Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — organigramma

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra organigramma bl-organizzazjoni tal- Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, li tindika d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (DALLI, HELENA)

Qed npoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

PBS – organigramma

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra organigramma bl-organizzazzjoni tal-Public Broadcasting Services, li tindika dipartiment b’dipartiment u kariga b’kariga?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi t-tweġiba għal din il-mistoqsija fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit li kienu jaħdmu mal-Public Broadcasting Services sat-8 ta’ Marzu 2013? F’liema dipartimenti kienu jaħdmu dawn il-persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-PBS li t-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit li kienu jaħdmu mal-Public Broadcasting Services sat-8 ta’ Marzu 2013 huma kif ġej: Full-timers88 Students2 Part-timer1 Contract for Service3 Total94

PBS — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li jaħdmu mal-Public Broadcasting Services sal-lum? F’liema dipartimenti qegħdin jaħdmu dawn il-persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-PBS li t-total ta’ ħaddiema full-time , part-time , b’ contract for service , contract of service , jew b’kuntratt definit u indefinit, li jaħdmu mal-Public Broadcasting Services sal-lum huma kif ġej: DipartimentNumru ta' ĦaddiemaTotal Managers11 Junior Managers5 Secretariat1 News15 Programs32 Technical8 Operations3 Corporate Services2 Finance9 Sports3 Sales5Total Number of Full-time Employees 94 Part-timers (Operations)5 Part-timer (News)1Total Number of Part-timers 6 Contract for Service15Total Number of Contract for Service 15 Total115

PBS — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definiti u indefiniti, li ġew impjegati mal-Public Broadcasting Services mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’liema kariga u f’liema dipartimenti ġew impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-PBS li n-numru ta’ ħaddiema li ġew impjegati mal-PBS mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum huwa ta’ tlieta u għoxrin (23.) Il-ħaddiema ġew impjegati kif ġej: Engineering Manager 1 Journalists 3 (News) Part time Camera persons 4 (Operations) Salesperson 1 (Sales) Technical Officer 1 (Operations) Finance Coordinator 1 (Finance) Contract for Service 12 (Production Coordinator, 2 producers/presenters, 2 camera persons/editors, 3 Web, 1 Salesperson, 1 Radio Producer, 2 PBS Orchestra Conductors)

PBS — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ konsulenti li ġew impjegati mal-Public Broadcasting Services mid-9 ta’ Marzu sal-lum? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed u waħda minnhom? Kemm-il siegħa jaħdmu? X’inhi r-rata ta’ ħlas għal kull siegħa? F’kull każ x’perkaċċi oħra jingħataw?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jispeċifika eżatt is-sena li qed jirreferi għaliha f’din il-mistoqsija parlamentari 13425.

PBS – impjegati – pagi, benefiċċji u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-pagi, l-benefiċċji u l-perkaċċi tal-iskali u l-gradi tal-impjegati kollha li jaħdmu fil-Public Broadcasting Services?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-PBS li s-salarji tal-ħaddiema tal-PBS huma regolati mill-Ftehim Kollettiv. Is-salarji tal-Management huma negozjati skont ix-xogħol u r-responsabbiltajiet tagħhom.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – konsulenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu konsulenti ġodda fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, inkluż is-segretarjat parlamentari u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru, minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ f’kull każ jgħid liema kienet l-entità li qed timpjega, x’inhu l-ammont finanzjarju tal-paga kif ukoll il-perkaċċi kollha marbutin mal-konsulenza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorvoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Strateġija dwar il-Faqar

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istrateġija dwar il-Faqar li għadu kemm nieda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Membru illi l-kopja tal-istrateġija dwar il-Faqar li għadha kemm kienet imnedija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, inkluż is-segretarjat parlamentari u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru, minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ f’kull każ jgħid liema kienet l-entità li qed timpjega, xi skala u grad huwa l-impjieg, x’inhu l-ammont finanzjarju tal-paga kif ukoll il-perkaċċi kollha marbutin mall-impjieg,u x’tip ta’ kuntratt huwa, jiġifieri huwiex contract for service, contract of service, impjieg b’kuntratt jew impjieg permanenti? Jista’ jgħid ukoll, f’kull każ, kif ġiet ingaġġata l-persuna, jiġifieri jekk hux b’sejħa pubblika jew bħala position of trust?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzoni mituba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inagħtaw promozzjonijiet fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, inkluż is-segretarjat parlamentari u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru, minn Marzu 2013 sal-lum? F’liema entitajiet ingħataw dawn il-promozzjonijiet? Liema karigi mtlew b’dawn il-promozzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzoni mituba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Awtorità dwar id-Djar – promozzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-promozzjonijiet pendenti fl-Awtorità dwar id-Djar? X’salarji u perkaċċi hemm marbuta ma’ kull kariga li trid timtela? Jista’ jgħid jekk is-sejħa għall-promozzjonijiet ġodda hijiex qed timla pożizzjonijiet li ġew battala inkella hux se jinħolqu karigi ġodda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li fil-preżent għaddej ristrutturar tal-Awtorita’ li hu ttamat li jsaħħaħ l-Awtorita’. Is-salarji u perkaċċi huma l-istess għal dawk preżenti.

