Tista’ l-Ministru tgħid sa meta se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja ppjanati? Tista’ tagħti rendikont sena b’sena liema ċentri se jkunu qed jiftħu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tnedija taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja u ċ-ċentri ta’ Żvilupp Soċjali huma parti mill-proġett Leap . F'dan il-mument huma għaddejin in-negozjati finali ma’ l-awtorità amministrattiva tal-Fond soċjali Ewropew sabiex tkun tista’ titqiegħed fis-seħħ l-istruttura neċessarja sabiex il-proġett jibda jopera totalment. Ir-reklutaġġ tan-nies li se jaħdmu fi’ ħdan il-proġett se jibda dalwaqt u huwa mistenni sa l-aħħar ta’ Marzu ikollna l-istruttura kompleta. Wara dan il-pass iċ-Ċentri għal-Iżvilupp Soċjali se jibdew jiġu stabbilit, fejn l-ewwel prijorità huma r-reġjuni ta’ tramuntana u nofsinhar li jmissu mal-port, kif ukoll ir-reġjun tat-tramuntana; t-tieni prijorità se jkunu r-reġjuni ta’ Għawdex u r-reġjun tal-Punent u finalment ir-reġjun tax-Xlokk . Iċ-ċentri tar-Riżorsi tal-Familji se jiġu stabbiliti fit-tieni fażi ta’ żvilupp skont il-pjanijiet ta' azzjoni li se jiġu definiti mis-sħubijiet li se jiffurmaw ċ-Ċentri għall-IŻvilupp Soċjali . Il-Pjan finali huwa mistenni li jkun finalizzat fl-aħħar tas-sena kurrenti .
Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja – fondi għat-twaqqif
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jiġi allokat fondi għat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja? Kemm minn dawn il-fondi huma fondi Ewropej?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-proġett huwa li jintużaw ir-riżorsi li diġa qegħdin preżenti fil-lokalitajiet differenti u għalhekk m’huma ħa jintefqu l-ebda fondi f’dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma u kemm se jiġu impjegati ħaddiema professjonali sabiex joperaw is-servizz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel prijorità huma ċ-Ċentri għall-Iżvilupp Soċjali fejn se jkun hemm tim ċentrali ta' tliet persuni: Uffiċjal għall-Iżvilupp Komunitarju u żewġ esperti tekniċi relatati mal-kompetenzi dwar xogħol soċjali. Iċ-Ċentri tar-riżorsi tal-Familja se jkun tim transdixxiplinarju li se jinkludi l- professjonisti meħtieġa biex ikopru l-bżonnijiet meħtieġa . Huwa mistenni li l-ħidma ta’ dawn iċ-ċentri se tkun prinċipalment koperta minn ‘public social partnerships’ ( ftehim ma' NGOs jew istituzzjonijiet oħra ta' solidarjetà soċjali) jew sħubijiet pubbliċi ma’ Ministeri oħra.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rapporti, studji, pjanijiet u strateġiji jew dokumenti oħra li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Public Social Partnerships
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’mudell ta’ Public-Social Partnership se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Liema servizzi se jingħataw permezz ta’ dan il-Public-Social Partnership?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mudell tas-sħubija pubblika-soċjali li se tintuża se tkun mudell Malti. Dan ifisser li wara l-analiżi li saret ta’ mudelli differenti u esperjenzi rispettivi, ġie żviluppat mudell Malti. Is-servizzi pprovduti miċ-Ċentri għal-riżorsi tal-Familja se jkunu diversi u b'konformità mal-bżonnijiet tal-komunita.
