Wegħda tal-Baġit 2014 — Awtorità tad-Djar – xogħol ta’ manutenzjoni fi f’estates tad-djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Awtorità tad-Djar twettaq xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ fi blokki f’estates ta’ djar qodma tal-Gvern, fosthom dawk ta’ San Pawl il-Baħar, Raħal Ġdid u t-Terrace tal-Isla, twettqitx? X’ kienet in-nefqa ta’ dan ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Wegħda tal-Baġit 2014 — Day Centres fil-Birgu u Ħal Balzan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern jiftaħ żewġ day centres fil-Birgu u f’Ħal Balzan twettqitx? Kemm qed jattendu persuni f’dawn iċ-ċentri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-11 ta’ Novembru 2014 ġie ffirmat ftehim bejn id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u l-Kunsill Lokali tal-Birgu biex il-Berġa tal-Ingilterra tibda tintuża bħala Active Ageing Centre u mhux sempliċi day centre u x-xogħlijiet huma mistennija li jkunu lesti fix-xhur li ġejjin. Fl-24 t’Ottubru 2014 infetaħ ukoll ċentru fil-Gzira.
Dwar iċ-Ċentru f’Ħal Balzan bħalissa qegħdin jiġu evalwati possibiltajiet differenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern, bi sħubija mall-privat, itejjeb is-servizz tat-Telecare permezz ta’ teknoloġija ġdida biex jiġi aġġornat għaż-żmien tal-lum, twettqitx? Fiex kien jikkonsisti dan it-titjib?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Wegħda tal-Baġit 2014 — Day Centres – żieda fin-numru ta’ postijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern iżid n-numru ta’ postijiet fid-day centres b’200 għal 600, twettqitx? Kemm fil-fatt ittieħdu minn dawn il-postijiet disponibbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern se jaħdem sabiex jiddaħħal mekkaniżmu wieħed għall-ittestjar tal-mezzi twettqitx?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq din il-miżura, li suppost kellha titwettaq mill-Gvern preċedenti, kompla matul din s-sena. Huwa ppjanat li matul l-2015 jitħabbru l-parametri tal-mekkaniżmu sabiex imbagħad tibda l-implimentazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern ifassal strateġija sħiħa li tindirizza l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet twettqitx?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jibqa’ kommess li jassigura sistema ta’ pensjonijiet sostenibbli u adegwata.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena l-pensjoni tal-irtirar bdiet tingħata sħiħa lil dawk l-anzjani li jagħżlu li jkomplu jaħdmu wara l-età tal-irtirar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tal-2007, pensjonanti li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar setgħu jagħmlu dan u jirċievu pensjoni sħiħa mingħajr tnaqqis sakemm id-dħul mill-impjieg ma jaqbiżx il-Paga Minima Nazzjonali. Ma kienx dovut li jitħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà socjali fuq tali impjieg sa dakinhar.
Minn Jannar 2008 ‘il quddiem, pensjonanti li jagħżlu li jkomplu jaħdmu wara l-età tal-irtirar setgħu jibqgħu jirċievu pensjoni sħiħa mingħajr tnaqqis indipendentament mid-dħul mill-impjieg bil-kundizzjoni li kellhom jibdew iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali fuq tali impjieg sal-età ta’ 65 sena.
Wegħda tal-Baġit 2014 — Reviżjoni tal-kirjiet soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Awtorità tad-Djar tagħmel eżerċizzju għar-reviżjoni tal-kirjiet soċjali twettqitx? Jekk dan l-eżerċizzju għadu ma twettaqx dan ifisser li jista’ jkun hemm żidiet oħra ma’ dawk li saru din is-sena fil-kirjiet tal-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-eżerċizzju sar u fil-fatt għandu jiġi mħabbar fil-ġimgħat li ġejjin flimkien mad-dettalji ta’ kif se jiġu kkalkulati l-kirjiet soċjali.
