Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm applikazzjonijiet ġew milqugħa tul l-aħħar għaxar snin mill-Awtorità tad-Djar, bħala total u skema skema?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella turi kemm ġew milqugħa applikazzjonijiet taħt id-diversi skemi tul l-aħħar ghaxar (10) snin. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità tad-Djar bħala total u skema skema? Kemm fil-fatt hemm persuni li għandhom aktar minn applikazzjoni waħda mal-Awtorità tad-Djar?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. B’kollox hemm 8 persuni li għandhom aktar minn applikazzjoni waħda pendenti.
Skema
L-Għan tal-Iskema
Numru ta’ Applikazzjonijiet
ADP
Sussidju fuq xogħlijiet ta’ Irranġar u Titjib f’Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini
173
DIS
Skema għall-Persuni b’Diżabilità
49
RSS
Skema ta’ Sussidju fuq il-kera f’Residenzi Privati
231
LFT
Installazzjoni ta’ Lifts fi Blokki/Entraturi Residenzjali u Proprjetà tal-Gvern
14
NDT
Skema ta’ sussidju għall-irranġar u titjieb ta’ postijiet ta' abitazzjoni li huma okkupati minn sidien ‘il fuq minn sittin (60) sena
42
SSD
Skema tal—2012/2013 Għax-Xiri Ta' Djar Ta' Abitazzjoni Tal-Gvern
136
GFR
Għotja lis-Sidien fil-Bini, Irranġar u /jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza
176
ISS
Sussidju ta’ Imgħax fuq Self għax-Xiri tal-Ewwel Residenza
9
Awtorità tad-Djar – talbiet għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm talbiet għand l-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali? Kif inhi maqsuma din il-lista skont il-kategoriji varji? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda mid-9 ta’ Marzu sal-lum?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar sallum għandha 3,249 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali. Mid-9 ta’ Marzu, 2013 sallum daħlu 604 applikazzjoni ġdida. Il-lista ta’ kif inhuma maqsuma l-applikazzjonijiet fil-kategoriji rispettivi tagħhom hija murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar – strateġija biex jiżdied l-istock tad-djar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-istrateġija tal-Awtorità tad-Djar biex iżżid l-istock tal-housing biex tkun tista’ tilqa’ l-applikazzjonijiet pendenti li għandha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istrateġija f’dan ir-rigwad hija li kemm jista’ jkun l-Awtorita’ tad-Djar tagħmel u¿u mill-istokk li diġa jeżisti fil-pajjiż. Hija l-istrateġija tal-Awtorita’ tad-Djar li filwaqt li jkun hemm każijiet fejn l-Awtorita’ tibni fuq artijiet li diġa għandha, speċjalment dawk diġa bil-Permess tal-Bini, il-prijorita’ hija li tagħmel użu mill-istokk ta’ li diġa jeżisti fil-pajjiż.
Awtorità tad-Djar – Skema Kiri – postijiet mikrija mill-privat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid l-Awtorità tad-Djar kemm għandha postijiet mikrija mill-privat taħt l-Iskema Kiri? Kemm minnhom diġà ġew allokati lill-klijenti tal-Awtorità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar sal- 21 ta’ Ottubru 2013 iffirmat 310 konvenji ta’ Skema Kiri mas-sidien. Minn dawn, 33 saru wara d-9 ta’ Marzu 2013.
Minn dawn it-310 post, l-Awtorita’ iffirmat 262 kuntratt mal-klijenti tagħha.
Awtorità tad-Djar – Skema Kiri – postijiet offruti minn sidien
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm postijiet offruti minn sidien lill-Awtorità tad-Djar biex jidħlu fl-Iskema Kiri u li s-sidien tagħhom qegħdin jistennew li l-Awtorità tidħol f’kuntratt magħhom wara li dawn għamlu kollox kif mitlub mill-Awtorità stess u daħlu f’diversi spejjeż?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi postijiet offruti minn sidien lill-Awtorità tad-Djar biex jidħlu fl-Iskema Kiri kellna kif ġej:
Skema Kiri 1 – Total ta’ 397 applikazzjoni li minnhom saru 301 kuntratti, 6 għadhom pendenti u 90 ġew rifjutati.
Skema Kiri 2 - Total ta’ 255 applikazzjoni li minnhom saru 9 kuntratti, 159 għadhom pendenti u 87 ġew rifjutati.
