Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'Haż-Żebbuġ fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevli Interpellant li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru din is-sena f’Ħaż Żebbuġ huma:-
Triq Għarram
Dawret in-Niżla ta’ San Pawl
Triq Geraldu Farrugia
Triq l-Għeneb
Ix-xogħlijiet fi Triq Għarram, Dawret in-Niżla ta’ San Pawl u Triq Geraldu Farrugia ser isiru minn E & S Mifsud Ltd filwaqt x-xogħlijiet fi Triq l-Għeneb se jsiru minn Bonnici Bros Ltd.
Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fir-Rabat, Malta fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li hemm ippjanat li fir-Rabat ser isiru t-toroq li ġejjin:-
Triq San Martin
Triq il-Mitħna
Triq Doni l-Qadima
p/o Triq Ta’ Namura.
Dawn ix-xogħlijiet se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fl-Imġarr fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Triq Ġorġ Zammit. Dan ix-xogħol qed isir minn Bitmac Ltd.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ta' kull triq li ġew magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu toroq jew proġetti oħra bħal ġonna f'Ħad-Dingli u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa kull xogħol f'kull triq u/jew proġett rispettiv?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT ikkonkludiet u tghat it-tenders għal żewġ toroq residenzjali f'Ħad-Dingli:-
Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Frendo:-
Kuntrattur: V& C Contractors
Ix-xogħol jibda meta jinħarġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA
Daħla tas-Sienja:-
Kuntrattur: Bonnici Bros Ltd.
Ix-xogħol jibda fil-ġimgħat li ġejjin u mistenni jdum 8 ġimgħat.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ta' kull triq li ġew magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu toroq f'Ħaż-Żebbuġ u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa kull xogħol f'kull triq rispettiva?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li s’issa rigward toroq f'Ħaż Żebbuġ kienet ippreparata tender waħda għal Triq l-Għeneb.
Hemm ippjanat li fi żmien qasir jinħarġu
tenders
għall-bini ta’ Dawret in-Niżla ta’ San Pawl u Triq Geraldu Farruġia fi Mdina Road Żebbuġ.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ta' kull triq li ġew magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu toroq fir-Rabat u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa kull xogħol f'kull triq rispettiva?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Awtorita’ dwar it-Trasport bħalissa m’għandha ebda tender fi stadji ta’ aġġudikazzjoni jew order to start works għal toroq residenzjali fir-Rabat. Il-programm ta’ xogħlijiet għall-perjodu 2006-2008 jinkludi erba’ toroq fir-Rabat, cioe’ Triq San Martin, Triq il-Mitħna, Triq Doni l-Qadima u Triq Ta’ Namura, liema xogħol isir skond il-programm ta’ l-ADT.
Sadattant, fil-ġimgħat li għaddew għadu kif tlesta x-xogħol tal-bini ta’
culvert
u asfaltar ta’ Triq Bir ir-Riebu. Ix-xogħol sar kollu mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Ix-xogħlijiet tat-tqegħid ta'
storm water culvert
saru mill-kuntrattur tal-General Ltd filwaqt li x-xogħol ta'
resurfacing
sar mill-kuntratturi Bonnici Brothers Ltd.
Jista' il-Ministru jikkonferma li se jibdew xogħlijiet biex titranġa l-klinika ta' Ħ'Attard? Jistal jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jdum? Kemm hi l-ispiża u x'tip ta' xogħlijiet se jsiru? X'servizzi hu mistenni li toffri din il-klinika wara li jitlesta x-xogħol? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta approvata ta' din il-klinika f'Ħ'Attard?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bi pjaċir ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol tal-ippjanar tal-Berġa il-ġdida għar-residenti ta' Ħ'Attard issa tlesta, grazzi wkoll għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard. It-tender għax-xogħolijiet ingħata u wara li saret laqgħa fuq il-post bejn il-kuntrattur, il-Perit inkarigat, u rappreżentant tad-Dipartiment din il-ġimgħa ġie deċiż li dan ix-xogħol mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla. Hu kkalkulat li x-xogħol kollu ser jieħu madwar tmien ġimgħat biex jitlesta sakemm ma jinqalgħux problemi mhux previsti.
L-istima tal-ispiża hija ta' Lm8,755.40 u x-xgħolijiet jikkonsistu f'alterazzjonijiet strutturali u refurbishment komplut. Hu mistenni li wara li jitlesta, din il-Berġa tkompli toffri servizzi ta' tabib u nurse bl-appuntament, tqassim ta' mediċini, etc.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta approvata ta' din il-klinika.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija tistax tordna lill-ADT biex quddiem dar privata tiġi mmarkata reserved parking? Jekk iva, għal liema raġunijiet jista' iseħħ dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bis-saħħa tar-regolament 122 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, il-Kummissarju tal-Pulizija jista', għal okkażjoni jew funzjoni speċjali, jirriżerva postijiet għall-ipparkjar, jew spazju f'postijiet ta' l-ipparkjar, għall-awtoritajiet, persuni jew gruppi partikolari; iżda hija l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta li tipprovdi għal postijiet ta' parkeġġ kontinwu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk l-organizzazzjonijiet li llum qed jappoġġjaw lill-gvern fil-ħsieb tiegħu li jdaħħal fil-Kostituzzjoni l-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf? Meta beħsiebu l-gvern iressaq għad-diskussjoni f'dan il-Parlament l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Kostituzzjoni f'dan ir-rigward?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13667.