Wegħda tal-Baġit 2014 — waiting listslisti ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern innaqqas l-waiting lists għall-akkomodazzjoni soċjali twettiqtx? Jista’ jgħid b’kemm tnaqqset il-waiting list tal-Awtorità tad-Djar ghall-akkomodazzjoni soċjali u kemm hi eżatt il-lista ta’ stennija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sallum l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,022 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva u dan ifisser nuqqas ta’ 318-il applikazzjoniji meta jiġi kkunsidrat li f’Jannar 2014 kien hemm 3,340.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Awtorità tad-Djar se tidħol f’Public Private Partnership sabiex tibni aktar appartamenti għall-persuni b’mezzi limitati twettqitx? Kemm persuni qed igawdu minn dawn l-appartamenti llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bħalissa tinsab ikkonċentrata li iżżid il-units tagħha permezz tal-proposti li daħlu taħt ir-Request for Proposals mingħand il-Privat. Għalhekk, proġetti oħra ta’ bini qed ikunu evalwati
Jista’ l-Ministru jikkonferma ġietx organizzata ħarġa nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2014, għas-service users li jattendu ċ-ċentru ta’ matul il-jum tal-FSWS ġewwa ċ-Ċentru ACCESS fil-Kottonera? Jekk fl-affermattiv, jikkonferma li ttieħdu jaraw film, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ġo ċinema l-Fgura? Ma jaħsibx il-Ministru li tali films mhumiex addattati għal service users li okkażjonalment ikunu aggressivi mas-support carers tagħhom? Jista’ l-Ministru jassigura li meta jiġu organizzati dawnn it-tip ta’ ħarġiet jintgħażlu films addattati u ma jerġax iseħħ dak li ġara nhar il-Ħamis peress li dan irriżulta f’ħafna ħsara psikoloġika li xi service users?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha ma waslitx u għaldaqstant ser tingħata f'seduta oħra.
Università ta' Malta — Diploma in Nursing - flus fl-ismart card
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux l-istudenti kollha tad-Diploma in Nursing fl-Università ta' Malta ħadu l-flus tal-ismart card? Kemm huwa l-ammont dovut lilhom? Jekk mhux il-każ, jista' jindaga u jara li l-istudenti kollha jieħdu dawn il-flus mingħajr aktar dewmien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sistema tal-ismart card ġiet fi tmiemha fit-8 ta’ Awwissu, 2014. Il-bilanċi mhux użati sa din id-data ġew iddepożitati fil-kontijiet bankarji tal-istudenti kkonċernati fl-ewwel ta’ Ottubru 2014 mill-iStudents Maintenance Grants Board.
Il-grants applikabbli għal din is-sena akkademika (l-għotja li qed tieħu post is-sistema tal-ismart cards) qegħdin jiġu ddepożitati fil-kontijiet bankarji tal-istudenti kkonċernati wara li huma jkunu għamlu l-proċess tal-enrolment li normalment isir matul Ottubru/Novembru. L-istudenti universitarji li għamlu l-enrolment qed ikollhom l-applikazzjoni tagħhom proċessata fi żmien ġimgħa, massimu għaxart ijiem, mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk daħlux rapporti għand il-MEPA li minn trejqa quddiem id-Dar tal-Providenza, s-Siġġiewi, qed joħroġ ilma maħmuġ għat-triq minn demmiela ta' razzett li hemm fl-inħawi? X’passi qed jittieħdu? Jista' jinvestiga u jieħu passi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MEPA irċeviet rapport f'dan ir-rigward fl-10 ta' Novembru 2014 u dan ir-rapport gie investigat fit-13 ta' Novembru 2014 fejn gie stabbilit li qed jiskula likwidu minn go razzett li hemm fl-inħawi. Dan ir-razzett huwa suggett għal-Notifiki ta' Twaqqif u Infurzar li jgibu n-numri ECF163/07 u ECF05/14 li fost affarijiet oħrajn isemmu diversi irregolaritjiet li jinkludu n-nuqqas ta' pjanijiet u infrastruttura necesarji għall-immaniggjar tal-ħmieg tal-annimali.