Awtorità tad-Djar – kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-Awtorità tad-Djar se terġa’ tinħoloq u timtela l-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv li nħolqot f’din il-leġiżlatura u li kienet imtliet minn impjegata tal-Awtorità tad-Djar mingħajr ebda sejħa biex wara ftit xhur reġgħet tbattlet biex il-persuna inkwistjoni ingħatat promozzjoni oħra? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istess persuna li kienet ingħatat din il-kariga bla sejħa issa ġietx intitolata biex tapplika għal din is-sejħa anke minħabba l-aħħar promozzjoni li ngħatat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar se terġa’ toħloq il-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv u dan wara li l-posizzjoni ta’ qabel kienet waħda ta’ position of trust. Il-persuna li kienet qed tokkupa l-posizzjoni qabel għandha r-rekwiżiti kollha meħtieġa u għalhekk hija tista’ tapplika għal din is-sejħa bħalma jistgħu japplikaw oħrajn.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità – sejħiet għal promozzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sejħiet għal promozzjonijiet pendenti fil-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità? Liema huma l-karigi li għad iridu jiġu mimlija? X’karigi u perkaċċi ġġorr magħha kull kariga? Jista’ jgħid għaliex hemm promozzjonijiet li r-riżultati tagħhom ħarġu iżda l-karigi għadhom ma mtlewx? X’se jsir biex tiġi rretifikata s-sitwazzjoni mingħajr aktar dewmien? Jista’ jgħid il-persuni li ntagħżlu xi kwalifiki u esperjenza għandhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-KNPD għaddejja minn proċess t’ evalwazzjoni interna dwar l-operat tagħha, ukoll in vista tas-servizzi, biex finalment isseħħ is-separazzjoni bejn ir-rwoli tagħha ta’ regolatur u service provider fl-istess ħin – sitwazzjoni anomala li anke l-amministrazzjoni preċenti kienet konxja tagħħa u li trid tingħata prijorita’ biex tiġi indirizzata. Wara li jsir dan il-proċess ser ikun hemm ukoll proċess tal- capacity building meħtieg u opportun.

Ħal Qormi — żieda fis-sigurtà ħdejn il-mużewijiet tat-tfal u l-grawnd tal-futbol

Question

Jista' l-Ministru jara li tiżdied is-sigurtà ħdejn il-mużewijiet tat-tfal f'Ħal Qormi kif ukoll ħdejn il-grawn tal-futbol ta' Ħal Qormi b'mod partikolari fil-ħinijiet li t-tfal ikunu qed jattendu dawn il-postijiet ta' tagħlim peress li numru ta' residenti qed jilmentaw minn periklu għalihom u għal uliedhom li hemm f'dawn l-inħawi?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirringrazzja l-Onorevoli Interpellant ta’ din id-domanda li bla dubju hi intenzjonata sabiex tissaħaħ is-sigurta’ tar-residenti. Ninsab infumat li l-Pulizija mil-Għassa ta’ Ħal Qormi ser żżid ir-ronda u s-sorveljanza tagħha fl-inħawi indikati. Barra min dan il-Pulizija qegħda f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi, biex it-tabelli tat-traffiku u ‘road bumps’ fiż-żoni indikati jerġgħu jiġu miżbugħa. Sadanittant jidher li ħdejn il-Mużew, fit-Triq Santa Katerina, diġa jkun hemm il-Gwardjani privati bejn il-5pm u is-7pm.

