Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi – miżuri ta’ sigurtà għar-residenti ta’ qrib il-Wied

Question

B’referenza għall-mistoqsija 10888 u peress li l-Ministru ġie mistoqsi x’se jagħmel il-Gvern dwar it-traffiku fil-Wied ta’ Ħal-Qormi u mhux jekk irċeviex proposti għal interventi ġodda fil-Wied, u peress li ma ġiex mistoqsi jekk il-Wied hux fil-fatt triq jew open channel iżda sempliċiment ġiet miġbuda l-attenzjoni tiegħu li l-Wied qed jilqa’ fih volum qawwi ta’ traffiku bħallikieku kien xi triq arterjali, jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun qed jagħmel biex ipatti għall-influss tat-traffiku u l-periklu għas-saħħa u s-sigurtà tan-nies tal-Wied ta’ Ħal Qormi issa li tlesta l-proġett tal-ilma tal-għargħar mibdi fil-leġiżlatura li għaddiet minn fondi Ewropej?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġa’ ntqal fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 10885 u 10886, dan il-Gvern huwa mpenjat li jindirizza l-problema tat-traffiku b’mod ħolistiku. Fil-frattemp, jien infurmat li għadha kemm tlestiet pelican crossing ġdida fi Triq il-Wied sabiex il-pedonali jkunu jistgħu jaqsmu min-naħa għall-oħra b’mod iktar sikur.

Awtorità tad-Djar – kariga ta’ Executive Head Social Housing

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10727 jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-impjegati tal-Awtorità tad-Djar li għandhom Masters Degree Level 7 applikaw għall-kariga ta’ Executive Head Social Housing li fil-fatt ħaditha persuna li għandha biss Degree Level 6?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għall-kariga ta’ Executive Head Social Housing taħt l-Awtorita’ tad-Djar kien rekwiżit li jrid ikollha Degree Level 6 jew għola.

Awtorità tad-Djar – periti – pakketti finanzjarji, perkaċċi u benefiċċji

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10728 u l-pakketti finanzjarji, il-perkaċċi u l-benefiċċji tal-periti tal-Awtorità tad-Djar, jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema gradi u skali huma marbuta l-pakketti msemmija u f’kull każ kemm il-perit hemm fl-iskala u l-grad partikolari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – periti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10728 u l-pakketti finanzjarji , l-perkaċċi u l-benefiċċji tal-periti tal-Awtorità tad-Djar, jista’ l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li l-maġġoranza tal-15- il Perit li għandhom Kuntratt ta’ Servizz mall-istess Awtorità jitħallas 7,000 fis-sena wieħed jitħallas 45,430 ewro fis-sena u r-rata tiegħu hija ta’ €21.83 fis-siegħa kontra l-€15 fis-siegħa li jieħdu l-periti l-oħra? Kif intagħżel dan il-perit/konsulent? Saret sejħa pubblika qabel l-għażla? Xi kwalifiki għandu aktar mill-periti l-oħra? X-xogħol aktar għandu mill-periti l-oħra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – periti

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 9856 u 10729 jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-diffikultà biex jingħata dwar min huma l-periti li jagħtu servizz lill-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid min huma u f’kull każ kif intagħżlu biex jagħtu dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – ingaġġ ta’ persuna