Il-MEPA kellha diversi diskussjonijiet mad-Direttorat tal-Agrikoltura u mad-Direttorat tas-Servizzi Veterinarji sabiex tittiehed azzjoni konġunta fil-konfront ta' dan ir-razzett, fejn wara diversi attentati mar-rahhal biex jottempera ruhu mal-kundizzjonijiet u liġijiet li jirregolaw dan is-settur, l-ebda titjib ma sar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux rapporti għand il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa li minn trejqa quddiem id-Dar tal-Providenza, s-Siġġiewi, qed joħroġ ilma maħmuġ għat-triq minn demmiela ta' razzett li hemm fl-inħawi? X’passi qed jittieħdu? Jista' jinvestiga u jieħu passi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma tista tieħu l-ebda azzjoni peress illi l-ilma qed inixxi minn razzett privat, li m’għandux konnessjoni mas-servizz ta’ drenaġġ tal-Korporazzjoni. Il-każ ġie mgħoddi lid-Dipartiment tas-Saħħa għal aktar investigazzjoni.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta’ ħmieġ u anke ġrieden kbar fl-għelieqi ta’ Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi, li qed joħolqu inkonvenjent lir-residenti tal-istess triq? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu biex ma jibqax dan l-inkonvenjent?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva l-ewwel ilment fit-12 ta’ Awwissu. Sar it-trattament neċessarju mit-taqsima tal-Pest Control Unit fiż-żona indikata tliet darbiet u l-istess trattament ser jerġa' jiġi ripetut illum, 17 ta’ Novembru.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta’ ħmieġ u anke ġrieden kbar fl-għelieqi ta’ Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi, li qed joħolqu inkonvenjent lir-residenti tal-istess triq? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu biex ma jibqax dan l-inkonvenjent?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-mistqosija parlamentari 10647, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal, fosthom cyber bullying, kif tħabbar f’Novembru 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Università ta’ Malta ma ġietx kkummissjonata biex tagħmel l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal.
Bħala tagħrif relevanti mas-suġġett tas-cyber bullying, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta' kontra l-Ibbuljar fi ħdan id-Dipartiment għal Servizzi tal-iStudent, jindirizza dan il-fenomenu billi jipprovdi laqgħat kemm mal-istudenti kif ukoll mal-ġenituri fejn dawn jiġu mitluba fejn ikun hemm bżonn. Waqt dawn il-laqgħat, jiġu diskussi fatturi differenti dwar kif wieħed għandu jżomm lilu nnifsu aġġornat. Tispikka l-importanza tal-bżonn tal-użu responsabbli ta’ social media, miżuri ta’ privatezza li għandhom jiġu rispettati, u jiġu spjegati wkoll l-implikazzjonijiet legali. L-istudenti jiġu mgħallma kif jużaw il-privacy settings tal-websajts tas-social media bħal Facebook u Askfm. Fil-każ ta’ fastidju tiġi emfasizzata l-importanza li l-istudent iżomm u jipprintja l-evidenza kollha minflok iħassar materjal u kummenti offensivi. L-istudenti jiġu mħeġġa biex jitkellmu minnufih u jevitaw li jaqgħu fit-tentazzjoni li jirrispondu lura għax b’hekk isiru ħatja huma wkoll.
Waqt laqgħat għal ġenituri sfortunatament ħafna drabi nsibu li l-ġenituri jkunu jafu jużaw il-kompjuter inqas mit-tfal tagħhom. Għaldaqstant, nemfasizzaw l-importanza tar-responsabbilta` u l-obbligu legali li huma mistennija jħarsu. Issir referenza għall-programmi preventivi li jsiru fuq bażi nazzjonali mill-programm Be Smart Online fi ħdan l-MCA.
Tiġi spjegata wkoll il-ħidma bejn is-servizz tagħna u s-Cybercrime Unit tal-pulizija. Meta jiġi referut każ, is-sapport jingħata kemm lill-vittma kif ukoll ngħinu lill-aggressur jifhem is-serjeta’ tal-imġiba tiegħu.
Fis-sena 2013, ġew irrapportati 11-il Każ ta' cyber bullying.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10644, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti msemmija jiġifieri “A Voice for Your Voice” dwar il-ħatra tal-kummissarju għat-tfal ippubblikat f’Diċembru 2013 u “The Voice of the Child in Care” ippubblikat f’April 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f'seduta oħra
Jista’ l-Ministru jżid mat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 10645 u jagħti timeline sħiħ ta’ x’ġara s’issa minn meta tfasslet l-ewwel Politika Nazzjonali għat-Tfal fil-leġiżlatura li għaddiet sal-lum kif ukoll indikazzjoni ċara tal-passi li jmiss fit-tfassil tal-Politika Nazzjonali Ġdida tat-Tfal u deadline sa meta se tiġi ppubblikata din il-politika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.