Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – dokumenti tal-ivvjaġġar tat-tfal
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid x’kienu d-dokumenti li ġew użati mit-tfal akkumpanjati miż-żewġ social workers biex ħallew Malta mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-qrati Maltin skont l-Att tal-Protezzjoni tat-Tfal (Konvenzjoni ta’ The Hague)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – dokumenti tal-ivvjaġġar tat-tfal
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dokumenti tal-ivvjaġġar tat-tfal kinux f’idejn l-Aġenzija Appoġġ waqt li l-istess tfal kienu taħt il-kura tal-istess Aġenzija? Jekk le, għand min kienu u għaliex ma talbithomx l-Aġenzija Appoġġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10378 jista’ l-Ministru jgħid meta fi ħsiebu jlesti u jippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni ta’ loopholes fis-sistemi dwar ħruġ u dħul minn pajjiżna minn minorenni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li loopholes fis-sistemi ġew diskussi mal-Awtoritajiet konċernati. Dispost li nitkellem mal-Onor. Membru fuq bażi kunfidenzjali.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – komunikazzjoni mall-Ambaxxata Ġermaniża
Question
Fil-każ taż-żewġ itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10380 jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ komunikazzjoni saret mall-Ambaxxata Ġermaniża qabel inħatfu t-itfal u wara li nħatfu t-itfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – protesti mal-Gvern Ġermaniż
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija 10380 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ġiex involut dwar il-ħtif taż-żewġt itfal? Jista’ jgħid kienx informat jekk il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ipprotestax dwar il-każ mal-Gvern Ġermaniż? X’tip ta’ protesti saru u x’talab il-Gvern Malti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – Ordni ta’ Ħarsien Temporanju
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi li ġew irrappurtati nieqsa minn pajjiżhom u li kienu jinsabu f’Marsalforn ma’ ommhom fit-18 ta’ Ġunju 2014, jista’ l-Ministru jikkonferma d-dati li pprovda fi tweġiba parlamentari 10376 fejn qal li l-Qorti ħarġet ordni temporanju fit-18 ta’ Lulju 2014 li ġiet ikkonfermata fid-19 ta’ Lulju 2014? Meta ġiet infurmata l-Qorti mill-Aġenzija Appoġġ li ż-żewġ minuri li kienu taħt il-kura tagħha b’ordni tal-istess Qorti li huma neqsin minn taħt il-kura tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid meta ġie kkonfermat li dawn it-itfal kienu ħallew pajjiżna mingħajr l-awtorità tal-Aġenzija Appoġġ? Meta kienet infurmata l-Qorti li ż-żewġ minuri kienu ħallew il-pajjiż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – rapport lill-pulizija mill-Aġenzija Appoġġ
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ għamlet rapport lill-Pulizija dwar l-għajbien/ħtif taż-żewġ minuri? Jista’ jgħid x’informazzjoni għandu dwar x’azzjoni qed tittieħed mill-pulizija wara li t-tfal kienu ħarġu mill-pajjiż mingħajr l-awtorizzazzjoni neċessarja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – azzjonijiet mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi maħtufin minn żewġ social workers Ġermaniżi u meħuda barra minn Malta mingħajr awtorizzazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Ministeru responsabbli għall-immigrazzjoni u l-Pulizija u l-entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-Uffiċjali tal-Immigrazzjoni rċevew in-notifika ta’ impediment fuq dawn iż-żewgt itfal fid 9 ta’Lulju, u ċjoè tliet ijiem wara li dawn kienu diġà telqu minn Malta. Ninforma lill-Interpellant li madankollu l-istess uffiċċjali jimxu mal-provedimenti tal-Kodiċi ta’ Schengen fuq il-Fruntieri u meta l-moviment ikun bejn stati Membri, għalkemm jistgħu jagħmlu xi kontrolli dawn ma jistgħux ikunu sistematiċi għaliex persuni li jivjaġġaw fiż-żona Schengen ma jgħaddux mill-kontrolli tal-Immigrazzjoni. Ninsab infurmat li peress li din hi wkoll materja ta’ Ministeri oħra, saret inkjesta u il-proċeduri kellhom jiġu eżaminati biex jigi stabilit x’jista jsir biex okkorrenzi bħal dawn jiġu evitati.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – azzjonijiet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi maħtufin minn żewġ social workers Ġermaniżi u meħuda barra minn Malta mingħajr awtorizzazzjoni jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Ministeru dwar il-każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qatt ma ġie avviċinat dwar dan il-każ.