Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — Triq in-Naħal

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq in-Naħal, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' din il-Ġimgħa din it-triq għandha tkun lesta bit-tarmak.

Mosta — Triq l-Għaddajjar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq l-Għaddajjar, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' din il-Ġimgħa din it-triq għandha tkun lesta bit-tarmac.

Mosta — Triq iċ-Ċinju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq iċ-Ċinju, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li qegħdin isiru l-aħħar preparamenti biex ikun jista' jibda x-xogħol tat-tarmak fi Triq iċ-Ċinju, Mosta. Hu maħsub li x-xogħol kollu jitlesta sa nofs dan ix-xahar.

Mosta — Triq San Ġuzepp

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq San Ġuzepp, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li f'dawn il-ġranet qiegħed jingħata t-tarmak f'parti mit-triq imsemmija. Ix-xogħol fil-parti l-oħra tat-triq jista' jsir wara li l-MEPA tagħti interpretazzjoni dwar il-linja tal-bini.

Mosta — Triq Salvu Gatt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq Salvu Gatt, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li f'dawn il-ġranet qiegħed jingħata t-tarmak fit-triq imsemmija.

Mosta — Triq il-Mitħna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq il-Mitħna, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minħabba li Triq il-Mitħna, Mosta ġiet imwessgħa kien meħtieġ jinbena boundary wall, xogħol li qiegħed isir bħalissa. Sadanittant ittieħdet deċizjoni biex l-arbli li hemm fl-istess triq jitressqu a spejjeż ta' l-ADT. Il-fondi biex isir dan ix-xogħol diġa' għaddew lill-entitajiet rispettivi. L-ADT se tkompli tikkordina mal-kuntrattur biex ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr.

Ħad-Dingli — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru f'Ħad-Dingli? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Ħad Dingli saru xogħlijiet u tlestew fi Triq Daħlet is-Sienja. Ninsab infurmat ukoll li dalwaqt jibdew xogħlijiet fi Triq Dun Karm Azzopardi u parti minn Triq l-Irdum.

Każi ta' suwiċidji

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 18677 jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti t-tweġiba fl-istess format li kien ta bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37089 tad-19 ta' Novembru 2002, u ċioe' l-istatistika uffiċjali f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena separatament tal-kawża tal-mewt (method of suicide) f'kull każ individwali, inkluż is-sess u l-eta' tal-vittmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħ'Attard — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru f'Ħ'Attard? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-toroq li saru f’Attard huma :- Triq iż-Żraġen Triq il-Bettija Triq Daħlet l-Istrinġitur p/o Triq Lorenzo Manche Triq Żbiba Triq Fikus Triq Sardinella Triq il-Larinġ It-toroq li qed isir ix-xogħol fuqhom huma Triq P P Rubens u Triq E Cremona u dawk li fadal isir ix-xogħol fuqhom huma Triq it-Taħħan u Triq iż-Żahar.

Mosta — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fil-Mosta? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dawn it-toroq saru ġewwa il-Mosta: Triq il-Kultellazz Triq it-Torri Triq il-Ħuttaf Triq Rużar Briffa Triq Rużar Mizzi Triq Katakombi ta' Bistra' Triq Mons. Alan Fenech Triq G. Mitrovich Triq San Paċifiku Triq Rużinjol Bħalissa qiegħed isir xogħol f'dawn it-toroq li ġejjin: Triq in-Naħal Triq l-Għaddajjar Triq iċ-Ċinju Triq San Ġużepp Triq Salvu Gatt Triq il-Mitħna

Rabat — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fir-Rabat? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saret u tlestiet Triq Bir Riebu fir-Rabat, kif ukoll diversi xogħlijiet ta' major patching works fit-toroq li ġejjin: Valletta Road p/o Triq Borg Olivier Triq il-Baħrija Triq ta' L-Imtaħleb Triq ta' Landrijiet Triq Mużew Wesgha tal-Mużew

Ħaż-Żebbuġ — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru f'Ħaż-Żebbuġ? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru xogħlijiet f'dawn it-toroq :- - Triq Ġeraldu Farrugia - Dawret in-Niżla ta' San Pawl - Triq Għarram Dalwaqt jibdew xogħlijiet fi Triq l-Għeneb.

