Jista’ l-Ministru jgħid jekk kif il-fatt li se jibni skejjel iżgħar se jaffetwa n-numru ta’ skejjel fil-pajjiż? Kemm hawn skejjel tal-istat bħalissa u kemm se jiżdiedu dawn b’effett tad-deċiżjoni ta’ introduzzjoni ta’ skejjel iżgħar u ta’ middle schools?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li hawn 107 skola tal-istat. Il-pjan ta' bini u tqassim ta' skejjel għadu qed jiġi studjat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħjiel ta’ kemm se tiswa f’dik li hija spiża kapitali u rikorrenti fis-sena l-introduzzjoni tal-middle schools?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li skola ġdida biex tinbena tiswa madwar €8 miljuni. Il-middle schools se jkollhom popolazzjoni ta' madwar 500 student. B'hekk wieħed irid jipprovdi r-riżorsi umani u dawk materjali għal dan in-numru ta' studenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħjiel ta’ kemm se tiswa f’dik li hija spiża kapitali u rikorrenti fis-sena l-introduzzjoni ta’ skejjel iżgħar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-ispiża kapitali u rikorrenti tkun skont id-daqs tal-iskola. Binja ġdida s'issa kienet tiswa madwar €8 miljun. Ir-rikorrenti ta' skola prinċipalment jaqgħu taħt pagi ta' ħaddiema, utilitajiet, materjal u proviżjonijiet, trasport, taħriġ, eċċ... L-ammont ta' spiża rikorrenti ta' kull skola jinħadem skont il-popolazzjoni tal-iskola. Kull skola għandha popolazzjoni differenti.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta hu fil-ħsieb li jidħol l-kuncett ta’ middle school?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-ewwel proġett pilota ta' middle school fil-qasam statali se jiġi fis-seħħ f'Settembru 2013. Il-middle schools fil-qasam indipendenti ilhom jeżistu mill-inqas 25 sena.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – job vacancies
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’job vacancies hemm bħalissa fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Dok. 'A' - Direttorat għal Servizzi Edukattivi
Dok. 'B' - Universita` ta' Malta
Dok. 'Ċ' - MCAST
Dok. 'D' - jinkludi id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, id-Dipartiment tal-Eżamijiet, l-European Union Programmes Agency (EUPA), il- Malta Council for Science and Technology (MCST), in-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE), l-Employment and Training Corporation (ETC), il-Foundation for Educational Services (FES), u l-Kunsill Malti għall-iSport (KMS).
Jista’ l-Ministru jgħid liema bordijiet ta’ għażla għal job vacancies li hemm bħalissa fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, huma diġà kostitwiti? Jista’ jgħid minn min huma kostitwiti dawn il-bordijiet u f’liema kapaċita qegħdin hemm il-membri ta-bordijiet? Sar xi tibdil fil-kostituzzjoni ta’ dawn il-bordijiet? Kien hemm xi entitajiet li qabel ma kenux irrapreżentati, u issa qed jiġu rrapreżentati u viċi versa?
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-istudji internazzjonali relatati mal-edukazzjoni li l-Gvern bi ħsiebu jipparteċipa fihom? Jista’ jgħid f’liema snin skolastiċi se jsiru dawn l-istudji u ma’ liema etajiet ta’ studenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-istudji edukattivi internazzjonali li Malta ser tieħu sehem fihom huma Programme for International Student Assessment (PISA) organizzat mill-OECD, Trends in International Mathematics and Science Study (TIMSS), International Civic and Citizenship Education Study (ICCS), u Progress in International Reading Literacy Study (PIRLS) organizzati mill-IEA.
Il-Field Test ta' PISA, TIMSS u ICCS ser isir fl-2014, u dak tal-PIRLS fl-2015. Il-Main Study ta' PISA u TIMSS ser isir fl-2015, u dak tal-ICCS u tal-PIRLS fl-2016.
