Legislature:
Category:
Reset
Active:

Biċċa art miftuħa — Ħajt

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 25629, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li f'każ ta' artijiet maqbuda għand il-gvern se jkun l-istess gvern li jkun responsabbli biex itella' ħajt mal-periferija ta' l-art kif mitlub mill-Ministeru ta' l-Ambjent?

Response (BORG, TONIO)

Normalment artijiet li jiġu esproprjati jibqgħu jiġu okkupati mis-sidien jew inkwilini li jkunu qegħdin jaħdmuhom sa dik il-ġurnata li l-gvern jiddeċiedi li jidħol fuqhom sabiex iwettaq il-proġett li jkunu ġew esproprjati għalih. Fil-każ li jkun hemm il-bżonn li l-art tingħalaq b'ħajt, dan ix-xogħol huwa ir-responsabbilita' tad-dipartiment jew entita' tal-gvern li tkun talbet l-esproprju tal-art.

Art esproprjata

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi ħsibijiet għandu l-gvern dwar art esproprjata snin ilu u li sal-lum baqgħet ma ntużatx għall-iskop li ġiet esproprjata għalih u li hija proprjeta' tas-sinjuri li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art esproprijata kif indikata mill-Onor. Interpellant, ġiet esproprijata fuq talba tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet. L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Biċċa art miftuħa — Ħajt

Question

Wara li l-Ministeru ta' l-Ambjent ħabbar li kulmin għandu biċċa art miftuħa huwa obbligat jibni ħajt madwarha, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min se jkun responsabbli biex jibni ħitan ma' artijiet li l-gvern esproprija iżda issa ma baqgħalux użu għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Hija l-policy tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern li tirritorna lura lis-sidien, artijiet li l-Gvern ikun esproprija iżda issa ma baqagħlux użu għalihom.

Hal Qormi — Taraġ f'Cannon Road

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 24378 u 24653 dwar talba biex jiġi rranġat it-taraġ li hemm jagħti minn Cannon Road għal St Venera minn fuq il-bypass, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar sal-lum? Jista' jgħid meta se jkun lest ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol se jkun qed isir fi żmien qasir.

Siggiewi — Triq Ġdida fi Triq it-Tank - Culvert

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 19810, 20708, 23713, 23576 u 24654 jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il-bini ta' culvert fi Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi beda u waqaf ħesrem? Jista' jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jitkompla minnufih? Jista' jgħid meta x-xogħol huwa mistenni li jerġa' jibda? Jista' jagħti data ta' meta dan ix-xogħol għandu jkun komplut?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq l-imsemmi culvert filfatt qed jitkompla. Il-kuntrattur kien waqaf minħabba li ma kellux il-pajpijiet li kellu bżonn. Ix-xogħol mistenni li jitlesta fil-ġranet li ġejjin.

Ħal Qormi — Taraġ f'Cannon Road

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24378 li wara li xi residenti lmentaw li hemm ħafna knatan imwaqqgħin u allura huma ta' periklu għall-istess residenti, titlob informazzjoni meta se jiġi rranġat it-taraġ li hemm jagħti minn Cannon Road Qormi għal Sta. Venera minn fuq il-bypass?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni fl-imsemmi taraġ. Id-Dipartiment tat-tindif ġie mqabbad jirranġa l-ħsara li hemm.

Siġġiewi — Triq Ġdida fi Triq it-Tank - Culvert

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 23713, 23576, 19810, 20708 u mistoqsijiet oħra, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il-bini ta' culvertfi Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi beda u waqaf ħesrem? Jista' jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jitkompla minnufih? Jista' jgħid meta x-xogħol huwa mistenni li jibda? Jista' jagħti data ta' meta dan ix-xogħol għandu jkun komplut?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Hal Qormi — Taraġ f'Canon Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat it-taraġ li hemm jagħti minn Canon Road, Hal Qormi għal Sta. Venera minn fuq il-bypass wara li xi residenti ilmentaw li hemm ħafna knatan imwaqqgħin li huma ta' periklu għall-istess residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Siggiewi — Triq ġdida fi Triq it-Tank - Culvert

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23576 u b'riferenza għall-mistoqsijijiet parlamentari 19810, 20708 u mistoqsijet oħra jgħid fiex waslu l-proċeduri biex jinbena culvert fi Triq Gdida fi Triq it-Tank, Siggiewi? Jista' l-Ministru jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jinbeda mill-aktar fis possibbli?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-proċeduri għall- 'easement' ta' art biex tinbena din il-culvert tlestew u b'hekk dan ix-xogħol ikun jista' jinbena fil-ġimgħat li ġejjin.

Siġġiewi — Triq ġdida fi Triq it-Tank - culvert

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 19810, 20708 u mistoqsijiet oħra, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri biex jinbena culvert fi Triq il-Ġdida, fi Triq it-Tank, Siġġiewi? Jista' jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jinbeda mill-aktar fis possibbli?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħal-Luqa — Triq Ġużeppi Ellul

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, f'Ħal-Luqa kienet se ssir mill-Gvern Ċentrali mingħajr ma l-kunsill lokali joħroġ ċenteżmu spejjeż? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa beda x-xogħol fuq l-istess Triq Ġużeppi Ellul wara li din diġa' kienet ikkonfermata li ssir mill-Gvern Ċentrali? Huwa veru li l-kunsill qiegħed iħallas ix-xogħol fuq din it-triq mill-fondi tiegħu? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ngħata mill-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa biex dan qed jonfoq flus allokati lill-kunsill fuq proġett li kien se jħallas il-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23376.

