Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3747 u 3044 u tgħid x’kien l-eżitu ta’ sejħa għall-promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar li kienet ippubblikata lejn l-aħħar tas-sena l-oħra? Ladarba l-interviews saru f’Jannar li għadda u r-riżultati li kellhom l-approvazzjoni tal-bord kellhom jitħabbru lejn nofs ix-xahar ta’ Marzu u peress li issa qegħdin f’Ottubru, tista’ l-Ministru tgħid x’qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-proċess kien diskuss internament minħabba l-istrateġija ta’ l-Awtorita’ u issa ġie iffinalizzat. Ir-riżultati tal-promozzjonijiet tal-14-il sejħa interna ġew ippubblikati permezz ta’ ċirkulari interna datata 10 ta’ Diċembru 2013.
Tista' l-Ministru taghti iktar informazzjoni dwar ir-riformi li qed tiddiskuti mal-għaqdiet volontarji dwar it-tqassim aħjar tal-benefiċċji soċjali? Tista' tgħid min huma dawn l-għaqdiet? Kif intgħażlu? Meta mistenni li jingħataw ir-rakkommandazzjonijiet dwar dawn it-taħdidiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – direttiva
Question
Tista' l-Ministru tgħid għalfejn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha ma jistgħux jitkellmu mal-media jekk l-ewwel ma jagħmlux kuntatt mal-uffiċjali inkarigati mill-komunikazzjoni fil-Ministeru tagħha? Ma taħsibx li din id-direttiva qed tnaqqsas mill-ħidma ta' għarfien fuq issues soċjali li kienu jagħmlu minn jeddhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tispjega l-għan tal-Kunsill Nazzjonali tat-Tfal? X’viżjoni għandha l-Ministru għal dan il-Kunsill? Minn min huwa kkostitwit dan il-Kunsill?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tispjega l-għan taċ-Children and Young Persons Advisory Board u x’viżjoni għandha għal dan il-bord? Minn min huwa kkostitwit dan il-Bord?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tiċċara jekk l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet allokata għal din is-sena lill-Awtorità ghad-Djar hux se tkun biżżejjed sabiex jitħallas fuq accrual basis l-operat kollu ta' din l-entità għal din is-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-benefiċċji soċjali li se jkun hemm ħtieġa ta' allokazzjoni addizzjonali għalihom sal-aħħar ta' din is-sena u liema se jkun hemm savings fuqhom? Kemm jammontaw dawn il-varjanzi f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Appoġġ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Appoġġ qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Is-servizzi li mhux imnizzlin m’ghandhomx waiting list.
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sedqa?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sedqa tinsab hawn taht:
Is-servizzi li mhux imnizzlin m’ghandhomx waiting list.
· Substance Misuse Outpatient Unit (Detox Out-Patients): 1
· Assessment and Stabilisation Unit: 9
· Zerniq (Alcohol Residential Programme): 3
· Alcohol and Gambling Community Team: 38 (Alcohol) & 2 (Gambling)
· Drugs Community Team: 34
· Psychology Team*: 68 (Adults) & 62 (Minors)
· Family Team*: 6 (Couples or Families)
* Jinkludu każijiet referuti wkoll mill-Aġenzija Appoġġ
Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali – postijiet/pożizzjonijiet vakanti
Question
Tista' l-Ministru tagħti l-lista ta' pożizzjonijiet vakanti li bħalissa għandhom il-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali, l-Aġenzija Appoġġ, l-Aġenzija Sapport, u l-Aġenzija Sedqa? Għal liema minnhom ġà ħarġet sejħa?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – line votes
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li hu meħtieġ bħala allokazzjoni finanzjarja addizzjonali taħt il-line votes tal-personal emoluments tal-vot tal-Ministeru u tal-vot tad-Dipartiment sabiex jitħallsu r-renumerazzjonijiet kollha tal-ħaddiema sal-aħħar tas-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni
Question
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji kollha, inkluż it-tip ta’ xogħol, karigi, esperjenza u kwalifiki, salarji u perkaċċi, ta' dawk il-persuni li mid-9 ta' Marzu 'l hawn ġew ingaġġati mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, inkluż is-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, bħala persons of trust? Tista' l-Ministru tqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista' tghid x’inhu t-total ta’ pagi tagħhom fis-sena b’mod kumulattiv?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – contract for service
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma dawk il-persuni li ngħataw contract for service mid-9 ta' Marzu 'l hawn? Tista' tgħid kemm tħallsu s'issa? Tista' tqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali – management accounts
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-management accounts l-aktar riċenti għal din is-sena tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS), tal-Aġenzija Sapport, tal-Aġenzija Sedqa u tal-Aġenzija Appoġġ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-management accounts l-aktar riċenti għal din is-sena li gew approvati mill-Board tal-Fondazzjoni għall-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) li jinkludu il-Fondazzjoni, l-Aġenzija Sapport, l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Appoġġ jinsabu fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali – allokazzjonijiet finanzjarji
Question
Tista' l-Ministru tiċċara jekk l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet allokata għal din is-sena hux se tkun biżżejjed sabiex jitħallas fuq accrual basis l-operat kollu tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali għal din is-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru ssemmi liema kienu l-iskemi kollha li kellha l-Awtorità tad-Djar sa mit-twaqqif tagħha, meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u liema minn dawn l-iskemi għadhom fis-seħħ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-iskemi kollha li kellha l-Awtorità tad-Djar sa mit-twaqqif tagħha jidhru fit-Tabella A li tindika ukoll meta daħlu fis-seħħ u liema skema għadhom fis-seħħ.
It-Tabella B turi l-Avvizi kollha għal-bejgħ jew kiri li kellha l-Awtorita’ tad-Djar mis-sena 1987 sallum.
Fl-aħħarnett Tabella C turi l-HOS plots maħruġa mill-Awtorita’tad-Djar mis-sena 197 8 sal-1993.
L-informazzjoni ta’ tlett tabelli A,B,Ċ qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.