Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forum Nazzjonali għall-Familja

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux il-ħsieb li l-Forum Nazzjonali Familja jissostitwixxi l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja li wkoll reġa’ ġie kkostitwit? Jekk dan mhux il-każ, tista’ tgħid x’inhuma d-differenzi bejn dawn iż-żewġ strutturi? X’inhu l-iskop u l-għanijiet ta’ kull waħda minn dawn l-istrutturi? X’oġġettivi, targets u deadlines ingħataw?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li li l-Forum Nazzjonali Familja mhux jissostitwixxi l- Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja. Il- Forum Nazzjonali Familja hija istituzzjoni formali li taħdem id f’id mal- Kummissjoni. Il-ħidma tal- Forum tikkonsisti filli jwettaq il- konsultazzjoni neċessarja ma dawk il-partijiet kollha nvoluti fil-qasam tal-familja. Il- Forum iħejji rapport bl-informazzjoni li jiġbor mill- konsultazzjoni u jirraporta lura b’ rakkomandazzjonijiet lill- Kummissjoni Nazzjonali tal- Familja biex din tifformula l- politika dwar il-familja. Il-Forum Nazzjonali għall-Familja għandu l-għan li jkun ukoll katalist u l-ixprun ta’proċess kontinwi ta’ evalwazzjoni tal-policies għall-familja li jkunu qed jiġu implementati. Fit-termini ta’ referenza hemm stabbilit li l- Forum Nazzjonali Familja għandu jippreżenta minn ta’ l-inqas rapport kull sitt xhur lill- Kummissjoni Nazzjonali Familja dwar il- ħidma li jkun wettaq.

Residenza San Vinċenz de Paul – Management Committee

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Management Committee tar-Residenza San Vinċenz de Paul flimkien mar-rwol ta’ Kap Eżekuttiv issotitwewx xi strutturi oħra ta’ management li kienu fis-seħħ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat ta’ Tmexxija li appunta dan il-Gvern fir-Residenza San Vinċenz de Paul ma ssostitwixxa ebda struttura oħra ta’ maniġment. Madankollu nħasset il-ħtieġa li din l-istruttura tiġi msaħħa peress li ma kinitx biżżejjed għall-kobor ta’ din ir-residenza li tilqa’ fiha mal-1,200 resident/a u kważi l-istess ammont ta’ impjegati. Kien proprju għalhekk li dan il-Gvern mill-ewwel ġimgħat tiegħu fit-tmexxija ra urġenza li jsaħħaħ din l-istruttura ta’ maniġment u f’qasir żmien ħatar Kumitat ta’ Tmexxija biex jitjieb l-operat tar-Residenza bil-għan li nwasslu kura aħjar lill-anzjani tagħna.

strateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti li qed jaħdmu fuq l-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali? Kemm qed jitħallsu biex jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Yana Mintoff Bland hija l-persuna li qed taħdem bħalha konsulenta fuq l-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Bħalha ħlas qed titħallas skala tas-salarju 3 pro-rata skond in-numru ta’ sigħat u linja tal-mowbajl u ADSL residenzjali sa massimu ta €815.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegata

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġiet impjegata fil-Ministeru tagħha? Jekk iva, tista' tgħid x'inhuma r-rwol u r-responsabiltajiet li għandha? X’inhuma l-kwalifiċi u l-esperjenza li għandha biex taqdi din il-funzjoni? X’pakkett ta’ salarju u perkaċċi għandha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tal-persuna kkonċernata huwa li tikkordina attivitajiet marbuta mal-qasam soċjali organizzati mill-Ministeru jew l-entitajiet li jaqghu tahtu. Ir-responsabiltajiet tagħha huma li tippjana, torganizza u tassisti fil-ħidma organizattiva ta’ dawn l-attivitajiet.. Il-persuna msemmiija għandha esperjenza organizzattiva biżżejjed biex tkun fdata bix-xogħol li qed jingħatala minn dan il-Ministeru.

Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji tal-impjegati ġodda kollha li daħlu fil-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) inklużi dawk li jaħdmu fi tliet aġenziji li huma s-Sapport, l-Appoġġ u s-Sedqa, mid-9 ta Marzu ’l hawn? Tista' tgħid x'inhu l-grad tagħhom, il-kwalifiċi tagħhom u kemm qed jirċievu remunerazzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni f’riskju ta’ faqar — miżuri

Question

Tista' l-Ministru telenka l-miżuri monetarji li ħadet kemm ilha Ministru sabiex itejjeb id-dħul finanzjarju tal-persuni li huma f'riskju tal-faqar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

strateġija kontra l-faqar — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm intefqu flus s’issa fuq l-istrateġija kontra l-faqar inkluż il-ħlas ta’ konsulenti, loġistika għall-attivitajiet, ħlas lill-orkestri u nfiq ieħor? Tista’ tagħti breakdown tan-nefqa kif saret?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – baġit approvat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5141, tista’ l-Ministru tgħid jekk hi bħala Ministru hijhiex informata kif ġie mnaqqas il-baġit tal-Ministeru tagħha? X’kienet ir-raġuni wara dan it-tnaqqis? B’kemm tnaqqas il-baġit bħala ammont totali u bħala persentaġġ? Liema huma (numru u isem) il-line items li tnaqqsu? X’konsegwenzi se jkollu dan it-tnaqqis fuq il-ħidma tal-Ministeru tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Bordijiet — riżenji

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li kien hemm xi riżenji minn xi bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, liema bordijiet jikkonċernaw il-kura tat-tfal? Jekk fl-affermattiv min huma dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Minn min imtlew il-postijiet vakati minn dawn il-persuni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Fostering – task force

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk waqqfitx jew hijiex fil-proċess li twaqqaf task force fuq il-fostering? Jekk iva, min huma l-persuni li se jkunu fuq dan it-task force u xi kwalifiki għandhom biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet ta’ daqstant sensittività?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Fostering — proċeduri

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk sarux tibdiliet fil-proċeduri tal-fostering? Tista' l-Ministru tgħid kif dawn swew ta’ aktar ġid għat-tfal vulnerabbli?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ikun aktar f’waqtu li kieku l-Interpellant indentifika xi spażju li fil-Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali jew fl-Aġenżija Appoġġ li jista jesa’ aktar minn 300 ruħ, għaliex din il-laqgħa u laqgħat oħra sussegwenti kienu jsiru f’xi post minn dawn u mhux f’Kastilja f’sala li tista’ tieħu dan l-ammont ta’nies. (Ara dokument 1787 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 87 tas-Sibt 16 ta' Novembru 2013)

Foster carers — laqgħa

Question

Tista’ l-Ministru tiċħad jew tikkonferma li foster carers intalbu jiltaqgħu magħha f’Kastilja u mhux fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jew fl-Aġenzija Appoġġ? Jekk fl-affermattiv x’inhi r-raġuni wara din it-talba?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ikun aktar f’waqtu li kieku l-Interpellant indentifika xi spażju li fil-Ministeru għall-Familja u Soliderjeta Soċjali jew fl-Aġenżija Appoġġ li jista' jesa’ aktar minn 300 ruħ, għaliex din il-laqgħa u laqgħat oħra sussegwenti kienu jsiru f’xi post minn dawn u mhux f’Kastilja f’sala li tista’ tieħu dan l-ammont ta’nies.

Każ ta’ care order

Question

Tista’ l-Ministru tiċħad li xi żmien ilu kellha pressjoni biex tifel li qiegħed taħt care order jerġa’ jmur lura ma’ ġenitur u dan kontra l-parir tal-psikologi u s-social workers li qed isegwu mill-qrib il-każ ta’ dan it-tifel? Kif qed taġixxi l-Ministru f’sitwazzjonijiet simili?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Nassumi lill-Onorevoli Interpellant huwa familjari mal-liġi u l-proċedura tal-Care Orders u għaldaqstant nassumi ili jaf li l-Ministru ma jidħolx fuq direzzjoni li bil-liġi jittieħdu mill-Children and Young People’s Advisory Board.

strateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti timeline bid-dettalji ta’ dak li diġà sar, inkluż kull tħabbira li saret dwar din l-istrateġija, u ta’ dak li għad irid isir, inkluż kull draft li qed joħroġ, fit-tfassil tal-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

persuni homeless u roofless

Question

Tista’ l-Ministru tagħti definizzjoni ta’ persuni homeless u roofless li timxi fuqhom il-Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 298 applikazzjoni li jaqgħu taħt il-kategorija “Homeless” kif muri fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari W144. Id-definizzjoni ta’ “Homeless” hija kif ġej: Homeless - Institution Applikanti li qed japplikaw minn istituti varji, xelters, u djar bħal Dar Merħba Bik, Suriet il-Bniedem, Dar Leopoldo etc, etc. Homeless - CCF Applikanti li qed japplikaw minn ġewwa l-faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Homeless - Eviction Applikanti li qegħdin mhedda li ser jiġu żgumbrati jew mill-banek jew mis-sidien. Homeless - Rehab Clients Applikanti li kellhom xi vizzju u qegħdin ġo post tar-rijabilitazzjoni u ma jkollhomx post fejn jgħixu meta jlestu dan il-programm. Homeless – Tolerance Applikanti li jgħixu f’post mgħoti lilhom b’tolleranza iżda li xi darba jridu jirritornawh lura lis-Sid. Homeless – Postal Address Applikanti li m’għandhomx post fiss t’abitazzjoni iżda jkollhom indirizz li jintuża għall-posta biss.

