Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10375 u jgħid jekk hemmx jew kienx hemm kunsilli lokali u reġjuni/tribunali lokali li għandhom in-numri tat-telefown ex-directory jiġifieri jekk il-pubbliku jċempel 1182, in-numru tat-telefown tagħhom ma jkunx reġistrat u allura l-pubbliku ma jkunx jista’ jinqeda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Direttorat tal-Kunsilli Lokali li n-numri tat-telefon tal-Kunsilli Lokali kollha u tal-Kumitati Reġjonali kollha huma aċċessibbli fuq il-linja 1182.
Residenza San Vinċenz de Paul – mediċini out of stock
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura x’mediċini jew prodotti kienu out of stock fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura sallum kien hemm total ta’ 131 mediċini jew prodotti li f’xi żmien jew ieħor kienu out of stock fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Anzjani — Ċentri ta’ Matul il-Jum– tibdil fit-tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-persuni li jmexxu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ għaliex ġara dan? F’kull każ kif ġew appuntati l-persuni l-ġodda li ħadu l-kariga? Fejn ħarġet is-sejħa għal dawn il-pożizzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ tibdiliet fil-persuni li jmexxu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani minn Marzu 2013 sal-lum.
Dan ġara peress li waħda mill-Uffiċjali nkarigati taċ-Ċentru rtirat bl-eta’ u l-Uffiċċjal inkarigat l-oħra ġiet trasferita għar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul.
Id-Dipartiment mexa fuq l-istess proċeduri ta’ dan l-aħħar għoxrin sena. Ma saret l-ebda ħatra jew appointment peress li x-xogħol indikat isir minn persuni tal-istess grad.
Anzjani — Ċentri ta’ matul il-jum - – post ta’ officer in charge
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki intalbu biex persuna tkun tista’ tapplika għall-post ta’ officer in charge fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-anzjani? X’kien il-minimu ta’ snin ta’ esperjenza li ġew mitluba biex persuna tkun tista’ tapplika għal din il-kariga? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn persuni li daħlu jaħdmu fi grad bażiku f’Ċentri tal-Anzjani wara Marzu 2013 ġew promossi għal officer in charge fix-xhur ta’ wara? F’liema ċentri ġara dan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment mexa fuq l-istess proċeduri ta’ dan l-aħħar għoxrin sena. Ma saret l-ebda promozzjoni jew ħatra peress li x-xogħol indikat isir minn persuni tal-istess grad.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-istandards mitluba biex xi ħadd ikun jista' jopera Child Care Centre? Jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kopja tad-dokument - Standards Nazzjonali għall-Facilitajiet tat-Tfal ta' Matul il-Jum qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10577 u jagħti d-dettalji u d-dati tal-proċess tat-tfassil tal-Politika Nazzjonali ġdida dwar it-Tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10644.
Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdiedet il-waiting list ta’ anzjani li jridu jidħlu fi djar residenzjali tal-Gvern jew fi djar residenzjali mikrijin minnu minn Marzu sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Marzu ta’ din is-sena kien hemm 1935 applikazzjoni fil-lista ta’ stennija għad-dħul fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew fi djar residenzjali mikrijin mill-Gvern u sal-lum hemm 1950 applikazzjoni .
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani ġodda fi djar residenzjali tal-Gvern jew fi djar residenzjali mikrijin minnu minn Marzu sal-lum? Jista’ jgħid mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu sodod residenzjali ġodda għall-anzjani f’entitajiet governattivi matul is-sena li għaddiet? Fejn żdiedu u kemm f’kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jiddeċiedi l-prijorità ta’ liema anzjani jidħlu f’dar residenzjali tal-Gvern? Min huma l-persuni fuq dan il-bord tal-għażla? X’inhuma l-kriterji li qed jimxi fuqhom dan il-bord tal-għażla?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess tal-għażla għad-dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paule u kif ukoll fid-djar residenzjali tal-Gvern, huwa kompletament f’idejn tim professjonali u multi dixxiplinarju kkordinat minn konsulenti ġerjatriċi. Dan it-tim jieħu ħsieb jeżamina kull applikazzjoni billi jħarsu lejn l-aspetti differenti li jinkludu dawk mediċi, soċjali u fiżiċi, kif ukoll il-livell ta’ dipendenza tal-individwu li jirriżulta mill-evalwazzjoni, b’hekk tkun tista’ tingħata priorita’ għad-dħul f’post addattat għall-bżonnijiet tiegħu.