L-etajiet tal-istudenti li ser jagħmlu dan l-assessjar ivarja minn madwar 9 snin u nofs fil-PIRLS, 13-il sena u nofs fit-TIMSS u fl-ICCS, u 15-il sena u nofs fil-PISA.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-ħames skejjel ġodda li se jinbnew fil-ħames snin li jmiss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li s'issa jidher l-iskejjel ġodda li hemm bżonn jinbnew huma f'Ħal Kirkop, f'San Pawl il-Baħar u l-Mosta. Hemm diskussjoni interna għaddejja mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi dwar il-kompożizzjoni tal-Kulleġġi. Ladarba din tkun definita, wieħed jista' jippjana aktar bini ta' skejjel ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja ta’ tfal li l-Ministru jaħseb li għandhom jieħdu l-iskejjel primarji u sekondarji b’mod separat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-popolazzjoni ta' studenti ġo skola jiddependi mid-daqs tal-lokalità. Skejjel kbar iż-żejjed jew żgħar iż-żejjed mhumiex ideali għat-tip ta' edukazzjoni li nixtiequ noffru. Riċerka internazzjonali turi li d-daqs ideali tal-iskejjel ikun ivarja bejn 400 u 500.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li kellhom jagħmlu l-periti li ġew imqabbda mill-Ministru u kellu jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju dwar ix-xogħlijiet u l-manutenzjoni tal-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot se jitħallsu l-ħaddiema fil-kulleġġi u fid-direttorati li ġew imwiegħda li se jaħdmu overtime biex isir ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema fil-Kulleġġi u fid-direttorati li se jaħdmu overtime biex isir ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel se jitħallsu mill-fondi tal-bank loan tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar min se tkun il-persuna li se tikkoordina x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li se jsiru fl-iskejjel dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' tisbiħ u manutenzjoni li ser isiru fl-iskejjel dan is-sajf ser jiġu kkordinati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Il-Fondazzjoni għandha l-periti tagħha filwaqt li kull Kulleġġ għandu wkoll College Precincts Officer li x-xogħol primarju tiegħu huwa li jikkordina x-xogħlijiet li jsiru fl-iskejjel.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet li se jsiru fl-iskejjel dan is-sajf? Liema huma l-iskejjel u x'inhuma x-xogħlijiet kollha li se jsiru f'kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji tax-xogħlijiet li se jsiru fl-iskejjel dan is-sajf mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Xogħlijiet fuq rilokazzjoni tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar ix-xogħlijiet kollha li saru sabiex saret ir-rilokazzjoni tas-Segretarjat tal-Ministru, Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari, u tal-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari mill-Belt għal Furjana? Jista' jgħid kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Min għamel dan ix-xogħol? Minn liema voti tħallsu dawn l-ispejjeż li saru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Spejjeż ta’ ġarr
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ispejjeż kollha tal-ġarr mill-Belt għall-Furjana meta saret ir-rilokazzjoni tal-Ministeru? Minn liema vot tħallsu dawn l-ispejjeż?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti spjega qasira tal-Programm tal-Unjoni Ewropea Erasmus? Jista’ jgħid kemm ilha Malta intitolata għal fondi minn dan il-programm? Jista’ jgħid Malta kemm gawdiet fondi sal-lum minn dan il-programm? Kemm gawdew persuni Maltin permezz ta’ dan il-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Intepellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammont ta' fondi allokati lill-Università ta' Malta sabiex jintuża' għall-Erasmus Mobility Programme għas-sena 2012 u għas-sena 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta' fondi allokati lill-Università ta' Malta għall-Erasmus Mobility Programme fis-sena 2012 u s-sena 2013 kien ta' € 675,370 u € 613,575 rispettivament.
Erasmus Mobility Program – studenti mill-Università ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti mill-Università ta' Malta applikaw għall-Erasmus Mobility Programme fis-sena 2012 u fis-sena 2013? Kemm intgħażlu studenti mill-Università ta' Malta fl-2012 u kemm intgħażlu studenti mis-sejħa li saret fl-2013? Kemm studenti mill-Università ta' Malta tpoġġew fuq ir-reserve list fis-sena 2012 u fis-sena 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fi Frar tal-2012, l-Università ta’ Malta rċeviet 370 applikazzjoni mingħand studenti interessati li jipparteċipaw fil-programm Erasmus matul is-sena akkademika 2012/13 waqt li fi Frar tal-2013, l-Università ta’ Malta rċeviet 408 applikazzjoni mingħand studenti interessati li jipparteċipaw fil-programm Erasmus matul is-sena akkademika 2013/14. Fuq il-bażi ta’ kriterji akkademiċi u ta’ eliġibilità tal-programm, intgħażlu total ta’ 313-il student għas-sena akkademika 2012/2013. Dejjem fuq l-istess kriterji intgħażlu 394 student għas-sena 2013/2014 u li minnhom 190 ġew allokati fond ta’ għajnuna jew grant, waqt li 201 tpoġġew fuq reserve list għal raġuni ta’ nuqqas ta’ fondi u/jew placement barra. Total ta’ 43 student tpoġġew fuq reserve list għas-sena 2012/2013 għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ placements barra, waqt li 14 ma setgħux jiġu kkunsidrati fuq bażi ta’ kriterji akkademiċi jew ta’ eliġibilità. Mit-313-il student magħżula għas-sena akkademika 2012/13, 150 irtiraw il-kandidatura tagħhom waqt li 163 ipparteċipaw fil-programm.
S’issa, mill-istudenti magħzula għal 2013/14, 31 student irtiraw il-kandidatura tagħhom (16 li kienu ġew allokati fond ta’ għajnuna u 15 li kienu fuq reserve list). L-Università għaddejja b’ħidma kontinwa biex tassigura li meta jirtira student, il-placement u il-grant tiegħu jintiret mill-istudent li jmiss fuq ir-reserve list. Bħalissa fadal 175 student fuq ir-reserve list li minnhom 7 ser jipparteċipaw xorta waħda fil-programm imma mingħajr fond ta’ għajnuna.