Imġarr — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fl-Imġarr? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport din is-sena lestiet Triq George Zammit fl-Imġarr. Il-kumplamnet tat-toroq inklużi fil-lista ta' toroq isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Imtarfa — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fl-Imtarfa? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena tlesta x-xogħol tal-bini mill-ġdid tal-by pass tal-Imtarfa. Minbarra l-bini tat-triq ix-xogħol kien jinkludi l-bini ta' retaining wall fuq il-wied, main ġdid tad-drenaġġ, main ġdid tal-ilma u water culverts għall-ilqugħ ta' l-ilma tax-xita. Fil-ġimgħat li ġejjin l-ADT sejra tistalla sinjali u r-road markings sabiex dan il-proġett jingħalaq. Bħalissa għaddejja wkoll il-bini mill-ġdid ta' Triq l-Imtarfa. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll it-tbaxxija ta' diversi servizz li kienu fil-wiċċ tat-triq, bini ta' bankini kif ukoll ħajt ġdid fejn din it-triq tmiss ma' playing field. Ix-xogħol fuq din it-Triq residenzjali ser jiġi jiswa' ftit aktar minn Lm60,000. L-ADT ħarġet ukoll żewġ tenders għal xogħlijiet f'toroq madwar Chadwick Lakes. Dawn ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx minħabba li għad irid isir xi tindif minn xi entita' oħra.

Floriana — Kiosk

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax titneħħa kiosk ħadra li ilha fi Triq San Publiju, Floriana tokkupa post ta' parkeġġ għal vetturi għal żmien twil ħafna, preċiżament quddiem il-kunsill lokali tal-Floriana?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet ser jieħu l-passi li hemm bżonn sabiex din il-kiosk titneħħa.

Imtarfa — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fl-Imtarfa fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru din is-sena fl-Imtarfa jinkludi Triq l-Imtarfa. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq se jsir minn Hydrocks Co Ltd u huwa mistenni li dan ix-xogħol jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħad-Dingli — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'Had-Dingli fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Triq Daħlet is-Sienja f’Ħad Dingli. Ix-xogħlijiet fi Triq Dun Karm Azzopardi, p/o Triq il-Ġnien, Triq Dun Karm Frendo u p/o Triq l-Irdum huwa mistenni li jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħaż-Żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx talba biex Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ issir one way 'l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli? Jista' jgħid jekk it-talba hux se tintlaqa' u meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li m'hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Żebbuġ sabiex Triq Dun Karm Psaila issir one-way ‘l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli. It-Traffic Management Unit ser jikkuntattja lill-Kunsill rigward din it-talba.

Attard — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'H'Attard fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru f’Ħ'Attard u l-kuntratturi li se jagħmlu dan ix-xogħlijiet huma:- Triq Zragen - Central Asphalt Ltd Triq Bettija Triq il-Mixtla - Road Servicing Ltd Triq is-Sardinella Triq il-Fikus Triq iż-Żbiba p/o Triq L Manche’ Triq il-Larinġ - Alfred Schembri & Sons Ltd Triq iż-Żahar Triq it-Taħħan p/o Triq Emvin Cremona Triq Peter Paul Rubens. Dawn ix-xogħlijiet se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Mosta — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fil-Mosta fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevol Interpellant li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru fil-Mosta u l-kuntratturi li ser jagħmlu dawn ix-xogħlijiet huma:- Triq San Gużepp - Penza Tarmac Ltd Triq San Paċifiku Triq Salvu Gatt Triq il-Kultellazz - Bonnici Bros Triq Runzinjol Triq Ħuttaf - Road Servicing Ltd Triq Gardell Triq iċ-Ċinju - Road Maintenance Services Triq it-Torri Triq Ruzar Mizzi - Philip Agius & Sons Ltd Triq l-Għadajjar - Blockrete Ltd Triq in-Naħal Ix-xogħol fi Triq San Ġużepp, San Paċifiku u Salvu Gatt inbeda filwaqt li x-xogħol l-ieħor mistenni li jibda fil-ġimgħat li ġejjien.