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10731 jista’ l-Ministru jgħid liema grad u skala jokkupa dak il-persuna li ġie ingaġġat mall-Awtorità tad-Djar wara li gawda minn skema ta’ irtirar kmieni minn entità governattiva oħra? Kif u minn fost kemm intagħżel dan il-persuna biex jaħdem mall-Awtorità tad-Djar? Mil-liema entità governattiva oħra ħa l-iskema tal-irtirar dan l-impjegat ġdid tal-Awtorità tad-Djar? Bħal xiex kien jaħdem fl-entità governattiva l-oħra? X’ kundizzjonijiet kien gawda mill-iskema ta’ irtirar kmieni qabel ġie impjegat mall-Awtorità tad-Djar? Jekk dan il-persuna kien qiegħed jirreġistra qabel ġie magħżul għall-impjieg mall-Awtorità tad-Djar kemm kien ilu jirreġistra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħal-Qormi — Traffiku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10885, u peress li l-Kunsill Laburista ta’ Ħal-Qormi qatt ma ċaħad li talab biex tiġi indirizzata l-accident black spot fl-inkroċju ta’ Triq l-Imdina/Manuel Dimech (ħdejn il-Qormi Sports & Fitness Park) i¿da fl-istess waqt stqarr li s-soluzzjoni dwar din it-talba saret mingħajr ebda konsultazzjoni miegħu bil-konsegwenza li solviet problema u ħolqot oħra li diversi drabi timblokka t-traffiku f’Ħal-Qormi kollu, jista’ l-Ministru jgħid jekk hu kienx informat li l-Awtorità dwar it-Trasport kienet se tagħmel xogħol mingħajr ma kkonsultat lill-Kunsill Lokali? Jista’ jgħid jekk hu jaqbilx li l-Awtorità tat-Trasport tinjora kunsill lokali li huwa demokratikament elett mill-poplu? Jekk il-Ministru ma kienx jaf u jekk il-Ministru tassew ma jaqbilx li l-kunsilli lokali għandhom jiġu injorati u ttrattati b’dan il-mod, jista’ jgħid x’passi ħa jieħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien kont infurmat li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi irrefera l-problema tal-inkroċju bejn Triq Manuel Dimech u Triq Mdina lill-Awtorità tat-Trasport minħabba li dawn iż-żewg toroq huma parti mis-sistema tat-toroq arterjali u distributorji u għaldaqstant ma kienux responsabilità tal-Kunsill Lokali. L-Awtorità tat-Trasport qatt ma njorat lill-Kunsill Lokali u fil-fatt ħadmet fuq it-talba tal-Kunsill Lokali sabiex isir intervent f'dan l-inkroċju msemmi.

Assistenza Soċjali – Baġit 2015 — Tnaqqis fl-għadd ta’ benefiċċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jistenna l-Gvern li jnaqqas persuni minn fuq il-benefiċċji tal-assistenza soċjali minħabba miżuri mħabbra fil-baġit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tal-miżuri tal-Baġit m'huwiex kemm se jitnaqqsu persuni minn fuq il-benefiċċji soċjali imma li jingħata futur aħjar lill-istess benefiċjarji u lill-uliedhom, li jitnaqqas il-faqar, u wkoll li jitnaqqas l-abbuż fejn jeżisti. Nittama li l-Oppożizzjoni taqbel mal-passi li qed jieħu l-Gvern biex jinqatgħu xi abbużi li jsiru minn flus il-poplu.

Benefiċċji Soċjali — abbuż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali fl-aħħar ħames snin? X’kien l-ammont finanzjarju ta’ frodi kull sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Numru ta’ Persuni (Każijiet) Ammont 2010 677 €3,716,295 2011 742 €3,661,150 2012 548 €2,827,459 2013 565 €3,391,478 2014 * 473 €3,057,312 *Sa l-aħħar ta’ Ottubru 2014
Leg 12 PQ #12655 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