Nota lill-Ministru:
Skema Kiri 1
5 Applikazzjonijiet li għandhom oġġezzjoni
34 Applikazzjonijiet mhux aċċettati
56 Applikazzjonijiet li ġew irtirati
301 Kuntratti mas-sidien
1 Applikazzjoni pendenti minħabba xi problemi
397 Total ta’ applikazzjonijiet
Skema Kiri 2
16 Applikazzjonijiet li qed nistennew risposta mis sidien dwar revizjoni tal-kera’
24 Applikazzjonijiet pendenti minhabba xogholijiet li ghadom mhux lesti
92 Applikazzjonijiet li sarulhom l-inventarju.
66 Applikazzjonijiet li mhux bzonnhom
3 Applikazzjonijiet li ghandom oggezzjoni
10 Applikazzjonijiet mhux accettati
12 Applikazzjonijiet minn Ghawdex (9 saru il-kuntratti 3 pendenti)
21 Applikazzjonijiet pendenti ghall inventarju
11 Applikazzjonijiet irtirati
255 Total ta’ Applikazzjonijiet
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-policy tal-Awtorità tad-Djar dwar l-Iskema Kiri li tnediet minn Gvern Nazzjonalista u ssemmiet fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista bħala skema li se tinżamm, u li twaqqfet ħesrem minn Gvern Laburista immedjatament wara l-elezzjoni? Tista’ l-Ministru tgħid meta se terġa’ toħroġ sejħa oħra għal din l-Iskema?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-iskema msemmija ma twaqqfetx minn dan il-Gvern. Fil-fatt l-Awtorita’ tad-Djar kompliet tipproċedi għall-fażi tal-kuntratt, dawk l-applikazzjonijiet kollha li kienu diġa ġew approvati. Għalkemm bħala Gvern hemm qbil mal-Iskema Kiri, izda mhux l-istess jista’ jingħad għal xi kundizzjonijiet li għamel il-Gvern ta’ qabel, fosthom li wara l-perjodu ta’ għaxar snin, sid il-post għandu dritt li jieħu l-post lura bil-konsegwenza li l-inkwilini jispiċċaw barra mill-post. Għadu jrid jiġi deċiż meta dan il-Gvern ser jerġa joħroġ sejħa oħra għal din it-tip ta’ skema b’kundizzjonijiet godda.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex l-iskema tal-Awtorità tad-Djar, Sir Sid ta’ Darek li għandha l-għan li l-inkwilini jsiru sidien ta’ darhom twaqqfet f’Lulju li għadda? Minħabba li t-tkomplija ta’ din l-iskema hija mwiegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, tista’ tgħid meta din l-iskema se terġa’ tkun miftuħa?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita tad-Djar li wiret dan il-gvern ma kienetx f’pozizzjoni li tkompli b’din l-iskema minhabba management ħazin. Dan il-gvern biddel il-management u ghaddej b’diskussjonijiet biex mis-sena d-diehla din l-iskema terga tinfetah u jkompli jinghata s-servizz lil min ghandu bzonn.
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk l-iskema tal-VAT għadhiex miftuħa għall-first time buyers ta’ proprjetà wara li l-budget għal din l-iskema tnaqqas b’€100,000 fix-xhur li għaddew? Kemm kien il-budget annwali allokat għal din l-iskema? Minħabba dan it-tnaqqis, il-Ministru tħoss li din l-iskema hija sostenibbli? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti li jistgħu ma jirċevux din l-għajnuna mwiegħda fil-programm elettorali Laburista? Mill-2008 sal-lum, kemm kien hemm persuni li bbenefikaw minn din l-iskema u x’kienet l-ispiża totali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Iskema tal-Awtorita’ tad-Djar – ‘Għotja lis-Sidien fil-Bini, Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza’, għadha miftuħa u għalhekk l-Awtorita’ tad-Djar għadha tirċievi l-applikazzjonijiet taħt din l-Iskema. Il-budget annwali allokat għal din l-iskema kien ta’ €940,000 li wara tnaqqas għall-€840,000. Bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar għandha 176 applikazzjoni pendenti li għadhom qed jigu pprocessati u għal din ir-raguni l-pagament għadu m’ingħatax lill-applikanti. Mill-2008 sal-lum, kien hemm 1973 persuni li bbenefikaw minn din l-iskema. L-ispiża totali mill-2008 sal-2013 kienet ta’ €5,865,705.45.