Persuni homeless u roofless

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li hawn persuni homeless u kemm hawn roofless f’Malta skont id-definizzjoni li timxi fuqhom il-Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar sallum għandha 298 applikazzjoni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-“Homeless” kif murija fit-tabella hawn taħt: 3.2 Homeless - Institution 36 3.3 Homeless - CCF 23 3.4 Homeless - Eviction 106 3.6 Homeless - Rehab Clients 12 3.7 Homeless – Tolerance 33 3.8 Homeless – Postal Address 88

Persuni homeless

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4108, tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir biex tiġi indirizzata l-problema ta’ dawk il-persuni homeless u ta’ dawk roofless f’Malta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tikkunsidra x’miżuri tista’ tieħu biex jiġu mnieda proġetti ta’ Housing bejn il-Gvern u l-privat kemm għall-bejgħ kif ukoll b’kiri b’rati soċjalment aċċettabbli. Apparti dan, l-Awtorita’ toffri diversi skemi fosthom sussidju tal-kera meta wieħed jikri mill-privat kif ukoll skemi fejn tgħin persuni biex jirranġaw ir-residenza tagħhom sabiex tkun fi stat abitabbli li jistgħu jibqgħu jgħixu fiha. L-Awtorita’ qiegħda ukoll tkompli bil-proċess ta’ Skema Kiri 2 li ġew committed mill-Amministrazzjoni preċedenti sabiex ikollha aktar postijiet li tkun tista’ talloka lil-persuni fil-lista’ ta’ stennijja għall-akkomodazzjoni soċjali u li fost din il-lista hemm ukoll persuni homeless.

Postijiet li għandhom ordni ta’ rekwiżizzjoni

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W98, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija b’mod sħiħ u tgħid x'inhi l-policy attwali ta’ dan il-Gvern u tal-Awtorità tad-Djar dwar dawk il-postijiet li għadhom taħt ordni ta’ rekwiżizzjoni? Huwa maħsub li din l-Ordni titneħħa jew le? Jekk iva, meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Politika tal-Gvern dwar il-postijiet milquta b’ ordni ta’ rekwizizzjoni ma inbidlitx. Hi l-intenzjoni tal-Gvern li jara li jitneħħew l-Ordnijiet ta’ Rekwizzizzjon. Imma dan jista isir bis każ b’ każ. Kont irid jittiehed tal-okkupanti tal-fondi u tal-funzjoni li l-istess fondi ikunu qed jaqdu. Intant ukoll il-Gvern qed jistudja il-possibilita’ li jagħmel pjan sabiex jinstab bilanċ bejn il-bzonn li jinżammu fis-seħħ certi Ordnijiet ta’ Rekwizizzjoni u id-drittijiet tas-sidien.

Postijiet li għandhom ordni ta’ rekwiżizzjoni li qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Gvern

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W99, tista' l-Ministru tikkonferma li r-risposta mogħtija lil din il-Kamra hija fil-fatt korretta? B’mod partikolari tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proprjetà 1, Braille Str, Santa Venera, imniżżla fir-risposta tal-Ministru bħala proprjetà li għadha taħt ordni ta’ rekwiżizzjoni, ġietx fil-fatt mogħtija lura lis-sidien madwar sentejn ilu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija parlamentari W99 tagħmel referenza għall-liema huma dawk il-postijiet ta’ rekwiżizzjoni li qed jintużaw mid-dipartiment tal-gvern. Rigward il-propjeta’ 1, Braille Street, Santa Venera, din fil-fatt għadha taħt ordni ta’ rekwiżizzjoni.

Awtorità tad-Djar – persuni b’diżabilità

Question

Tista' l-Ministru twieġeb b’mod sħiħ il-mistoqsija parlamentari W90 dwar l-istrateġija tal-Awtorità tad Djar fuq l-anzjani biex jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-mistoqsija tiegħu.