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-viżjoni tagħha għat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja u kif dawn se jkunu differenti miċ-Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhux jingħataw fil-pajjiż u se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhumiex aċċessibbli fil-komunitajiet u issa se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa maħsub li jkun hawn Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja madwar Malta u Għawdex? Kemm se tkun iż-żieda fin-numru ta’ Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja meta mqabbel man-numru ta’ Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tghid kif permezz tal-programm LEAP, persuni li llum huma bla xogħol se jsibu xogħol u jżommuh? Kemm persuni se jiggwadanjaw billi jsibu xogħol? Kemm persuni sabu xogħol s’issa permezz ta’ dan il-programm? Sa meta se jsibu xogħol il-kumplament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett fi ħdan il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ser ikun qed jipprovdi programm ta’ taħriġ lil tal-inqas 200 persuni li jiddependu fuq is-servizzi soċjali. Għal-perjodu ta’ 8 xhur dawn il-persuni ser ikunu qegħdin jipprovdu servizzi ġo entitajiet soċjali taħt s-supervizjoni tas-Social Mentors kif ukoll mill-Job advisors ingaggati mall-proġett. Apparti l-benefiċċji soċjali li diġa qegħdin jircievu, huma ser jiġu mogħtija training allowance bħala kontribut finanzjarju għas-servizzi tagħhom.
Huwa mportanti li jiġi issotolinejat li l-programm m’huwiex qed jipprovdi xogħol minħabba li dan ma jaqax taht il-kompetenza tal-Ministeru. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jsaħħah l-impjegabilità u l-kompetenzi soċjali ta’ dawn il-persuni.
Tista’ l-Ministru tispjega xi jfisser li permezz tal-programm LEAP, persuni li huma bla xogħol se jsibu xogħol u kif ġie irrapurtat iżżommu dan ix-xogħol? Għal kemm tul ta’ żmien se jkunu qed iżommu dan ix-xogħol li se jinstabilhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 6977.
Tista’ l-Ministru tispjega x’tip ta’ taħriġ se jkun qed jingħata permezz tal-programm LEAP? Tista’ tgħid jekk taħriġ simili li jitratta l-istess ħiliet jiġix mogħti jew qattx kien jiġi mogħti minn entitajiet oħra governattivi bħall-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, l-Aġenzija Żgħażagħ, id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali jew oħrajn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ li ser jiġi mogħti lill dawn il-mitejn persuna se jkun deċiż f’konsultazzjoni bejn is-Social Mentors u l-NGO’s ikkonċernati. Barra minn hekk, programmi ta’ taħriġ li se jkunu qegħdin jiġu offruti miċ-Ċentru ghar-Riżorsi għall-Familja se jkunu stabbiliti skond il-bżonnijiet tal-areas ikkonċernati. L--proġett LEAP ser ikun qiegħed jagħmel użu mis-servizzi li diga huma offruti minn entitajiet ohra, ħabba l-fatt li wieħed mill-għanijiet tal-LEAP huwa li jifformula network magħmul mil-entitajiet soċjali sabiex l-għajnuna meħtieġa tingħata b’mod ħolistiku.
Tista’ l-Ministru tispjega x’ tip ta’ sapport u appoġġ se jkun qed jingħata permezz tal-programm LEAP? Tista’ Ministru tgħid jekk appoġġ u sapport simili jiġix mogħti jew qattx kien jiġi mogħti minn entitajiet oħra governattivi bħall-FSWS jew oħrajn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 6980.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-iskop taċ-Ċentri Aċċess? Kemm-il ċentru hawn illum? Meta infetħu? X’jinkorporaw fihom? X’servizzi qed jagħtu? Xi professjonisti hemm jaħdmu fihom u kemm hemm minn dawn il-professjonisti f’kull ċentru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi xogħol li huwa ppjanat mill-ministeru tiegħu għas-sena li jmiss f’Ħal Luqa, li jinkludi wkoll, anke jekk mhux biss, toroq, bankini u culverts? F’liema perijodu tas-sena li jmiss huwa mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi xogħol li huwa ppjanat mill-ministeru tiegħu għas-sena li jmiss fis-Siġġiewi li jinkludi wkoll, anke jekk mhux biss, toroq, bankini u culverts? F’liema perijodu tas-sena li jmiss huwa mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6773.