Awtorità tad-Djar – Rapport Annwali 2012 — valutar ta’ bini
Question
Peress li skont ir-rapport annwali tal-2012 tal-Awtorità tad-Djar, l-awdituri indipendenti kienu għamlu kwalifika fuq l-accounts minħabba l-valutar tal-bini li kien ġie trasferit mingħand id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern u ma kienx sar il-valutar tagħhom u minħabba dan l-Awtorità tad-Djar kellha fi żmien qasir tneħħi din il-kwalifika, tista’ l-Ministru tgħid jekk din saritx? Jekk le, meta se ssir?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-valutazzjoni qed issir bħalissa u għandha tkun lesta sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Peress li skont diversi stqarrijiet li għamlet il-Ministru, l-Awtorità għad-Djar għandha ’l fuq minn 730 struttura perikoluża u skont l-istess Ministru dawn kellhom jitranġaw sal-aħħar tax-xahar ta’ Awwissu qabel l-ewwel xita, tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawn kienu ċertifikati mill-periti tal-Awtorità li kienu tassew strutturi perikolużi? Tista’ tagħti lista sħiħa ta’ x’kienu l-ħsarat varji? Tista’ tgħid liema xogħol tlesta minn dawn is-730 struttura? Kemm għad hemm pendenti? Meta se jkunu lesti dawk pendenti? X’inhi l-ispiża totali ta’ dawn il-ħsarat? Huwa minnu li biex isir dan ix-xogħol, il-ħaddiema u l-periti tal-Awtorità kellhom jieqfu minn xogħol ieħor, fosthom xogħol mal-iskemi tal-kunsilli lokali? Tista’ tagħti lista sħiħa tal-ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar li qegħdin jieħdu ħsieb dawn ix-xogħlijiet? Kemm sigħat overtime ingħataw?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, wara li saru l-ispezzjonijiet mit-tekniċi tal-Awtorita’, irriżulta li kien hemm 587 każ ta’ ħsarat li jirrikjedu xogħol ta’ bdil u tiswijiet f’soqfa, gallarijiet, opramorti u ħitan. S’issa tlestew ix-xoghlijiet necessarji f’165 każ waqt li għad hemm 422 każ pendenti. Fost il-pendenti hemm kazijiet fejn attwalment qed isiru x-xogħlijiet waqt li hemm oħrajn fi stadju ta’ tendering u kwotazzjonijiet. Minħabba n-natura varja tax-xogħijiet l-ispiża totali tista’ tkun magħrufa biss wara li jkunu ngaġġati l-kuntratturi kollha. Waqt li l-Awtorita’ tad-Djar qed tagħti priorita’ biex jitlestew dawn it-tiswijiet mil-aktar fis possibbli, xogħol ieħor relatat ma’ skemi u kunsilli lokali xorta waħda għadu għaddej. Il-lista tal-ħaddiema li qed jieħdu ħsieb dawn ix-xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Filwaqt li l-Awtorità tad-Djar għandha diġà servizz ta’ social worker u community worker u diġà taħdem viċin mal-Aġenzija Appoġġ u entitajiet soċjali oħra, u peress li f’diversi diskorsi fuq is-servizz mogħti mill-Awtorità tad-Djar, il-Ministru sostniet diversi drabi li l-Awtorità għandha toffri servizz ħolistiku li jħares il-bżonnijiet kollha tal-klijenti tal-istess Awtorità, tista’ l-Ministru tgħid kif u meta se jingħata dan is-servizz ħolistiku, li wieħed jifhem differenti minn kif inhu llum? Jista’ jingħata ħjiel ta’ road map għal dan il-pass?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar diġa’ qed taħdem b’mod ħolistiku flimkien mal-Ministeru fejn l-applikanti tal-istess Awtorita’ qed isirilhom social assessments sabiex tiġi ddeterminata l-għajnuna li l-applikanti jista’ jkollhom bżonn u fuq kollox jekk din l-għajnuna hiex iġġustifikata. L-għajnuna li tingħata ma tkunx relatata biss ma housing iżda ukoll ma bżonnijiet oħra li l-applikanti jista’ jkollhom.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm se ddum magħluqa l-iskema tal-Awtorità tad-Djar Nirranġa d-Dar Tiegħi li għandha l-għan li tgħin lis-sidien anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità tagħhom? Tista’ tgħid kemm anzjani bbenefikaw minn din l-Iskema u kemm kienet l-ispiża totali? Kemm hemm każijiet pendenti li għad irid isir ix-xogħol fuqhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Iskema Nirranġa d-Dar Tiegħi kienet inħarġet fil-28 ta’ Mejju 2012 u skond il-kundizzjonijiet kellha tibqa in vigore għal perijodu ta’ xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Gazzetta tal-Gvern. Kien għalhekk li din l-Iskema ingħalqet wara li għaddew ix-xahrejn i.e Lulju 2012. Huwa ppjanat li din l-Iskema terġa tinfetaħ is-sena d-dieħla. L-istatus prezenti ta’ din l-iskema huwa kif jidher hawn taħt:-
Stat tal-Applikazzjonijiet
Numru ta’ Applikazzjonijiet
Fil-proċess min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar – Fazi inizjali
14
Fil-proċess min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar – Ix-Xogħlijiet ser isiru mill-Awtortia’ tad-Djar
36
Fil-proċess min-na]a tal-applikanti – ser jagħmlu ix-xogħlijiet huma stess
64
Finalizzati
12
Irtirati mill-Applikanti
18
Invalidi
21
TOTAL
165
L-ispiża totali s’issa kienet ta’ € 53,985.24.
