Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha persuni jaħdmu fis-segretarjat tagħha llum, min huma dawn il-persuni u x’karigi jokkupaw? Kemm minnhom ġejjin mis-servizz u mis-settur pubbliku u kemm minnhom ġejjin mill-privat? Liema huma dawk il-karigi li fihom kien hemm bidla ta’ persuni li jikkupawhom minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma u min kienu l-konsulenti tagħha u tas-Segretarju Parlamentari mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Fuq liema settur tingħata din il-konsulenza? Xi proċedura ntużat fl-ingaġġ tagħhom? Tista’ tippreżenta kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ tal-istess konsulenti u, f'każ li kien hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, kopja tal-korrispondenza fuq l-istess bejn il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali (inkluż is-Segretarjat Parlamentari) u l-Ministeru tal-Finanzi? X’pakkett ta’ salarju u kundizzjonijiet għandhom jew kellhom dawn il-konsulenti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

bordijiet, kummissjonijiet u kumitati fil-qasam soċjali, tal-anzjani u tad-diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista tal-bordijiet, kummissjonijiet u kumitati eżistenti sat-8 ta' Marzu 2013 fil-qasam soċjali, tal-anzjani u tad-diżabilità u tagħti l-lista tal-persuni kollha maħtura fuq l-istess bordijiet, kummissjonijiet u kumitati mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura sal-lum? Tista’ telenka l-kwalitajiet u l-esperjenzi tal-persuni li qed iservu fuq dawn il-bordijiet, kummissjonijiet u kumitati? X’remunerazzjoni hemm marbuta ma’ dawn il-ħatriet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttorat ħarsien tal-abbużi u l-frodi — riżultati

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-riżultati miksuba mid-Direttorat responsabbli mill-ħarsien tal-abbużi u l-frodi mis-servizzi soċjali matul l-2012, bejn Jannar u Frar 2013 u matul din il-leġiżlatura?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji kiseb dawn ir-riżultati mill-operat tiegħu matul il-perjodi mitluba. Perjodu Każijiet li nstabu li kienu bi ksur tal-Liġi * Każijiet li ma nstabux li kienu bi ksur tal-Liġi Stima ta’ flus iffrankati * Jannar – Diċembru 2012 548 585 €2,827,459 Jannar – Frar 2013 78 98 €342,849 Marzu – Settembru 2013 326 385 €1,980,425 * Din l-informazzjoni hija miġbura mill-feedback li d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji kiseb mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq każijiet li kienu riferuti għall-azzjoni min-naħa tiegħu skont l-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).

uffiċini tas-Sigurtà Soċjali — manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-uffiċini tas-Sigurtà Soċjali fid-disretti matul l-2012 u l-ewwel parti tal-2013 (Jannar-Frar) kif ukoll tal-ħidma mwettqa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul l-2012 sa Frar 2013 twettqu dawn il-progetti kapitali fid-distretti tas-Sigurtà Soċjali: Refurbishment Birgu, Luqa u Żabbar – Bdil ta’ kmamar tal-bajnu, twahhil ta’ suffetti, kisi bil-gibs u gypsum boards , bdil ta’ sistemi tal-elettriku u ilma, bibien godda u għamara ġdida, bdil ta’ kitchenettes , aċċess għall- wheelchairs , sistemi għad-data ġodda, tikħil u tibjid Minn Marzu sal-lum ma sar l-ebda proġett kapitali fid-distretti iżda ssir manutenzjoni kontinwa bħal bdil ta’ dwal, servizzi lis-sistemi t’arja kundizzjonata, bdil ta’ sockets , viti tal-ilma u pajpijiet tal-ilma.

Bini ta’ skejjel ġodda

Question

Issa li l-Ministru kkonferma li mill-ħames skejjel ġodda li se jinbnew f’dawn il-ħames snin, imiss dawk ta’ Ħal Kirkop, San Pawl il-Baħar u l-Mosta, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk li kienu ppjanati li jinbnew u issa minħabba deċiżjoni ta’ tibdil mhumiex se jinbnew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-pjan tal-iskejjel ġodda li se jinbnew fil-ħames snin li ġejjin għadu qed jinħadem. Dan ukoll fid-dawl tal-konsultazzjoni li għaddejja bħalissa dwar il-Kulleġġi.

Ministeru għall-Edukazzjoni – talbiet għal transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal transfers fi Frar 2013 fil-Ministeru tal-Edukazzjoni? Kien hemm xi late applications? Minn liema entitajiet u f'liema gradi kienu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi kellha 13-il talba għal transfer li ġew mitluba minn impjegati fi ħdan iċ-Childcare Centres fil-gradi ta' Childcare Centre Coordinators, Childcare Assistants u Programme Secretaries.L-entitajiet l-oħra ma kellhomx talbiet għal transfer. Rigward l-Universita' ta' Malta, din ma tagħmilx trasferimenti ta' membri tal-istaff tagħha barra mill-organizazzjoni. Ċaqliq relatat ma' pożizzjonijiet jew xogħol huwa bbażat fuq il-bżonnijiet u neċessitajiet tal-Universita'. Infurmat ukoll li fid-Direttorat Ġenerali għal Servizzi Korporattivi ma tinżammx statistika dwar talbiet għal trasferimenti.