Għad trid tittieħed deċiżjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk minn meta kienu ppubblikati l-aħħar ċifri ta' l-imsieħba f'kull trade union 'il hawn kenux reġistrati unions oħra ġodda? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-unions ġodda u kemm iddikjaraw li għandhom membri kull waħda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-aħħar rapport tar-Reġistratur tat-Trade Unions ġie ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l -20 ta’ Jannar 2006 u jagħti dettalji ta' Trade Unions u Assoċjazzjonijiet ta’ Prinċipali, flimkien ma kemm iddikjaraw membri sat -30 ta’ Gunju 2005. Minn din id-data sal-lum ġew reġistrati żewg Trade Unions u żewg Assocjazzjonijiet ta’ Prinċipali li huma:
Trade Unions :
1-
Malta Dockers Union li ġiet irreġistrata fil-5 ta Settembru 2006 bi 312 membru.
2-
Professionals and Services Employees Union (PSEU) li ġiet irreġistrata fid-29 ta’ Settembru 2006 bi 32 membru.
Assoċjazzjonijiet ta’ Prinċipali :
1
-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa li ġiet irreġistrata fis-6 ta’ Settembru 2006 bi 7 membri.
2
-Federated Association of Travel and Tourism Agents li ġiet irreġistrata fil-11 ta’ Settembru 2006 b’ 90 membru.
Jista' il-Ministru jgħid jekk minn meta kienu ppubblikati l-aħħar ċifri ta' l-imsieħba f'kull trade union 'il hawn, kienx hemm riżenji mit-trade unions reġistrati? Minn liema trade unions saru dawn ir-riżenji u kemm kienu r-riżenji f'kull trade union?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa ma hemm l-ebda obbligu skond il-liġi biex organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema jew ta’ prinċipali jinformaw lil xi awtorita' meta ikun hemm xi membru tagħhom li jagħti r-riżenja
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ta' kull triq li ġew magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu toroq f'Ħ'Attard u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa kull xogħol f'kull triq rispettiva?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ħarġet it-tender mid-Dipartiment tal-Kuntratti għax-xogħlijiet fi Triq iż-Żahar, Triq il-Larinġ, Triq it-Taħħan, parti minn Triq E Cremona u parti minn Triq P P Rubens. Dan it-tender għadu fil-proċess ta’ aġġudikazzjoni u d-dettalji fuq dawn ix-xogħlijiet jingħataw wara li jkun konkluż dan l-proċess.
Ninsab infurmat ukoll, li l-ADT ħarġet it-
tenders
għal bini ta’ p/o Triq iż-Żraġen u Triq Bettija, ukoll. Dawn it-
tenders
ġew ippublikati l-ġimgħa l-oħra.
Rigward ix-xogħol ta’ fuq Triq l-Istrinġitur it-
tender
ingħata lil Tal-General Co. Ltd.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ta' kull triq li ġew magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu toroq fil-Mosta u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa kull xogħol f'kull triq rispettiva?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tenders ta’ bini ta’ diversi toroq ġewwa l-Mosta ngħataw kif indikat f’din il-lista:-
Triq Rużar Briffa - Philip Agius & Sons Ltd
Triq Ruzar Mizzi - Philip Agius & Sons Ltd
Triq Katakombi ta’ Bistra - Road Servicing Ltd
Triq Gorg Mitrovich - Road Servicing Ltd
Triq Mons A Fenech - Bonnici Bros Ltd
Ninsab infurmat ukoll li t-
tender
għal bini ta’ Triq San Ġuzepp, Triq Salvu Gatt u Triq San Paċifiku għadu qed jiġi aġġudikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Il-ġimgħa l-oħra ġew pubblikati t-
tenders
għal bini ta’ p/o Triq il-Ħuttaf u Triq il-Gardell.
Jista' il-Prim Ministru jagħti, sena b'sena mill-1976 sal-lum, in-nefqa kapitali taħt l-oqsma kollha ta' spiża differenti bħal ilma, biedja, edukazzjoni, ambjent eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Prim Ministru jagħti, sena b'sena mill-1976 sal-lum, in-nefqa kapitali taħt l-oqsma kollha ta' spiża differenti bħal ilma, biedja, edukazzjoni, ambjent eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija lili għall-mistoqsija parlamentari 20731, seduta nru. 430, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tibda tinżamm din l-istatistika peress li hi ta' interess pubbliku?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċedura tal-medjazzjoni ma tippermettix li tinżamm statistika simili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown tar-raġunijiet l-aktar popolari (eż. infedelita', nuqqas ta' komunikazzjoni) li wasslu biex saru talbiet għal separazzzjonijiet ta' żweġijiet f'Malta u Għawdex, sena b'sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju li għadda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika dwar ir-raġunijiet li jwasslu għal talba għas-separazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu reġistrati żweġijiet ċivili f'Malta u Għawdex sena b'sena, mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006? Kemm minn dawn iż-żweġijiet kienu bejn Maltin u bejn Maltin u barranin? Fil-każ tal-barranin, jista' jgħid in-nazzjonalita' tal-barranin u kemm kienu minn kull pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi li juru t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.