Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Żgħażagħ — programmi ta' edukazzjoni mhux formali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-programmi ta' edukazzjoni mhux formali li saru sal-lum mill-Aġenzija Żgħażagħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-programmi edukattivi mhux formali li saru minn Aġenzija Żgħażagħ huma dawn: - Proġett Kunsill Lokali Żgħażagħ - Empower - Social Theatre Mini Festival - Divergent Thinkers - Vol Tours - Youth Upbeat - Kuntest Letteratura Żgħażagħ - Taħżiż - Upcoming Artist Award

Aġenzija Żgħażagħ — rwol fl-edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi rwol qed jara għall-Aġenzija Żgħażagħ fl-edukazzjoni mhux formali taż-żgħażagħ tagħna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Aġenzija Żgħażagħ ser tkompli ssaħħaħ is-servizzi ta` edukazzjoni mhux formali tagħha u tkompli tespandi dan ir-rwol f`oqsma oħra bħas-saħħa, esperjenzi interkulturali u djalogu soċjali.

Skejjel — użu ta' tablet computers

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 211 u 212, jista' l-Ministru jgħid sa meta huwa maħsub li jkollna l-pjan ta' Gvern Laburista għall-introduzzjoni tat-tablets mill-Year 4?

Response (BARTOLO, EVARIST)

M'għandix xi nżid mat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 211 u 212.

tqassim ta' tablet computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ppjanat li se jdum il-proċess biex kull tifel u tifla u kull edukatur f'Malta jkollhom f 'idejhom tablet computer b'kontenut edukattiv għall-użu edukattiv tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 709.

Skejjel — użu ta' tablet computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sa tmiem il-Leġiżlatura l-istudenti kollha tal-iskejjel primarji jkunux qed jużaw tablet mogħti mill-Gvern bħala għodda edukattiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 709.

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Evalwazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 213, jista' l-Ministru jgħid sa meta huwa mistenni li titlesta l-evalwazzjoni dwar l-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Evalwazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 213, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni invouti fl-evalwazzjoni tal-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #714 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — bini ta' campus ġdid

Question

Jista' l-Ministru jassigura lil din il-Kamra li l-bini tal-campus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) imħabbar minn Gvern Nazzjonalista se jibqa' għaddej kif oriġinarjament ippjanat?

Response (VELLA, KARMENU)

L-Onorevoli Interpellant jifhem li Gvern Nazzjonalista ħabbar il-proġett ta’ bini tal-campus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) mingħajr ma ħejja pjanti, iddeċieda fuq post u wisq anqas alloka flus fil-budget għal dan il-proġett. Gvern ġdid hu kommess li jkompli jinvesti fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) biex nespandu l-operat għal wieħed aktar internazzjonali b'potenzjali li jkun wieħed mill-aqwa fir-reġjun. Gvern ġdid ċertament mhux se jkun qiegħed iwiegħed proġetti bħal dawk tal-White Rocks u l-Kumpless Sportiv tal-Marsa, li dehru sbieħ fuq il-karta, iżda sfortunatament qatt ma saru realtà.

MCAST — Bini tal-Campus

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 206 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk b’konsegwenza tal-evalwazzjoni ta’ Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta’ Gvern preċedenti Nazzjonalista għall-MCAST hux se jieqaf ix-xogħol fuq il-bini ta' campus ġdid? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv kemm hemm ħsieb li jtawwal dan il-waqfien mix-xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Mhux se jieqaf ix-xogħol fuq il-bini ta' campus ġdid għall-MCAST.

MCAST — Bini tal-Campus

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 206 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk b’konsegwenza tal-evalwazzjoni ta’ Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta’ gvern preċedenti Nazzjonalista għall-MCAST, jekk dan id-dewmien jistax jipperikola xi għoti ta' fondi Ewropej?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Mhux se nħalli l-evalwazzjoni tipperikola l-għoti ta' fondi Ewropej.

MCAST — Bini tal-Campus

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 206 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk b’konsegwenza tal-evalwazzjoni ta’ Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta’ gvern preċedenti Nazzjonalista għall-MCAST, jassigura lill-Kamra li l-bini ta' campus ġdid se jitlesta fiż-żmien stipulat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ix-xogħol fuq il-campus tal-MCAST se jitkompla kif kien ippjanat.

