Politika Nazzjonali dwar it-Tfal — Realtajiet li qed jaffaċċjaw itfal
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal, fosthom cyber bullying, imħabbar f’Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju msemmi f’Novembru 2013 kellu jsir mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika flimkien mal-Università. Minħabba li din il-Kummissjoni m’għadhiex taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji u dati tal-proċess tat-tfassil tal-Politika Nazzjonali ġdida dwar it-Tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar sena u nofs saret konsultazzjoni mat-tfal, żgħażagħ u adoloxxenti dwar il-ħatra tal-Kummissrju tat-Tfal u ġie ppubblikat dokument f’Diċembru 2013 bl-isem “A Voice for Your Voice”. F’April 2014 piet ipplubikata strateġija għat-tfal li jkunu taħt ordni ta’ ħarsien bl-isem “The Voice of the Child in Care”. Qiegħda tkompli wkoll ir-reviżjoni ta’ policy ġdida dwar it-tfal.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx użu mill-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal - u l-proċess ta’ konsultazzjoni dwarha - li kienet tfasslet mill-Gvern preċedenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10644.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal fosthom cyber bullying, imħabbar f’Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li għandu dan il-Ministeru, l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal kien ikkummisjonat mill-Università ta’ Malta.
aġenziji regolatorji u eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea — ingaġġ ta’ Maltin
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm Maltin impjegati mal-aġenziji regolatorji u eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea aġenzija, b'aġenzija?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li sat-23 t’April ta’ din is-sena kien hemm 33 Malti impjegat mal-aġenżiji regolatorji w eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea. Din l-informazzjoni li qed tiġi miġbura regolarment f’April u f’Ottubru hija strettament skont ir-regoli li jirrigwardjaw il-Protezzjoni tad-Data, liema regoli jistipulaw li din l-informazzjoni qed tingħata biex ikun hemm aġġornament fl-ingaġġ ta’ ċittadini Maltin mal-istituzzjonijiet Ewropej u ma tistax tintuża għal finijiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ assistenza tingħata lill-persuni b’diżabilità minħabba d-diżabilità tagħhom meta huma jidhru quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja? Min iħallas għal din l-assistenza?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni b’diżabilità ingħataw xi forma ta’ assistenza minħabba d-diżabilità tagħhom meta huma dehru quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja fl-aħħar ħames snin? Kemm kienet l-ispiża għal din l-assistenza sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni b’diżabilità hux se jibqgħu jingħataw l-assistenza meħtieġa minħabba d-diżabilità tagħhom, mingħajr ħlas, meta dawn jidhru quddiem il-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx użu mill-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal u l-proċess ta’ konsultazzjoni dwarha li kienet tfasslet minn Gvern preċedenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu dwar il-każ ta' żewġ subien Ġermaniżi taħt Ordni tal-Ħarsien li telqu minn pajjiżna mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa tal-Awtoritajiet Maltin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Każ ta’ tfal Ġermaniżi — awtorizzazzjoni tal-Ministru
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ġie infurmat li ż-żewġsubien Ġermaniżi taħt Ordni tal-Ħarsien kienu ħallew pajjiżna mingħajr l-awtorizzazzjoni tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ kienet infurmata li t-tfal kienu nieqsa? Jista' jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ għamlet rapport lill-Pulizija li dawn iż-żewġt itfal Ġermaniżi taħt Ordni tal-Ħarsien kienu nieqsa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Korrispondenza bejn l-Aġenzija Appoġġ u l-Awtoritajiet Soċjali Ġermaniżi
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm bejn l-Aġenżija Appoġġ u l-awtoritajiet soċjali Ġermaniżi dwar iż-żjara minn żewġ social workers Ġermaniżi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference tal-investigazzjoni li qed tagħmel il-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali? Jista' jgħid jekk twaqqafx Bord ta' Investigazzjoni, u jekk iva, min hemm fuq dan il-Bord? Jekk ma twaqqafx Bord, jista' jgħid min qed jagħmel l-investigazzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Dipartiment tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali – każ ta’ tfal Ġermaniżi
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali kenux bdew proċeduri fil-Qrati Maltin dwar il-każ taż-żewġ subien Ġermaniżi li huma taħt Ordni tal-Ħarsien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kunsilli lokali u reġjuni/tribunali lokali li għandhom in-numri tat-telefown ex-directory jiġifieri jekk il-pubbliku jċempel 1182, in-numru tat-telefown tagħhom ma jkunx reġistrat u allura l-pubbliku ma jkunx jista’ jinqeda?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba bl-informazzjoni miġbura tingħata f’xi seduta oħra.