Awtorità tad-Djar – skemi biex sidien anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-politika u l-istrateġija tal-Awtorità tad-Djar biex tgħin lis-sidien anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal dan il-għan qed isir ħafna xogħol mhux biss mill-Awtorita’ tad-Djar iżda ukoll mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ukoll. Minn naħa tal-Awtorita’ tad-Djar, sidien anzjani b’diżabilita’ jew problemi ta’ mobilita’ jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna kemm finanzjarja kif ukoll teknika sabiex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mal-bżonnijiet tagħhom. Barra minnhekk fil-futur, l-Awtorita’ tad-Djar ser tniedi skemi ohra bhal dik li toffri għajnuna finanzjarja għal xogħlijiet ta’ rranġar u għal xogħlijiet sabiex ir-residenza tkun aktar aċċessibbli għall-persuni anzjani.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-politika u l-istrateġija tal-Awtorità tad-Djar biex tgħid lill-persuni b’diżabilità jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jibqa’ kommess li jissalvagwardja d-dritt li persuni b’ dizabilita’ jkollhom l-ghazla li jibqghu jghixu fil-komunita’ anke kif inhu kommess li jaghmel skond il-UN CRPD. Ghaldaqstant il-Gvern ghandu diversi skemi fosthom dawk ‘sabiex isiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi okkupati minnhom’, skema t’ ‘installazzjoni ta’ Lifts fi Blokki/Entraturi Residenzjali li huma Proprjeta’ tal-Gvern’ u ‘skema ta’ sussidji’, fost ohrajn. Ma’ dan tajjeb wiehed izomm in konsiderazzjoni li l-Agenzija SAPPORT permezz tad-diversi servizzi li tipprovdi taghmel hilitha biex tizviluppa servizzi madwar il-persuna u tipprovdi l-ghajnuna kollha mehtiega f’ forma ta’ servizzi fil-komunita’ u dawk residenzjali apparti l-fond ddedikati ghal persuni b’ dizabilitajiet kumplessi imma li xorta jixtiequ jibqghu jghixu fil-komunita’ (SAC). Il-Gvern jibqa’ kommess u hija priorita’ fil-politika tieghu li persuni b’ dizabilita’ jkollhom l-oghla kwalita’ ta’ hajja u dan f’ impenn biex jibqghu jghixu fil-komunita’ u fejn il-Gvern iservi ta’ pont fejn ikun hemm id-diffikultajiet.
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-Awtorità tad-Djar se terġa’ tiftaħ l-iskema mal-kunsilli lokali msejħa Riġenerazzjoni tal-Oqsma tal-Binjiet tal-Gvern? Liema kunsilli lokali bbenefikaw mill-bidu ta’ din l-iskema s’issa u x’kien l-investiment globali tagħha? Ma’ liema kunsilli qed tħejji li terġa’ tiftaħ din l-iskema?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ qiegħda tindirizza xi ħlasijiet pendenti lill-Kunsilli Lokali li kienu skedati li jisru fis-sena 2012 iżda ix-xogħlijiet tkomplew din is-sena. Min naħa l-oħra dawk il-Kunsilli li kienu identifikati għal-din is-sena għadu ma sar l-ebda ftehim magħhom.
L-Awtorita qiegħda taħdem sabiex l-ewwel tgħalaq il-każijiet pendenti mill-Amministrazzjoni preċedenti, imbagħad tindirizza każijiet ġodda.