Ministeru tal-Edukazzjoni – talbiet għal transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal transfers fl-aħħar ħames snin fil-Ministeru tal-Edukazzjoni? Minn liema entitajiet u f'liema gradi kienu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija kien hemm tmintax-il talba għal transfer. Sebgħa minn dawn kienu nterni minn impjegati fi gradi amministrattivi jew klerikali. Tmien impjegati fi gradi akkademiċi li kienu jaħdmu fl-MCAST fuq bażi ta' 'attachment' talbu li jmorru lura fil-grad sostantiv tagħhom mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Impjegat amministrattiv ġie sekondat ma' Segretarju Parlamentari u żewġ impjegati amministrattivi oħra ġew sekondati ma' Kunsilli Lokali. Fl-Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropeja kien hemm tlett talbiet għal transfer. Tnejn kienu fil-grad ta' Programme Officers u wieħed fi grad ta' Principal . Fid-Dipartiment għal Tagħlim Tul il-Ħajja kien hemm erba' talbiet għal transfer li kienu minn gradi amministrattivi u klerikali. Fil-Fondazzjoni Għal Servizi Edukattivi kien hemm għoxrin talba minn impjegati fil-gradi ta' Childcare Centre Coordinators, Childcare Assistants u Programme Secretaries. Fil-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ kien hemm tlettax-il talba minn impjegati klerikali u maniġerjali. Fid-Dipartiment tal-Eżamijiet kien hemm għaxar talbiet minn impjegati fil-gradi klerikali u General Hand. Fid-Dipartiment għal Tagħlim Tul il-Ħajja kien hemm erba' talbiet minn Uffiċjal fi Grad 5 u tlieta oħra fi gradi klerikali. Infurmat ukoll li fid-Direttorat Ġenerali għal Servizzi Korporattivi ma tinżammx statistika dwar talbiet għal trasferimenti.

Bini ta’ skejjel ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li jindika s-sit ta’ fejn se jinbnew l-iskejjel ġodda diġà mħabbra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3741.
Leg 12 PQ #5075 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Faċilitajiet sportivi li huma barra miż-żona tal-iżvilupp

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3674, filwaqt li wieħed jifhem li llum hawn ħafna faċilitajiet sportivi, jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tal-faċilitajiet sportivi eżistenti li huma barra ż-żona tal-iżvilupp?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Inofromazzjoni ghadha qed tingabar u ghalhekk it-twegiba ser tinghata f’seduta ohra

Kulleġġ Santa Klara – skola co-ed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi tħejjijiet qed isiru għall-iskola co-ed fil-kulleġġ Santa Klara? Saru xi preparamenti u taħriġ għall-għalliema biex jibdew jgħallmu bniet u subien? Saru xi preparamenti għat-tfal?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif dwar it-tħejjijiet u t-taħriġ li saru għall-għalliema u t-tfal għall-iskola co-ed fil-Kulleġġ Santa Klara qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lingwa Għarbija bħala suġġett mgħallem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għażlu l-Għarbi biex jitgħallmuh fil-Form 1 u fil-Form 3? X’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex iħajjar aktar studenti jagħżlu din il-lingwa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-għadd ta' studenti fl-iskejjel tal-Istat li għażlu li jitgħallmu l-lingwa Għarbija huwa kif se nsemmi:- Form 1 - 18-il student fi ħdax-il skola differenti Form 3 - 7 studenti f'erba' skejjel differenti Form 3 - 15-il student f'seba' skejjel diferenti ilhom jitgħallmu din il-lingwa minn Form 1 Minbarra t-tisħiħ tal-Malti u l-Ingliż, il-Ministeru huwa favur li jissaħħaħ it-tagħlim tal-Għarbi u se jippromwovi t-tagħlim fost dawk li jitħajru jagħżluh. Fis-sena skolastika 2012/2013 fl-iskejjel Indipendenti kien hemm 16-il student li għażlu l-Għarbi fil-Form 1 u 14-il student li għażlu l-Għarbi fil-Form 3. Ma kienx hemm studenti fl-iskejjel tal-Knisja li għażlu dan is-suġġett fis-sena skolastika 2012/2013.

Lingwa Ċiniża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex jibda l-istudju tal-lingwa Ċiniża f’Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-pjan biex fiż-żmien li ġej iċ-Ċiniż jibda jiġi mgħallem fl-iskejjel sekondarji tal-gvern jekk ikun hemm biżżejjed studenti li jagħżluh bħala suġġett.