Hal-Luqa — Triq Ġużeppi Ellul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22828 u jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, Hal-Luqa kienet se ssir mill-gvern ċentrali mingħajr mingħajr ma l-kunsill lokali joħroġ ċenteżmu spejjeż? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali Luqa beda x-xogħol fuq l-istess triq wara li din diġa' kienet ikkonfermata li ssir mill-gvern ċentrali? Huwa veru li l-kunsill qiegħed iħallas ix-xogħol fuq din it-triq mill-fondi tiegħu? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ngħatat mill-kunsill lokali Luqa biex dan qed jonfoq flus allokati lill-kunsill fuq proġett li kien se jħallas il-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant sar xogħol ta’ extensive patching. Dan ix-xogħol ma sarx mill-gvern ċentrali. Din it-triq qegħdha nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru mill-gvern bejn 2006-2008.

Hal Qormi — Triq Tal-Armal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22827 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq Tal-Armal, Qormi, li kienet oriġinarjament inkluża fil-pjan ta' 450 triq għall-bini mill-ġdid u resurfacing?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa estensjoni ta' kuntratt li ġa tlesta mill-kuntrattur. Bħalissa qed issir pressjoni min naħa tal-ADT biex din l-estensjoni tinbeda u titlesta kemm jista' jkun malajr.

Hal Qormi — Triq ir-Ragħaj

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq ir-Ragħaj, Qormi għadha ma ngħatatx it-tarmac meta t-tender diġa' ġie mogħti? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa estensjoni ta' kuntratt li ġa tlesta mill-kuntrattur. Bħalissa qed issir pressjoni min naħa tal-ADT biex din l-estensjoni tinbeda u titlesta kemm jista' jkun malajr.

Kunsilli Lokali — Żjara fiċ-Ċina

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li xi rappreżentanti tal-kunsilli lokali żaru ċ-Ċina f'Settembru, 2006? Jista' jgħid liema kienu l-kunsilli lokali? Jista' jgħid x'kien l-iskop taż-żjara? Kemm kienet in-nefqa totali għal din iż-żjara?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni li għandi, il-Kunsilli Lokali li marru fuq żjara fiċ-Ċina f'Settembru 2006, kienu dawn: Il-Kunsilli Lokali ta' Sta Lucia, Paola u Tarxien żaru ċ-Ċina fuq stedina li saritilhom biex jattendu għall-laqgħa tas-Sindki li kellha ssir f'Suzhou. Waqt li kienu hemm, ir-rappreżentanti ta' dawn il-Kunsilli żaru diversi day centres. Dan bi ħsieb li fil-proġett li l-Kunsill Lokali Santa Luċija għandu għal bini ta' Ċentru Ċiviku jinkludi Day Centre li jkun miftuħ għall-anzjani ta' dawn il-lokalitajiet. Il-Kunsill Lokali Marsaskala żar iċ-Ċina bl-iskop li jitlob fondi biex fil-pjazzetta ta' Triq is-Sibbien, Marsaskala jinbena Ġnien Ċiniż, kif ukoll biex jinxtraw fanali dekorattivi għax-xatt ta' Triq is-Salini. L-ammonti li kull Kunsill nefaq kienu hekk: Marsaskala: Lm853.00 Paola: Lm608.19 Tarxien: Lm618.01 Sta Lucia: Lm1,433.41

Ħal Qormi — Triq ta' l-Armal

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq ta' l-Armal f'Ħal Qormi, li kienet oriġinarjament inkluża fil-pjan ta' 450 triq għall-bini mill-ġdid u resurfacing?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #22828 Sitting 479 2007-01-09 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħal-Luqa — Triq Ġużeppi Ellul

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, f'Ħal-Luqa kienet se ssir mill-Gvern Ċentrali mingħajr ma l-kunsill lokali joħroġ ċenteżmu spejjeż? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa beda x-xogħol fuq l-istess Triq Ġużeppi Ellul wara li din diġa' kienet ikkonfermata li ssir mill-Gvern Ċentrali? Huwa veru li l-kunsill qiegħed iħallas ix-xogħol fuq din it-triq mill-fondi tiegħu? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ngħata mill-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa biex dan qed jonfoq flus allokati lill-kunsill fuq proġett li kien se jħallas il-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Qormi — Triq ir-Ragħaj

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq ir-Ragħaj, Qormi għadha ma ngħatatx it-tarmac meta t-tender diġa' ġie mogħti? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Trade Unions — Reġistratur

Question

Jista' il-Ministru jispjega x'tip ta' tibdil huwa neċessarju fil-liġi biex ir-reġistratur tat-trade unions ikollu l-poter jawditja u jivverifika ċ-ċifri ta' sħubija mogħtija lilu mill-istess unions?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-materja in kwestjoni qed tingħata kunsiderazzjoni biex jiġi evalwat x’passi jistgħu jittieħdu jekk dan ikun utili.

Unions — Ħaddiema mis-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-unions li qed jibbenefikaw mill-iskema tal-gvern li jipprovdi ħaddiema mis-servizz pubbliku biex jaħdmu sekondati magħhom? Kull union kemm għandha ħaddiema mis-servizz pubbliku magħha? Kif jiġu sekondati dawn il-ħaddiema? Il-gvern kemm qed joħroġ fondi pubbliċi għal dawn il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hija l-prassi tal-Gvern li jissekonda uffiċjali minn tiegħu biex jaħdmu mal-Unions. Il-Unions li qed jibbenefikaw fil-preżent huma il-GWU, il-UHM, l-MUT, il-MAM u l-MUMN. Fil-preżent hemm total ta’ 15-il uffiċjal tal-Gvern fuq leave speċjali biex jaħdmu ma’ dawn il-Unions fuq bażi ta’ paga sħiħa (special paid leave on grounds of public policy) jew mingħajr ħlas (special unpaid leave on grounds of public policy), kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.