament sena b'sena separatament, f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'kienet il-kawża tal-mewt tagħhom? F'dawn il-każi dejjem issir inkjesta tal-maġistrat? Kemm għad hemm inkjesti jew kompilazzjonijiet pendenti mill-1995 sal-lum (sena b'sena separatament)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm mill-Pulizija taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej:
Kawża tal-mewt
1998
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
Overdose
7
3
6
7
6
4
5
6
Omiċidju
7
12
6
8
5
0
7
3
Inċident tat-traffiku
14
14
15
19
17
17
14
18
Suwiċidju
11
23
21
26
16
18
25
17
Inċidenti fatali oħra
17
16
26
16
13
28
22
21
Fil-każijiet ta’ mewt sobtu jew vjolenti jew suspetta, jew ta’ mewt li ma jkunx magħruf il-kaġun tagħha, il-Pulizija Esekuttiva tagħmel rapport lill-Maġistrat tal-Għassa.
Dwar it-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika separata dwar persuni li mietu traġikament.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħlu l-isptar (Malta u Għawdex) kawża ta' overdose sena b'sena, separatament f'dawn l-aħħar għaxar snin? F'kull każ kemm irġiel u kemm nisa? Kemm kien hemm persuni fuq is-60 sena minn dawn il-każi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' suwiċidju sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Din l-istatistika kif tipparaguna mad-data ta' numru ta' suwiċidji f'pajjiżi oħra fl-Ewropa (Eurostat)? Kemm minn dawn il-każi kienu taħt kura psikjatra u kemm kienu pazjenti fl-isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' każi ta' suwiċidju li seħħew f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena separatament u l-istatistika uffiċjali dwar il-kawża tal-mewt (method of suicide), sess u eta'? Minn dawn il-każi traġiċi, dawn il-persuni kemm kienu joqogħdu f'kull distrett elettorali ta' Malta jew kienu minn Għawdex? (in percentage terms)
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar rapporti lill-Pulizija beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998. It-tagħrif disponibbli dwar il-każi ta’ suwiċidju rrapurtati lill-Pulizija minn din id-data sa l-aħħar tas-sena l-oħra kienu kif ġej:
19981999200020012002200320042005
Suwiċidju1123212616182517
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif disponibbli ċioe` lista li turi l-lokalitajiet minn fejn kienu l-vittmi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu persuni f'dawn l-aħħar għaxar snin kawża ta' overdose, omiċidji, inċidenti tat-traffiku, suwiċidju u inċidenti industrijali? (total)
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej:
Kawża tal-mewt19981999200020012002200320042005
Overdose73676456
Omiċidju712685073
Inċident tat-traffiku1414151917171418
Suwiċidju1123212616182517
Inċidenti fatali oħra1716261613282221
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħlu l-isptar San Luqa sena b'sena separatament f'dawn l-aħħar għaxar snin b'każi ta' attempted suicide (parasuicide)? Kemm kienu nisa jew irġiel u x'eta' kellhom?
Kemm minn dawn il-każi kienu taħt kura psikjatra u kemm kienu pazjenti fl-isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta' suwiċidju jew attempted suicide matul l-aħħar għaxar snin (total)?
Minn dawk il-każi ta' attempted suicides, kemm mill-ġdid għamlu attentat ieħor u kemm traġikament irnexxielhom jagħmlu suwiċidju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej:
1998
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
Suwiċidju
11
23
21
26
16
18
25
17
Attentat ta’ suwiċidju
17
12
6
30
16
30
27
29
Mir-records disponibbli, jidher illi kien hemm żewġ persuni illi ppruvaw jerġgħu jagħmlu suwiċidju, filwaqt li erba’ persuni spiċċaw biex wettqu suwiċidju.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli tesegwixxi l-enforcement notice li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu pendenti mill-1999?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mhiex qegħda f'pożizzjoni li tieħu azzjoni diretta mingħajr ma ikun hemm assistenza mill-Awtorità dwar it-Trasport. Intervent immedjat jista’ jirriżulta f’periklu għall-pubbliku in ġenerali. L-Awtorità diġa għamlet laqgħa ma' l-Awtorità dwar it-Trasport biex tipprova issib soluzzjoni u tiġi ffurmata it-triq in kwistjoni.