Kunsill Malti għall-Kwalifiki — rilokazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 208 u t-tweġiba tiegħu għaliha, jista' l-Ministru jgħid sa meta huwa maħsub li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki se jkollu post xieraq minn fejn jopera wara li tneħħa minn Casa Leoni f'qasir żmien biex jiġi akkomodat Ministeru ieħor?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Għadu kmieni wisq biex nagħti t-tagħrif mitlub.

Skejjel — San Benedittu - pjanijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 209 u t-tweġiba tiegħu għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskola sekondarja ġdida tal-bniet tal-Iskola San Benedittu f’Ħal-Kirkop ippjanata minn Gvern Nazzjonalista hix se titkompla wara li jitlesta b’mod pożittiv il-proċess mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Iva se titkompla.

Skejjel — San Benedettu - Pjanijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 209 u t-tweġiba tiegħu għaliha, jista' l-Ministru jgħid x’inhu ippjanat jekk jitwal il-proċess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jew jekk Gvern Laburista ġdid jibqa' ma jallokax fondi, kif kien se jsir minn Gvern Nazzjonalista, biex tinbena din l-iskola ġdida?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Hu ppjanat li tinbena l-iskola msemmija.

Aġenzija Żgħażagħ — tibdil fil-lokalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Aġenzija Żgħażagħ hux se tiċċaqlaq mill-annex ta’ Casa Leoni minn fejn kienet sa mit-twaqqif tagħha? Jekk dan hu l-każ, għal benefiċċju ta’ min qed isir dan iċ-ċaqliq? Jekk dan hu l-każ fejn se tiġi rilokata l-Aġenzija? L-istandards tal-uffiċini l-ġodda tal-Aġenzija Żgħażagħ se jkunu tal-istess livell ta' dawk preżenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-Aġenzija Żgħażagħ mhix se tiċċaqlaq mill-post fejn qiegħda illum.

Bini ta' skejjel — Pjan tal-Gvern

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 204 u t-tweġiba għaliha u b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija supplimentari li ta l-Prim Ministru lil Kap tal-Oppożizzjoni f'seduta 11, jista' l-Ministru jkun aktar kategoriku u jiċċara ma' din il-Kamra jekk Gvern Laburista hux se jkun qed ikompli miexi fuq il-pjan ta' Gvern Nazzjonalista li jibni skola ġdida kull sena sas-sena 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed issir evalwazzjoni tal-pjan u d-deċiżjonijiet jitħabbru meta jkun il-waqt.

Bini ta' skejjel — Pjan tal-Gvern

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 204 u jista' l-Ministru jgħid kemm qed jistma Gvern Laburista li se jonfoq fuq skejjel ġodda u fil-ħames snin li jmiss?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Tweġiba bid-dettalji mitluba tingħata meta tittieħed id-deċiżjoni liema skejjel ġodda se jinbnew fil-ħames snin li ġejjin.

Skejjel — manutenzjoni

Question

Wara li l-media rrapurtat lill-Ministru jgħid li qed jikkonsidra li jagħti preferenza lil manutenzjoni tal-iskejjel eżistenti fuq il-bini ta’ skejjel ġodda jista' jgħid kemm se jkun qed jonfoq f’manutenzjoni l-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-media rrapurtatni b'mod skorrett. Bħalissa qed tinħadem l-istima ta' kemm tiswa l-manutenzjoni fl-iskejjel.

MCAST — Bini tal-Campus

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 206 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jgħid l-evalwazzjoni ta’ Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta’ Gvern preċedenti Nazzjonalista għall-MCAST x’qed tfittex li tistħarreġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li se nagħti f'Mistoqsija Parlamentari Nru 702.

MCAST — Bini tal-Campus

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 206 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jgħid l-evalwazzjoni ta’ Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta’ gvern preċedenti Nazzjonalista għall-MCAST u min huma l-persuni li qed jevalwaw dan il-proġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-evalwazzjoni qed issir f'diskussjonijiet li qed ikolli ma' persuni differenti fil-qasam edukattiv. Din l-evalwazzjoni għadha fi stadju preliminari ħafna. L-evalwazzjoni formali ssir iżjed 'il quddiem u nkun nista' ninforma lill-Onor. Interpellant b'dan.