Skejjel primarji – studju ta’ lingwa barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet sabiex l-istudenti tal-primarja jibdew jitgħallmu lingwa barranija? Fil-każ li iva, liema lingwa barranija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat illi l-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd - 2012 għandu jwassal ukoll għall-iżvilupp ta' bilingwiżmu u multilingwiżmu fost l-istudenti sa minn eta' żgħira. Minbarra l-iżvilupp simultanju tal-Malti u l-Ingliż, il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd - 2012 jipproponi kors ta' għarfien tal-lingwi lejn l-aħħar tas-snin taċ-ċiklu tal-primarja. Qed ikun suġġerit li l-iskejjel jieħdu d-deċiżjoni tagħhom dwar liema lingwa/lingwi għandhom jiddaħħlu. It-tagħlim ta' żewġ lingwi oħra barra l-ilsien nattiv sa minn eta' żgħira, hu marbut mal-iżvilupp tal-multilingwiżmu (Konklużjonijiet ta' Barċellona, 2002) tal-Unjoni Ewropeja.

Tfal autistic – użu tal-iskejjel filgħaxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-inizjattiva li tfal autistic ikunu secluded u jużaw l-iskejjel filgħaxijiet tinkwadra fil-politika tal-inklużjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-proposta ġiet milqugħa mill-Ministeru wara talba mill-ġenituri ta' tfal bl-awtiżmu stess, biex noffru spazju adattat u sigur għal uliedhom. Dawn it-tfal jistgħu jilgħabu ma' tfal oħra, mhux bilfors b'dijanjosi ta' awtiżmu, f'dawn l-ispazji. Kif intqal mill-ġenituri tagħhom stess, fil-passat tfal bl-awtiżmu mhux dejjem setgħu jgawdu spazji pubbliċi. Dawn l-ispazji huma miftuħa għal pubbliku kollu, b'mod partikolari għal tfal b'awtiżmu u allura l-argument li huma secluded mhux minnu anke għaliex hi għażla tal-familja jekk imorrux jew le u kull familja għad għandha ċ-ċans li tuża postijiet pubbliċi oħrajn. Hekk it-tfal ikollhom ċans ikunu ma' tfal oħra xorta skont il-bżonnijiet tal-familji.

Kulleġġ St Thomas Moore – bini ta’ skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inbidlux il-pjanijiet għall-Kulleġġ St Thomas Moore partikolarment għal dawk it-tfal li kienu se jmorru fl-iskola ġdida li kellha tinbena f’Raħal Ġdid u li issa mhux se tinbena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-pjanijiet ta' formazzjoni tal-Kulleġġi għadha qed tiġi kkonsultata. Meta l-pjan ikun finalizzat jiġi mħabbar.
Leg 12 PQ #3674 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Faċilitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il faċilità sportiva eżistenti hija barra ż-żona tal-iżvilupp?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minħabba li x-xogħol involut huwa wieħed estensiv, jista’ l-Onor Membru jindika għal liema faċilità sportiva qed jirreferi?

Master It Scholarships — bord tal-għażla

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-iskema tal-ischolarships 'Master It'?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-Master it! Scholarships huwa kompost minn: Prof Joe Cacciotolo – Chairman Mr Claude Busuttil – Deputy Chairperson Prof Charles Calleja – Deputy Chairperson Ms Claire Felice Pace – Deputy Chairperson Prof Albert Leone Ganado – Deputy Chairperson Mr Edward Mifsud – Deputy Chairperson Dr Ronald Blundell – Membru Mr Joseph Camilleri – Membru Prof Paul M. Clough – Membru Mr Alfred DeGabriele – Membru Mr Anthony Demicoli – Membru Dr Alan Ellul – Membru Dr Aaron Farrugia – Membru Dr Adrian Grima – Membru Mr Carmel Hili – Membru Mr Edward Mifsud – Membru Mr Paul Muscat – Membru Mr Mario Pace – Membru Mr Michael Rosner – Membru Ms Myriam Vella – Membru Dr Alex Sciberras – Membru Mr Sandro Zammit – Membru

Art Scholarships — bord tal-għażla

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-Art Scholarships?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-Boroż ta’ Studju għall-Arti huwa kompost minn: Dr Michael Buhagiar – Chairperson Mr Joseph Micallef – Member Prof Gloria Lauri Lucente – Member Mr Lino Farrugia – Member Dr Timothy Gambin – Member Dr Reuben Pace – Member

Sport Scholarships — bord tal-għażla

Question

Jista' l-Ministru ighid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-Isport Scholarships?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-Isport Scholarships huwa kompost minn: Dr. Chris Bonett - Chairman Mr. Andrew Decelis - Membru Mr Keith Tanti - Membru