Residenza San Vinċenz de Paul — Fluid and Food Thickener
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex jingħata l-Fluid & Food Thickener lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul? X’konsegwenzi jista’ jkollu jekk dan ma jingħatax lill-anzjani? X‘periklu jista’ jpoġġi fih lill-anzjani dan in-nuqqas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fluid and Food Thickener huwa terminu wżat għal-sustanżza li żżid il-viżkożita tal-likwidu mingħajr ma tbiddel it-togħma b’mod sostanzjali. Il-bażi tal-food thickener huwa jew polysaccharides (starch, vegetable gums u pectin) bħal arrow root, potato starch, guar gum, cornstarch jew proteina li jinkludu l-abjad tal-bajd u ġelatina.
Fost l-anzjani l-food thickener jintuża sabiex il-persuna ndikata tkun tista tibla’ sustanzi likwidi b’inqas diffikultà.
Residenza San Vinċenz de Paul – Fluid and Food Thickener
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata dam out of stock il-Fluid & Food Thickener fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Għaliex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm perjodu wieħed (1) fejn il-Food Thickener dam għal perjodu ta’ sebgħa u tmenin (87) ġurnata out of Stock. Dan ġara peress li tali prodott kien nieqes mis-Central Procurement and Supplies Unit.
Meta l-amministrazzjoni ta’ San Vincenz kienet mgħarrfa bin-nuqqas ta’
thickener
, kienet ittieħdet deċiżjoni u ntalbet l-awtorizzazzjoni sabiex jinxtara ammont adekwat ta’
thickener
sabiex kull resident li kellu jew kellha bżonnu jkun moqdi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li jibni toroq ġodda f’Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, Transport Malta ser tkun qed tibni t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilta` tagħha fil-lokalita’ ta’ Ħal- Qormi. Dan tagħmlu skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb jew hux jistudja serjament xi pjan biex jibni triq li tiddevja t-traffiku li ġej min-naħa tar-Rabat u Ħaż-Żebbuġ ’l hinn mit-toroq taċ-ċentru u nħawi residenzjali ta’ Ħal Qormi, u jibqa’ sejjet direttament għall-bypass?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W232.
Peress li Ħal Qormi diġà maqsum f'biċċiet minħabba arterji prinċipali li għaddejjin minn nofsu bħal Triq l-Imdina u Triq is-Sebħ, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri għandu l-ħsieb li jieħu biex it-traffiku f’toroq residenjali bħal Triq il-Ħelsien, Triq il-Wied, Triq Valletta, Triq il-Vitorja, Triq San Dwardu, Triq il-Mitħna, Triq il-Kbira, Triq San Bastjan, Triq San Bartilmew, Triq il-Milied u oħrajn ma jibqgħux jiġu użati regolarment bħala passaġġ għal min id-destinazzjoni tiegħu mhix Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari W233.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta biħsiebu jressaq emendi legali li għandhom x'jaqsmu mar-riforma tal-pensjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu maħsub li sal-aħħar ta' din is-sena l-Gvern ikun iffinalizza l-istrateġija tiegħu tal-pensjonijiet. Emendi legali jitressqu meta jkun il-waqt u jekk ikun meħtieġ.
Jista l-Ministru jgħid x’waiting list hemm sal-lum ta’ anzjani li jridu jidħlu fi djar residenzjali tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa meta saret il-mistoqsija kien hemm 1950 applikant fil-waiting list ta’ anzjani li jridu jidħlu fi djar residenzjali tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti sabiex is-servizzi li jingħataw mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) jittieħdu mir-responsabilità ta' din l-istess kummissjoni u jgħaddu taħt entitajiet oħra? Jekk dan hu l-każ, liema entitajiet se jkunu dawn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument tal-Politika Nazzjonali msemmi għadda minn proċess ta’ konsultazzjoni wiesà u bħalissa għaddej il-proċess tal-pubblikazzjoni tad-dokument finali.