Legislature:
Category:
Reset
Active:

Separazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu reġistrati każi ta' separazzjonijiet ta' żweġijiet f"Malta u Għawdex, sena b'sena, mis-sena 2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006? Fl-istess snin, kemm kienu deċiżi kawżi ta' separazzjonijiet u fiż-żewġ każi kienux kollha każi ta' separazzjonijiet bejn Maltin u kemm kienu ma' Maltin u barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' każi ta' separazzjonijiet ta' żwiġijiet f'Malta u Għawdex u li kienu reġistrati mis-sena 2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006 kien kif indikat fit-tabelli immarkati Dok A u Dok B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dok A jirreferi għal kawżi reġistrati b'ċitazzjoni filwaqt li Dok B jirreferi għal każijiet quddiem il-medjaturi. Ma tinżammx statistika kemm minn dawn is-separazzjonijiet kemm bejn Maltin u kemm kienu bejn Maltin u barranin.

Reġistru Pubbliku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu reġistrati f'Malta u Għawdex sena b'sena, mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006: a) twelid ta' trabi, b) żweġijiet u c) imwiet?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jirrigwardja r-Reġistru Pubbliku ta' Malta ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher hawn taħt:- Reġistrazzjoni fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta Sena Twelid ta' Trabi Żwiġijiet Mwiet 2001 4,976 2,119 2,746 2002 4,630 2,169 2,843 2003 4,601 2,312 3,009 2004 4,303 2,275 2,753 2005 4,152 2,304 2,968 2006* 1,990 1,028 1,695 *Sat-30 ta' Ġunju 2006. Dawn il-figuri jinkludu reġistrazzjoni ta' twelid, żwieġ u mwiet li saru barra minn Malta minn ċittadini Maltin u li talbu li l-att rispettiv jiġi rreġistrat f'Malta. Dawn il-figuri jinkludu wkoll reġistrazzjonijiet li ma sarux fi żmienhom (late registrations). Infurmat ukoll illi l-informazzjoni dwar ir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex hija s-segwenti:- Reġistrazzjoni fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex Sena Twelid Żwiġijiet Mwiet 2001 306 139 263 2002 284 166 232 2003 323 185 258 2004 278 196 285 2005 293 159 290 2006* 158 68 157 *Sat-30 ta' Ġunju 2006.

Santa Venera — Triq Kardinal Sciberras

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa d-direttorat tat-traffiku fi ħdan l-Awtorita' dwar it-Trasport fil-konfront tas-sindku ta' Santa Venera li mhux jobdi direttivi ta' l-istess direttorat dwar ksur tar-regolamenti tat-traffiku (regolament 77) fil-każ ta' ipparkjar quddiem garage fi Triq Kardinal Sciberras, Santa Venera, u li dwar dan il-każ kien hemm kommunikazzjoni u korrispondenza minn koppja anzjana mad-direttorat tat-traffiku u u l-aġġornament tiegħi fil-Parlament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT kitbet uffiċjalment fit-18 ta’ April, 2006 lill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera biex tinforma li l-ADT ma ħarġet l-ebda permess għaż-żebgħa f’din il-parti tat-triq. Kopja ta’ din l-ittra ntbagħtet ukoll lill-għassa tal-Ħamrun. Sadanitant l-ADT ħasret diversi drabi ż-żebgħa li qed issir mingħajr permess.

Santa Venera — Triq Kardinal Sciberras

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment għall-gvern lokali fil-konfront tas-sindku ta' Santa Venera li mhux jobdi direttivi tad-direttorat tat-traffiku fi ħdan l-Awtorita' dwar it-Trasport għal ksur tar-regolamenti tat-traffiku (regolament 77) fil-każ ta' ipparkjar quddiem garage fi Triq Kardinal Sciberras, Santa Venera, u li dwar dan il-każ kien hemm kommunikazzjoni minn koppja anzjana mal-ministeru tiegħek u ma' l-istess dipartiment għall-gvern lokali u l-aġġornament tiegħi fil-Parlament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien informa lill-Kunsill Santa Venera illi l-Kunsill qiegħed jagħmel funzjoni li ma kienetx fil-kompitenza tiegħu. Biss hija l-Awtorita' dwar it-Trasport li għandha din il-kompetenza. Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #20262 Sitting 422 2006-07-24 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Santa Venera — Triq Kardinal Sciberras

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa d-direttorat tat-traffiku fi ħdan l-Awtorita' dwar it-Trasport fil-konfront tas-sindku ta' Santa Venera li mhux jobdi direttivi ta' l-istess direttorat dwar ksur tar-regolamenti tat-traffiku (regolament 77) fil-każ ta' ipparkjar quddiem garage fi Triq Kardinal Sciberras, Santa Venera, u li dwar dan il-każ kien hemm kommunikazzjoni u korrispondenza minn koppja anzjana mad-direttorat tat-traffiku u u l-aġġornament tiegħi fil-Parlament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra