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6771, 8833, u 9201, wara li f’Mejju 2014 il-Ministru stqarr li ħa nota dwar il-b¿onn li max-xogħol li qed isir fuq il-proġett kontra l-ilma tal-għargħar f’Ħal Qormi, isir ukoll mill-ġdid iċ-ċint ta’ madwar il-wied, b’mod partikolari minn Triq il-Mitħna sa Triq Correa, u anke n-naħa ta’ Triq Pawlu Farrugia, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iddeċidiex li jibni mill-ġdid dan iċ-ċint li qed jagħti dehra ta’ telqa, bi spiża relattivament żgħira - fil-kuntest tal-miljuni kbar li nġiebu mill-Unjoni Ewropea fil-leġiżlatura li għaddiet - biex il-proġett tal-ilma tal-għargħar ikun jista’ jsir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li x-xogħol imsemmi minnu fuq il-bini mill-ġdid taċ-ċint ta’ madwar il-wied ma kienx inkluż fil-proġett oriġinali kif ġie ppjanat mill-Gvern preċedenti, il-Ministeru sejjer jara li jsiru l-pjanti neċessarji biex issir applikazzjoni lill-MEPA għal dan ix-xogħol. Għalissa l-Ministeru qiegħed isus biex ix-xogħol fuq il-culverts jitlesta kmieni kemm jista’ jkun biex titnaqqas l-inkonvenjenza għar-residenti.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6771, 8833 u 9202 u x-xogħol li qed isir fuq il-proġett kontra l-ilma tal-għargħar f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid jekk wara li f’Mejju 2014 stqarr li l-proposta ta’ tisbiħ tal-inħawi tal-wied se tiġi kkonsidrata, jinsabx issa kommess li jwettaq dan it-tisbiħ bi spiża relattivament żgħira - fil-kuntest tal-miljuni kbar li nġiebu mill-Unjoni Ewropea fil-leġiżlatura li għaddiet - biex il-proġett ta' tisbiħ ikun jista’ jsir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li x-xogħol imsemmi minnu fuq it-tisbiħ tal-inħawi tal-wied ma kienx inkluż fil-proġett oriġinali kif ġie ppjanat mill-Gvern preċedenti, il-Ministeru sejjer jara li jsiru l-pjanti neċessarji biex issir applikazzjoni lill-MEPA għal dan ix-xogħol. Għalissa l-Ministeru qiegħed isus biex ix-xogħol fuq il-culverts jitlesta kmieni kemm jista’ jkun biex titnaqqas l-inkonvenjenza għar-residenti.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6773, 8835, 9204 u 9205 fejn b’mod sempliċi u bl-aktar mod dirett il-Ministru ġie mistoqsi biex jelenka b’mod konkret ix-xogħol li huwa ppjanat li jsir mill-Ministeru tiegħu f’Ħal Qormi, inkluż toroq, bankini, culverts u xogħol ieħor infrastrutturali jew marbut mat-trasport u sigurtà fit-trasport, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fil-fatt sa issa m’hemm xejn ġdid ippjanat għal Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 6773.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6775, 8840, 9209 u 9210 fejn b’mod sempliċi u bl-aktar mod dirett il-Ministru ġie mistoqsi biex jelenka b’mod konkret ix-xogħol li huwa ppjanat li jsir mill-Ministeru tiegħu fis-Siġġiewi, inkluż toroq, bankini, culverts u xogħol ieħor infrastrutturali jew marbut mat-trasport u sigurtà fit-trasport, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fil-fatt sa issa m’hemm xejn ippjanat għas-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 6773.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6769, 8831, 9199, jista’ l-Ministru jikkonferma li tar-razzett ta’ ħdejn il-Kappella tal-Providenza fis-Siġġiewi, fejn kien ippjanat li jsir ġnien ġdid iddedikat lil Annabelle Vassallo, issa se jkompli jintuża bħala razzett għaliex se jiġi mgħoddi lil sidien ġodda proprju għal dan l-użu?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6770, 8832, u 9200 fejn il-Ministru, f’Mejju 2014, kien stqarr li Transport Malta kienet se tibda l-proċess ta’ procurement biex ikun jista’ jsir ix-xogħol marbut ma’ miżuri ta’ sigurtà fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-proċess ta’ procurement? Fiex wasal dan il-proċess?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmi xogħol minn Transport Malta ġie finalizzat. Ix-xogħol involva il-qlugħ tal-crash barrier, bażi tal-konkos fuq il-ħajt eżistenti, tiswija tal-istess ħajt, u twaħħil tal-crash barrier fuq il-linja tal-ħajt.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6770, 8832, u 9200 fejn il-Ministru, f’Mejju 2014, kien stqarr li Transport Malta kienet se tibda l-proċess ta’ procurement biex ikun jista’ jsir ix-xogħol marbut ma’ miżuri ta’ sigurtà fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u meta hemm il-ħsieb li jkun lest ix-xogħol ippjanat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 268W.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6774, 8837, 9207 u 9208, fejn il-Ministru b’mod sempliċi u bl-aktar mod dirett ġie mistoqsi biex b’mod konkret jelenka liema huwa x-xogħol li huwa ppjanat li jsir mill-Ministeru tiegħu f’Ħal Luqa, inkluż toroq, bankini, culverts u xogħol ieħor infrastrutturali jew marbut mat-trasport u sigurtà fit-trasport, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fil-fatt s’issa m’hemm xejn ġdid ippjanat għal Ħal Luqa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 6773.