Legislature:
Category:
Reset
Active:

MGSS post graduate scholarships – bord tal-għażla

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-MGSS postgraduate scholarships?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-MGSS Postgraduate Scholarships huwa kompost minn: Prof Emmanuel Sinagra – Chairman Mr Claude Mallia – Deputy Chairman Prof Mark Borg – Membru Prof Mark Brincat – Membru Dr John Consiglio – Membru Mr Richard Curmi – Membru Mr Joseph M. Meli – Membru Prof Janet Mifsud – Membru Mr James Vella – Membru Prof Angela Xuereb – Membru Mr Charles Zammit – Membru

MGSS undergraduate scholarships — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-iskema MGSS undergraduate scholarships?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għall-iskema MGSS Undergraduate infetħu fis-27 ta’ Settembru 2013, u se jibqgħu jiġu milqugħa sad-29 ta’ Novembru, 2013.

Tas-Sliema – skola sekondarja subien

Question

X’se jsir mill-iskola sekondarja tas-subien fil-kulleġġ Santa Klara, Tas-Sliema? Se tingħalaq? Se tiġi trasferita għall-iskola tal-Gżira?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-iskola sekondarja ta' Tas-Sliema se tibqa' tiffunzjona normali.

Skejjel tal-Knisja — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li ngħataw għal skop ta’ nefqa rikorrenti sena b'sena li ingħataw lill-iskejjel tal-Knisja mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-fondi li ngħataw lill-iskejjel tal-Knisja għal skop ta' nefqa rikorrenti sena b'sena mill-2008 sal-lum kienu dawn:- 2008 - €32,116,000.00 2009 - €34,500,000.00 2010 - €38,499,999.00 2011 - €46,200,000.00 2012 - €47,199,998.00 2013 - €40,092,496.00 Total:- €238,608,493.00

Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema ġiex maħtur mill-elezzjoni 'l hawn? Jekk iva, min hemm fuq dan il-bord? Jekk le, x'qed iżomm lill-Ministru milli jwaqqaf dan il-Kunsill?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema ġie maħtur għal perjodu ta' tliet snin mill-11 ta' Lulju 2013 u huwa kompost kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta' Settembru 2013 paġna 10,643 kif ġej:- Chairperson:- Dott.Mario Caruana Membri:- Is-Sur Mark Azzopardi Is-Sinj. Angela Coppini Charles Is-Sur Randall R Cilia Is-Sinj. Catherine Falzon Dott. Mateja Farrugia Is-Sinj. Claire Felice Pace Is-Sur Norman Grech Prof. Paul Pace Is-Sinj. Marie Angela Schembri Meli Prof. Valerie Sollars Segretarju tal-Kunsill:- Is-Sur Lawrence Azzopardi

Kunsill tal-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tal-Università ġiex maħtur mill-elezzjoni 'l hawn? Jekk iva, min hemm fuq dan il-Kunsill?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada – ħatra ta' bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ġiex maħtur mill-elezzjoni 'l hawn? Jekk iva, min hemm fuq il-bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ġie maħtur għal perjodu ta' tlett snin mis-27 ta' Ġunju 2013 u huwa kompost kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta' Lulju 2013 paġna 8,841 kif ġej:- Chairperson:- Arch. Samuel Formosa Membri:- Eng. Chris Borg Arch. Jesmond Mugliette Is-Sur Henry Attard Nutar Fiona Armeni Zammit Is-Sur Anthony Muscat Is-Sur Claude Cuschieri

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi – ħatra tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ġiex maħtur mill-elezzjoni 'l hawn? Jekk iva, min hemm fuq il-bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi ġie maħtur għal perjodu ta' tlett snin b'effett mit-23 ta' Settembru 2013 u huwa kompost kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Settembru 2013 paġni 10,818 u 10,819 kif ġej:- Chairperson:- Is-Sur Charles Cilia Membri:- Is-Sur Eric Saliba Is-Sur Mario Mallia Dott. Andrew Azzopardi Fr Saviour Grima Is-Sinj. Elena Borg Is-Sinj. Carmen Nygaard Segretarja tal-Bord:- Is-Sinj. Marcon Cassar

English as a Foreign Language School – ħatra tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-bord tal-English as a Foreign Language School ġiex maħtur mill-elezzjoni 'l hawn? Jekk iva, min hemm fuq il-bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord ta' Sorveljanza tal-Ingliż bħala Lingwa Barranija ġie maħtur għal perjodu ta' sentejn mit-13 ta' Ġunju 2013 u huwa kompost kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Lulju 2013 paġna 8,930 kif ġej:- Chairperson:- Is-Sur Daniel Xerri B.A.(Hons), P.G.C.E., M.A., M.Ed. Membri:- Is-Sinj. Genevieve Abela BPsych., PGCE(PSD) Chev. Ray M. Cassar M.Ed (Manchester); MA; BA (Hons); Cert.IPD (Lond); Dip.NLP (Lond) KCHS Is-Sur Francis Stivala M.O.M.,M.Sc.,B.Sc.,B.A. (Hons)(Econ.). Dott. Odette Vassallo BA(English) (Melit.), P.G.C.E. (Melit.), M.A. (Nott.), PhD (Nott.) Is-Sur Michael Piscopo B.A. (Hons) Public Administration Segretarju tal-Bord:- Is-Sinj. Sue Falzon B.A. (Hons), Youth & Community Studies, M.A. (Youth & Community Studies)

Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata ġietx maħtura? Jekk iva, min hemm fuq il-Kummissjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ġiet maħtura għal perjodu ta' tliet snin b'effett mis-17 ta' Lulju 2013 u hija komposta kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Settembru 2013 paġna 10,420 kif ġej:- Chairperson:- Is-Sur Martin Scicluna Deputat Chairperson:- Dott. Alexander Manche' Membri:- Dott. Jennifer Casingena Harper Prof. Grace Grima Is-Sur Lawrence Ancilleri Is-Sur Charles Caruana Carabez Prof. John Portelli Dott. Cory Greenland Dott. Tania Sammut Bonnici

Skejjel indipendenti u tal-Knisja – nefqa kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali li ġew allokati lill-iskejjel independenti u tal-Knisja fi skemi li kienu maħluqa biex jgħinu lil dan is-settur mill-2008 sal-lum? Min ibbenefika minn dawn l-iskemi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3718 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel tal-Knisja — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li ngħataw għal skop ta’ nefqa rikorrenti sena b'sena li ingħataw lill-iskejjel tal-Knisja mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Segretarju Permanenti — Handover ta' rapporti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1137, jista' Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li s-Segretarju Permanenti kien ipprepara fi tmiem il-leġiżlatura li għaddiet u li kopja tiegħu kienet ingħatat lis-Segretarju Permanenti Ewlieni qabel l-elezzjoni sabiex il-Ministru l-ġdid jista' jkollu handover tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Jiena ngħatajt parir li l-proċedura hi li rapport bħal dan ma jitqiegħedx fid-dominju pubbliku.

Klabb 3-16 – użu ta' iskejjel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistosija parlamentari 2058, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li kellu jintlaħaq sa nofs Ġunju bejn il-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi u Direttorat tas-Servizzi Edukattivi dwar l-użu tal-Klabb 3-16 hux lest? Jista' jghid kemm-il laqgħa saret bejn dawn l-entitajiet u jekk il-prinċipali u kapijiet tal-iskejjel ġewx ikkonsultati jew jekk hux se jiġu kkonsultati? Jista' jqiegħed kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi lestiet abbozz ta' ftehim li ntbagħat lill-iskejjel konċernati. Dawn l-iskejjel jinkludu mhux biss fejn jingħata s-servizz tal-Klabb 3-16 iżda wkoll fejn hemm ċentri tal-Nwar. Il-ftehim qed isir mal-Kapijiet tal-iskejjel konċernati. Kopja tal-abbozz ta' ftehim qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Se ssir konsultazzjoni mal-Prinċipali tal-Kulleġġi jew Kapijiet tal-Iskejjel qabel isir l-abbozz finali tal-ftehim.

ċertifikat tat-tmiem tal-iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċertifikat il-ġdid tat-tmiem tal-iskola ġiex imqassam lill-istudenti kollha kemm dawk tal-iskejjel Gvern, kemm tal-Knisja kif ukoll indipendenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi tibdiliet u, jekk iva, għalfejn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li ċ-ċertifikat il-ġdid tat-tmiem tal-iskola tqassam lill-iskejjel kollha involuti, u l-iskejjel qassmuh lill-istudenti skont il-proċeduri li ilhom stabbiliti minn kull skola għat-tqassim tac-ċertifikat tat-tmiem tal-iskola. Inbeda l-proċess previst ta’ evalwazzjoni ta’ din l-ewwel sena ta’ esperjenza ta’ dan iċ-ċertifikat il-ġdid. Dan se jwassal biex sal-aħħar tal-2013 jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jekk jirriżulta li hemm bżonn xi bidliet ta’ proċeduri frott din l-ewwel esperjenza.

MCAST – bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord tal-MCAST ġiex maħtur mill-elezzjoni ’l hawn? Jekk iva, jista' jgħid min hemm fuq dan il-bord? Jekk le, x'qed iżomm lill-Ministru milli jwaqqaf dan il-bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord ta' Gvernaturi tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) ġie maħtur u huwa kompost kif ġej:- Chairperson:- Dott. Silvio De Bono Viċi Chairperson:- Dott. Vincent Cassar Membri:- Prof. Mark G. Borg Is-Sur Victor Satariano Is-Sur David Lionel Jones Dott. Ing. Saviour Zammit Is-Sinj. Louisa Grech Dr. Francis Fabri Is-Sur Brian J Farrugia Is-Sur David Degabriele

Università ta' Malta – infiq kapitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-infiq kapitali kollu li sar mill-Università ta' Malta mis-sena 2007? Jista' jaghti breakdown ta' din in-nefqa skont il-proġetti kapitali li saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel u kulleġġi — promozzjoni tal-litteriżmu

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' inizjattivi u proġetti li qed jittieħdu fi skejjel jew fil-kulleġġi li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tal-litteriżmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Programm NWAR

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal mill-2008 gawdew mill-Programm NWAR li tmexxi l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? Jista' jagħti n-numru sena b'sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi — promozzjoni tal-litteriżmu

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' proġetti u inizjattivi li ttieħdu mill-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tal-litteriżmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.