Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Libraries — promozzjoni tal-litteriżmu

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' proġetti u inizjattivi li qed jiittieħdu mill-Malta Libraries li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tal-litteriżmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Malta Libraries għandha programm ta’ qari għat-tfal fil-livell ta’ primarja li permezz tiegħu t-tfal jiġu esposti għall-ambjent tal-librerija pubblika, u kif tużaha. Minbarra dan, l-għan ewlieni ta’ dan il-programm huwa li tinbet l-imħabba lejn il-qari permezz ta’ diskussjoni mit-tfal fuq l-istejjer li jkunu nqraw. Biex tkopri kemm etajiet oħra kif ukoll lokalitajiet varji madwar Malta, Malta Libraries toffri l-ispazji fil-libreriji tagħha lill-entitajiet u għaqdiet li jkunu jixtiequ jtellgħu programmi ta’ qari. Fost dawn l-għaqdiet insibu l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi li toffri sessjonijiet ta’ qari fl-ibliet u rħula Maltin, kif ukoll Reading ‘n’ Rhymes, li hija inizjattiva privata li tħeġġeġ il-qari minn eta’ bikrija. Malta Libraries tislef materjal għal kull eta’ f’forma ta’ kotba awdjo biex permezz tagħhom tgħin lil min għandu diffikulta’ biex jaqra ktieb tradizzjonali. Madanakollu, Malta Libraries qedgħa tistudja kif tista’ ssaħħah is-servizzi tagħha għal min għandu bżonnijiet speċjali, kemm permezz ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġija li tassisti f’dawn il-bżonnijiet, kif ukoll f’għażla ta’ materjal f’forma diġitali. Din is-sena, Malta Libraries organizzat Open Weekend fil-Librerija Pubblika Ċentrali fejn l-għan prinċipali kien il-promozzjoni tal-qari, workshops fuq il-kitba u t-tiftix ta’ informazzjoni fid-dinja diġitali, f’ambjent informali permezz ta’ attivitajiet rikrejattivi għall-familji Maltin.

MCAST — scholarships

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm scholarships ingħataw mill-MCAST u kemm kien l-ammont totali ta' dawn l-ischolarships mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-MCAST nieda żewġ skemi mill-2008 sal-lum. L-ewwel skema hija l-Financial Support b’konnessjoni mal-Continuous Professional Development tal-istaff tal-Kulleġġ fis-snin akkademiċi 2008/9; 2009/10; 2010/11; 2011/12 u 2012/13. Mill-2008 sal-lum ġew offruti dawn l- ischolarships : 2008/9 22 2009/10 18 2010/11 17 2011/12 26 2012/13 22 applikazzjoni F’uħud minn dawn il-każi (17), l-applikanti ma’ laqgħux l-offerta tal- ischolarship mogħtija lilhom. L-MCAST nieda wkoll skema ta’ scholarships fis-sena 2011 bl-isem ta’ Training Subsidy Scheme MCAST (TSSM) . Din l-iskema kienet ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea u kienet tkopri scholarships fis-setturi tad- Digital Media u l- Financial Services . Permezz ta’ din l-iskema ingħataw disa’ scholarships fis-settur tal- Financial Services u wieħed u ħamsin scholarship fis-settur tad- Digital Media .

ETC — scholarships

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm scholarships ingħataw mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u kemm kien l-ammont totali ta' dawn l-ischolarhips mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta' Malta – proġetti Ewropej — ERDF u ESF

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-proġetti Ewropej taħt l-ERDF u l-ESF li saru mill-Università ta' Malta mill-2004 sal-lum? Liema huma l-proġetti u kemm kien jiswa l-proġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST – proġetti Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-proġetti Ewropej taħt l-ERDF u l-ESF li saru mill-MCAST mill-2004 sal-lum? Liema huma dawn il-proġetti u kemm kien jiswa kull proġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta' Malta – fondi Ewropej għar-Riċerka

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema fondi Ewropej gawdiet l-Università ta' Malta biex issir riċerka? Jista' jingħata dettalji dwar r-riċerka li saret u kemm kien hemm fondi allokati għal kull proġett ta' riċerka?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

early school leavers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu n-numru ta' early school leavers ta' 17-il sena mill-2008 sa 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta' Malta — gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-Università ta' Malta, sena b'sena mill-2008 s'issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Universita' ta' Malta sena b'sena mill-2008 s'issa kien kif ġej:- 2007/2008 - 2684 2008/2009 - 2759 2009/2010 - 2780 2010/2011 - 2893 2011/2012 - 3243

MCAST — gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-MCAST, sena b'sena mill 2008 s'issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-MCAST sena b'sena mill-2008 s'issa huwa kif ġej:- 2008/2009 - 1926 2009/2010 - 2197 2010/2011 - 2486 2011/2012 - 2485

ETC – employment advisors

Question

B’referenza għad-diksors tal-Ministru waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC), jista’ l-Ministru jgħid kemm fi ħsiebu jimpjega employment advisors u f’ kemm snin biex jilħaq ir-rata rakkmandata mill-International Labour Organisation ta’ 1:100 minnflok il-1:325 preżenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' employment advisors għal kull persuna reġistranta diġà huwa aħjar minn dak ta' aġenziji bħall-ETC f'pajjiżi oħra Ewropej. Madankollu, l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qed tippjana li b'kollox ikollha ħamsin employment advisor biex b'hekk in-numru ta' advisors għal kull persuna qiegħda jiżdied u jkun ta' madwar advisor għal kull 170-200 persuna qiegħda. Fil-każ ta' persuni b'diżabilità, il-ħsieb hu li n-numru ta' employment advisors se jkun wieħed għal kull 100 persuna b'diżabilità li qed tirreġistra.