Madanakollu mill-bidu tal-Iskema s’issa ibbenefikaw kif indikat hawn taħt:
Kunsilli Lokali li bbenefikaw fl-2011
11-il Kunsill Lokali ibbenefika fl- 2011: B’Bugia, Birgu, Gudja, Kirkop, Luqa, Mellieha, Qormi, Rabat (Gozo), San Gwann, Santa Lucija, Valletta
L-investiment globali għall-Kunsill Lokali kien ta €75,000.
Kunsilli Lokali li bbenefikaw fl-2012
14-il Kunsill Lokali ibbenefika fl-2012: Attard, B’kara, Floriana, Kalkara, Mgarr, Mtarfa, Rabat (Malta), San Giljan, Senglea, Ta’ Xbiex, Zejtun, Zurrieq, Bormla and Sta. Venera.
Il-Kunsilli Lokali ta’ Bormla u Santa Venera li kienu jiffurmaw parti mill-grupp għall-2013, esprimew ix-xewqa li jagħmlu x-xogħol fl- 2012 u t-talba tag]hom ġiet milqugħa.
L-investiment globali għall-Kunsill Lokali kien ta €75,000.
Fir-rigward tal-2013, kien hemm lista preliminarja li tinkudi: Ghaxaq, Hamrun, Marsa, Mqabba, M’Xlokk, Paola, Pieta’, Sta. Venera, Tarxien and Haz-Zebbug. Fuq dan il-grupp ma kien hemm l-ebda deċiżjoni uffiċjali finali.
Awtorità tad-Djar – manutenzjoni ta’ binjiet tal-gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-Awtorità se terġa’ tiftaħ l-iskema tal-manutenzjoni tal-komun tal-binjiet tal-Gvern? Tista’ tgħid jekk hemmx diġà xi commitment ma’ xi kunsilli lokali jew residenti biex terġa’ tiftaħ din l-iskema? Tista’ tgħid kemm kien hemm komuni u liema huma l-komuni u l-lokalitajiet li bbenefikaw minn din l-iskema?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-verita’ l-iskema tal-manutenzjoni tal-komun tal-binjiet tal-Gvern qatt ma għalqet iżda ix-xogħlijiet għadhom għaddejin. l-Awtorita’ qiegħda tindirizza xi ħlasijiet pendenti lill-Kunsilli Lokali li kienu skedati li jisru fis-sena 2012 u ma sarux, iżda ix-xogħlijiet tkomplew din is-sena. Min naħa l-oħra dawk il-Kunsilli li kienu identifikati għal-din is-sena għadu ma sar l-ebda ftehim magħhom. L-Awtorita qiegħda taħdem sabiex l-ewwel tgħalaq il-każijiet pendenti, li tħallew mill-ammistrazzjoni preċedenti, imbagħad tindirizza każijiet ġodda.
Minn din l-iskema total ta’ 1208 blokka kellhom jibbenefikaw fuq perjodu ta’ 6 snin bejn l-2011 u l-2016.
L-informazzjoni dwar l-lokalitajiet u blokkok li bbenefikaw jew għadhom se jibbenefikaw mill- Iskema 2 tal-Kunsilli Lokali fl-2011 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar – amminstraturi ta’ binjiet tal-Gvern
Question
Fl-iskema tal-manutenzjoni tal-komun tal-binjiet tal-Gvern, peress li l-Awtorità tad-Djar titlob lir-residenti biex jiffurmaw l-assoċjazzjoni tar-residenti fejn huma jagħżlu l-amministratur tagħhom u peress li l-Awtorità toffri kumpens finanzjarju fis-sena lill-amministratur għas-sehem tiegħu fit-tmexxija tal-bini, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm amministraturi fil-preżent u f’liema binja u lokalità? Kemm hija l-għotja? Huwa minnu li dawn l-amministraturi mhumiex se jibqgħu jingħataw din l-għotja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-politika tal-Gvern fuq il-bini ta’ dawk imsejħa infill sites u artijiet oħra li għandha l-Awtorità tad-Djar?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tieħu ħsieb li dawk is-siti imsejħa bħala infill sites huma mnadffa minn xi materjal li jkun inġabar ġo fihom u jinbena ħajt madwarhom ta’ xi tmien filati għoli. Dawn is-siti qed jigu kkunsidrati ghal skopijiet vari fosthom biex jintuzaw ghal bini b’zero energy u skopijiet ohra skond il-htigijiet tal-Awtorità.