Bord Mediku

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-ispeċjalisti ta' l-ortopedija qed jirrifjutaw milli jagħtu s-sehem tagħhom fuq medical boards għall-impjegati pubbliċi? Jista' jgħid x'passi hu mistenni li jittieħdu biex l-impjegati pubbliċi ma jibqgħux jistennew biex jitilgħu medical board? Kemm hemm nies jistennew biex jitilgħu board? Jista' jindika jekk dan jistax ifisser li hemm applikanti li m'għandhomx dħul minħabba li l-bord ilu żmien ma jiltaqa'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tikkonferma li l-ispeċjalisti ta' l-ortopedija qed jirrifjutaw milli jagħtu sehemhom f'bordijiet mediċi għal impjegati pubbliċi għaliex qed jallegaw li dan ma jagħmilx parti minn xogħolhom. Hemm 13-il persuna jistennew għall-bordijiet mediċi ta' l-ortopedija u ma neskludix li hemm min qed ibati minħabba din is-sitwazzjoni.

Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19498 u jgħid liema huma t-toroq f'diversi lokalitajiet li ġew approvati u li se jingħataw t-tarmac fil-ġranet li ġejjien permezz ta' tender li se joħroġ fil-ġranet li ġejjien? Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża għal kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Siġġiewi — Sqaq quddiem iċ-ċimiterju ta' San Teodoro

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-isqaq wara l-istatwa li hemm quddiem iċ-ċimiterju ta' San Teodoro fl-area "tal-becciun" l/o Siġġiewi fuq survey sheet numru 115 datat 1902 li jinsab fid-dipartiment tal-bini u inġinerija fit-taqsima tax-xogħlijiet huwiex sqaq privat? Jista' jikkonferma li fi pjanti aktar antiki dawk ta' l-1867 ta' descriptive plans of the crown property in Malta, l-istess proprjeta' hija proprjeta' privata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Siġġiewi — Sqaq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19494, jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dokument li juri li l-isqaq huwa tal-gvern u mhux tal-privat?

Response (BORG, TONIO)

Kif għidt fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19494, l-isqaq in kwistjoni huwa rreġistrat f'isem il-Gvern ta' Malta fir-Reġistru tal-Artijiet. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tar-Reġistru tal-Artijiet hija waħda pubblika.

Ħ'Attard — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19497 u jgħid liema huma t-toroq f'Ħ'Attard li ġew approvati u li ser jingħataw it-tarmac fil-ġranet li ġejjien permezz ta' tender li se joħroġ fil-ġranet li ġejjien? Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża għal kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ADT ser toħroġ tender għall-bini mill-ġdid ta’ ħames toroq fil-lokalita’ ta’ Ħ’Attard. Dawn it-toroq huma:- Triq il-Larinġ Triq iz-Zahar Triq it-Taħħan, parti minn Triq E Cremona u parti minn Triq P P Rubens.

Ħ'Attard — Wied

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fil-wied ta' Ħ'Attard? Jista' jgħid fiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħol f'Wied Irmiedi, Ħ'Attard hu maħsub li jitkompla matul dan is-sajf. Dan ix-xgħol ser jikkonsisti f'manutenzjoni ta' reċenzjonijiet u taħmil ta' materjal li kien depożitat fix-xhur tax-xitwa.

Servizz.gov

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il talba/mistoqsija kien hemm matul l-2005 u l-2006 fuq is-servizz elettroniku "servizz.gov"? Kemm minn dawn ġew imwieġba u kemm fadal pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2005 kien hemm 32,388 talbiet li minnhom 20,190 ġew imwieġba w implimentati, 9,118 ġew imwieġba w qegħdin f’fazi ta’ mplimentazzjoni waqt li 3,080 huma pendenti. Matul l-2006 sal-5 ta’ Ġunju saru 14,505 talbiet li minnhom 7,400 ġew imwieġba w implimentati, 3,882 ġew imwieġba w qegħdin f’fażi ta’ mplimentazzjoni waqt li 3,223 huma pendenti.

Siġġiewi — Sqaq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-isqaq li hemm wara l-istatwa tal-Madonna, u li jmiss ma' Smina Poultry Products 'San Dawdar" Fawwara Road, Siġġiewi huwiex sqaq privat jew pubbliku? Jekk jirriżulta li hu sqaq pubbliku, jista' il-Viċi Prim Ministru jipproduċi dokumenti li juru dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-isqaq li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa tal-Gvern. Dan l-isqaq jagħti għal proprjeta' oħra tal-Gvern li tinsab iktar 'l ġewwa u fil-fatt huwa rreġistrat f'isem il-Gvern ta' Malta fir-Reġistru tal-Artijiet.