benefiċċji soċjali — Single Parents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il Gvern qed jistma li se jispiċċaw single parents minn fuq il-benefiċċji soċjali permezz tal-miżura mħabbra fil-baġit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-single parents ma jispiċċawx mill-ewwel minn fuq il-benefiċċji soċjali, iżda jibdew jibbenefikaw mis-sistema ta’ tapering.
Leg 12 PQ #12656 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Single Parents jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm single parents li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm qed jistma li se jonqsu minnhom minħabba l-miżuri mħabbra fil-baġit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ taf bl-istat tal-persuni li jirreġistraw għax-xogħol iżda m’għandhiex informazzjoni jekk għandhomx tfal jew le.
Leg 12 PQ #12657 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Assistenza Soċjali – Baġit 2015 — Tnaqqis ta’ benefiċċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jistma l-Gvern li jnaqqas persuni minn fuq il-benefiċċju tal-assistenza soċjali minħabba l-miżuri mħabbra fil-baġit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern m’għandu l-ebda ħsieb li jnaqqas persuni minn fuq il-benefiċċji tal-assistenza soċjali. It-tnaqqis fin-numru ser ikun minħabba li l-persuna tagħżel minn jedda li toħroġ taħdem. Għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid kemm effettivament ser ikun in-numru ta’ single parents li joħorġu jaħdmu.
Leg 12 PQ #12658 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Reġistru tax-xogħol – tnaqqis ta’ persuni jirreġistraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jistma l-Gvern li jnaqqas persuni minn fuq ir-reġistru tax-xogħol minħabba miżuri mħabbra fil-baġit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għadu wisq kmieni biex tingħata stima eżatta ta’ kemm ser ikunu qed jonqsu nies mir-reġistru tal-qgħad. Tali informazzjoni tkun disponibbli aktar tard matul is-sena 2015.

Wegħda tal-Baġit 2014 — Persuni b’diżabilità – studji u tħejjijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern iwettaq studji u tħejjijiet biex matul din il-leġiżlatura persuni b’diżabilità, li l-ġenituri tagħhom jiġu nieqsa, jiġu integrati fi djar fil-komunità, twettqitx? Jista’ jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali – single parents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn single parents li jieħdu benefiċċji soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali – etajiet ta’ single parents

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-etajiet ta’ single paretns li jieħdu l-benefiċċji soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali – single parents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ benefiċċji soċjali huma intitolati għalihom is-single parents?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali – single parents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn single parents f’Malta li jirċievu l-benefiċċji li huma intitolati għalihom? Kemm jammonta dan il-benefiċċju għal kull individwu? Kemm huwa l-ammont globali minfuq fuq dan il-benefiċċju? X’presentaġġ hija din in-nefqa fuq in-nefqa totali tal-benefiċċji soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali – Single Parents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il Gvern qed jistma li se jispiċċaw single parents minn fuq il-benefiċċji soċjali permezz tal-miżura mħabbra fil-baġit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tal-miżuri tal-Baġit m'huwiex kemm se jitnaqqsu persuni minn fuq il-benefiċċji soċjali imma li jingħata futur aħjar lill-istess benefiċjarji u lill-uliedhom, li jitnaqqas il-faqar, u wkoll li jitnaqqas l-abbuż kemm jista’ jkun. Nittama li l-Oppożizzjoni taqbel mal-passi li qed jieħu l-Gvern biex jinqatgħu l-abbużi li jsiru minn flus il-poplu.

Wegħda tal-Baġit 2014 — Awtorità tad-Djar – appartamenti bi prezz issussidjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Awtorità tad-Djar se toħroġ għall-bejgħ numru ta’ appartamenti shell, jew inkella semi-finished, bi prezz issussidjat, twettqitx? Kemm minn dawn l-appartamenti ħarġu għall-bejgħ? Kemm minn dawn l-appartamenti nxtraw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ Avviż Legali datat 13 ta’ Frar 2014 l-Awtorita’ tad-Djar ħarġet għall-bejgħ 43 appartament, 3 maisonettes u 40 garaxx f’diversi lokalitajiet f’Malta bi prezz sussidjat ta’ 35% f’każ ta’ appartamenti jew maisonettes u 25% f’każ ta’ garaxxijiet. S’issa ġew aċċettati 25 post. Saru l-konvenji fuq 15-il post u qegħdin fil-proċess li jsir il-kuntratt tagħhom filwaqt li bħalissa qegħdin isiru l-appuntamenti għall-iffirmar tal-konvenji fuq 10 postijiet oħra.