MCAST – ingaġġ ta’ institute support coordinator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess ta’ ingaġġ ta’ institute support coordinator fl-istituti tal-Mcast?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-approvazzjonijiet kollha issa waslu l-MCAST u l-proċess tal-għażla ser jiġi konkluż fi żmien qasir.

Childcare centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu childcare centres li jaqgħu taħt it-tmexxija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni mill-2003? Jista' jgħid il-lokalità fejn qegħdin? Kemm hemm impjegati f'kull ċentru? Kemm hemm tfal li jattendu f'kull ċentru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbnew skejjel ġodda mill-2006? Jista' jagħti n-nefqa kapitali biex inbniet kull skola ġdida?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-iskejjel ġodda li nbnew mis-sena 2006 flimkien man-nefqa kienu dawn:- Sena 2006 - Kulleġġ San Benedittu Skola Sekondarja Subien Ħal Kirkop - €8,293,878.56c Sena 2007 - Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Subien Ħal Qormi - €5,008,438.77c Sena 2008 - Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja Subien Cospicua - €5,807,582.73c Sena 2009 - Kulleġġ Santa Klara Skola Primarja Pembroke - €3,391,050.19c Sena 2010 - Kulleġġ Għawdex Skola Skondarja Subien Rabat - €8,355,088.51c (inkluż il-parkeġġ) Sena 2011 - Kulleġġ Maria Regina Skola Sekondarja Subien Mosta - €10,140,181.74c Sena 2012 - Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Bniet Ħal Qormi - €7,062,393.95c
Leg 12 PQ #3703 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta' Malta – infiq kapitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-infiq kapitali kollu li sar mill-Università ta' Malta mis-sena 2007? Jista' jaghti breakdown ta' din in-nefqa skont il-proġetti kapitali li saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

MCAST – infiq kapitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-infiq kapitali kollu li sar mill-MCAST mill-2003 lil hawn? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa skont il-proġetti li saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

early school leavers — statistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-pjan li jibdel il-mira stabbilita mal-Unjoni Ewropea ta’ 10% ta’ early school leavers, mill-amministrazzjoni preċedenti, ma’ mira anqas jew aktar ambizzjuża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm pjan biex il-mira tal-early school leavers tkun ta' 10%.

strateġija dwar l-early school leavers — konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema fażi qiegħda l-konsultazzjoni tal-istrateġija dwar l-early school leavers? Xi jmiss issa? Sa meta huwa ppjanat li jkunu hemm il-verżjoni finali? Sa meta huwa fil-ħsieb li l-istrateġija tibda tiġi implimentata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li saru żewġ konferenzi ta' konsultazzjoni dwar l-istrateġija, waħda f'Malta u oħra f'Għawdex. Barra minn hekk intbagħat feedback mingħand numru ta' stakeholders. Issa jmiss li dan il-feedback jiġi analizzat u tkompli l-konsultazzjoni biex tinkiteb l-istrateġija finali. Hu maħsub li din titlesta sa Diċembru 2013 u wara dan tibda tiġi implimentata.

Stipendji — żieda għall-għoli tal-ħajja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta se tinżamm il-wegħda elettorali li l-istudenti jibdew jieħdu ż-żieda tal-għoli tal-ħajja fuq l-istipendju li se jgawdu llum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Din il-miżura finanzjarja titħabbar f'wieħed mill-budgets tal-gvern.

Għalliema u LSAs — in service courses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' in service courses offruti oriġinarjament lill-għalliema u LSAs matul dan is-sajf ? Minn dawn kemm se jiġu organizzati? Kien hemm xi korsijiet li ġew imħassra? Jekk iva għalfejn ġew imħassra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li matul is-sajf kien hemm dawn il-korsijiet offruti: F'Lulju 2013 saru disa` korsijiet Compulsory f'diversi lokalitajiet, tlieta minnhom f'Għawdex. F'Lulju wkoll kien hemm offruti 46 kors Volontarju. Minn dawn 20 kors ġew organizzati f'diversi lokalitajiet filwaqt li 24 kors tħassru għax ma ntlaħaqx in-numru ta' parteċipanti li huwa dak ta' għaxar persuni kull kors. Żewġ korsijiet oħra kienu se jsiru u l-parteċipanti laħqu ġew infurmati b'dan permezz ta' ittra personali iżda tħassru jumejn qabel il-bidu tal-kors minħabba ċirkustanzi li ma kienx hemm kontroll fuqhom wara li d-Direttorat irċieva diversi kanċellazzjonijiet. F'Settembru saru erba` korsijiet Compulsory. Infurmat ukoll li f'Settembru kien hemm offruti 28 kors Volontarju. Minnhom 13-il kors ġew organizzati filwaqt li 14-il kors kellhom jitħassru għax ma ntlaħaqx in-numru ta' parteċipanti li huwa dak ta' għaxar persuni. Kors ieħor tħassar minħabba ċirkustanzi li skont id-Direttorat għal Kwalita` u Standards fl-Edukazzjoni ma kienx hemm kontroll fuqhom.

Għalliema u LSAs — in service courses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema u LSAs li ġew aċċettati biex isegwu wieħed mill-in service courses matul ix-xhur ta' Lulju u Settembru 2013? Minn dawk li ġew aċċtettati kemm minnhom ġejjin mis-settur tal-istat, tal-Knisja u dak indipendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.