Ħ'Attard — Reserved Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u fejn jinsabu r-reserved parking li huma approvati f'Ħ'Attard? X'kienet ir-raġuni għal kull każ u meta nħareġ kull permess u meta jiskadi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irri¿ulta li hemm total ta' sitt (6) reserved parking bays għal persuni b'disabilita' ġo Ħ'Attard (lista ta' toroq u d-data ta' meta nħareġ kull permess hija annessa). Il-permessi kollha jkunu mġeddin kull sena i¿da f'ka¿ijiet fejn l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tkun infurmata li l-persuni b'disabilita' taqleb għall-aħjar, tali permess jiġi rivedut. Il-kriterji ta' eliġibilita' għal reserved parking huma:- · Li l-persuna għandha problemi severi ta' mobilita' u li ssuq il-karozza tagħha · Li l-familjari tagħha (missier/omm/mart/¿ewġ/iben/bint/ħu/oħt) ikunu joqogħodu fl-istess indirizz u li jkollhom karozza · Il-persuna b'disabilita' jkollha l-Blue Sticker maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita' Lista ta' Toroq ta' Reserved Parking Bays għal Persuni b'Disabilita' :- Triq Data ta' meta nħareġ il-permess :- Triq l-Imdina 05/09/1999 Triq l-Imdina 16/07/1999 Triq l-Imdina 28/06/2000 Triq ic-Ċitru 28/06/2000 Triq il-Ponsjetta 20/02/2003 Triq il-Palma 21/05/2004

Ħaż-Żebbuġ — Reserved Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u fejn jinsabu r-reserved parking li huma approvati f'Ħaż-Żebbuġ? X'kienet ir-raġuni għal kull każ u meta nħareġ kull permess u meta jiskadi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li hemm total ta' wieħed u għoxrin (21) reserved parking bays għal persuni b'disabilita' ġo Ħaż-Żebbuġ (lista ta' toroq u d-data ta' meta nħareġ kull permess hija annessa). Il-permessi kollha jkunu mġeddin kull sena iżda f'każijiet fejn l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tkun infurmata li l-persuni b'disabilita' taqleb għall-aħjar, tali permess jiġi rivedut. Il-kriterji ta' eliġibilita' għal reserved parking huma:- Li l-persuna għandha problemi severi ta' mobilita' u li ssuq il-karozza tagħha Li l-familjari tagħha (missier/omm/mart/żewġ/iben/bint/ħu/oħt) ikunu joqogħodu fl-istess indirizz u li jkollhom karozza Il-persuna b'disabilita' jkollha l- Blue Sticker maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita' Lista ta' Toroq ta' Reserved Parking Bays għal Persuni b'Disabilita' :- Triq Data ta' meta nħareġ il-permess Triq il-Mitħna 03/04/1996 Triq it-Taqtugħa 18/11/1996 Triq il-Mitħna 23/04/1997 Triq Luigi Fontana 26/06/1997 Triq Santa Marija 05/04/1999 Triq Santa Marija 02/03/2001 Triq il-Madonna 02/05/2001 Pjazza Muxi 28/05/2001 Triq Sidtna ta' l-Anġli 05/03/2002 Vjal il-Ħelsien 30/10/2003 Triq Sidtna ta' l-Anġli 20/02/2003 Triq Sciortino 27/03/2003 Triq is-Sindku P. Vella 24/04/2003 Triq l-Imdina 29/04/2003 Vjal il-Ħelsien 14/04/2004 Triq Paris 14/04/2004 Triq Żebbuġ 24/04/2004 Triq il-Ħelsien 20/05/2004 Triq il-Kbira 17/05/2005 Triq is-Siġġiewi 17/01/2006 Triq il-Grazzja 28/03/2006

Ħ'Attard — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ħ'Attard li ġew approvati u li ser jingħataw it-tarmac fil-ġranet li ġejjien permezz ta' tender li se joħroġ fil-ġranet li ġejjien? Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża għal kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Għoti ta' Tarmac

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'diversi lokalitajiet li ġew approvati u li se jingħataw t-tarmac fil-ġranet li ġejjien permezz ta' tender li se joħroġ fil-ġranet li ġejjien? Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża għal kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Paceville — Bridge

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal it-tender għal xogħlijiet fuq il-bridge li jagħti lejn Paceville?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-evalwazzjoni teknika tas-sitt ‘tenders’ sottomessi tlestiet mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni u rapport bir-rakkomandazzjonijiet ġie approvat mill-Kumitat tal-Kuntratti. Wieħed mit-‘tenders’ tefgħa l-oġġezzjoni tiegħu u l-Board ta’ l-Appell beda jisma' din l-oġġezzjoni fit-2 ta’ Gunju 2006. Hekk kif il-board jagħti s-sentenza tiegħu hu mistenni li jinfetaħ it-tielet pakkett bl-offerta finanzjarja ta’ dawk it-‘tenders’ li għaddew mill-evalwazzjoni teknika.

Servizz.gov

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il talba/mistoqsija kien hemm matul l-2005 u l-2006 fuq is-servizz elektroniku "servizz.gov"? Kemm minn dawn ġew imwieġba u kemm fadal pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-informazzjoni dwar is-"servizz.gov", liema servizz jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-OPM, imma mantnut mill-MITTS, għadha qed tinġabar.