Ħal Qormi — traffiku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10885 jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju li skont rapport li poġġa huwa stess fuq il-Mejda tal-Kamra, biex jiġġustifika x-xogħol li sar mingħajr ebda konsultazzjoni fi Triq l-Imdina/Manuel Dimech (ħdejn il-Qormi Sports & Fitness Park) u ġibed ir-rabja tar-residenti Qriema għaliex żied il-konġestjoni tat-traffiku f’Ħal-Qormi, kien iffirmat mill-istess persuna li implikat fuq ix-xandir li t-traffiku f’Malta huwa perċezzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ingħad diġa’ fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10885, wara l-intervent li sar fi Triq l-Imdina/Manwel Dimech, l-aċċidenti f’din iż-żona naqqsu kif ukoll kien hemm titjieb fit-traffiku f’din l-istess żona. Għaldaqstant m’għandi xejn x’inżid iktar fuq dan is-suġġett.

Ħal Qormi – immaniġġar tat-traffiku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10886 u peress li r-responsabbiltà finali ta’ pjan ħolistiku għat-traffiku fil-lokalitajiet ta’ Malta hija tal-gvern ċentrali u l-Awtorità dwar it-Trasport, u peress li l-Ministru qed jgħid li ma rċieva l-ebda pjan ħolistiku għall-immaniġġar tat-traffiku mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jieħu r-responsabiltà hu biex jitlob lill-Awtorità tat-Trasport biex tfassal pjan li ma jħallix lil Ħal Qormi, u l-kwalità tal-ħajja tal-Qriema, tkompli titmermer? Jekk għandu l-intenzjoni li jagħmel dan il-pjan, jista’ jara li jikkonsulta mall-Kunsill Lokali u anke mar-residenti qabel ma jieħu deċiżjonijiet finali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huma l-kunsilli lokali li jfasslu pjanijiet għat-toroq tal-lokalitajiet tagħhom li mhumiex arterjali jew distributorji. Dawn il-proposti jitħejjew mill-kunsilli lokali rispettivi b’konsultazzjoni kompleta mar-residenti. Sussegwentament, dawn jissottomettu l-proposti tagħhom għall-kunsiderazzjoni u konsultazzjoni ma’ Transport Malta. Nixtieq infakkar ukoll, li sa mill-bidu ta’ din il-leġislatura, bdew isiru laqgħat mal-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex, li kienu mmirati biex ikun hemm kommunikazzjoni u konsultazzjoni aħjar bejn il-Gvern Ċentrali u dak lokali, u fejn l-istess kunsilli setgħu iressqu it-talbiet u l-proposti tagħhom f’dak li jikkonċerna l-lokalita’ tagħhom.

Ħal Qormi – immaniġġar tat-traffiku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10886 fejn il-Ministru qed jgħid li għandu pjan ħolistiku għall-imaniġġjar tat-traffiku għall-pajjiż kollu u li jinkludi wkoll lil Ħal-Qormi, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-parti tar-rapport li titkellem speċifikament dwar Ħal-Qormi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10886.

Ħal Qormi – immaniġġar tat-traffiku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10886 fejn il-Ministru qed jgħid li għandu pjan ħolistiku għall-immaniġġar tat-traffiku għall-pajji¿ kollu u li jinkludi wkoll lil Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jispjega fil-qosor il-mi¿uri speċifiċi, bħal toroq ġodda, sinjali, tibdil f’direzzjoni tat-traffiku eċċ., li se jkunu qed jittieħdu għal Ħal Qormi u f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid kif dawn il-miżuri speċifiċi għal Ħal Qormi se jsolvu s-sitwazzjoni ħażina tat-traffiku eżistenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li hemm diversi miżuri speċifiċi li qed jiġu ppjanati għal Ħal-Qormi fuq it-toroq arterjali w distributorji li kollha huma ntiżi sabiex itejbu it-traffiku ġo Ħal-Qormi kif ġej: 1. Addizzjoni ta’ inner flare fi Triq Ħal-Luqa fl-inkroċju tar- roundabout k/m Triq Imdina 2. Twesseigħ ta’ parti minn Triq Imdina għal żewġ karreġġjati fil-parti minn k/m Triq San Bartilmew sa biswit k/m Triq il-Ġdida 3. L-immarkar tal-linji tal-karreġġjata mar- roundabout ta’ Triq Manuel Dimech k/m Triq Ħal-Qormi 4. L-immarkar tal-linji tal-karreġġjata mar- roundabout ta’ Triq Manuel Dimech k/m Triq Imdina 5. Addizzjoni ta’ inner flare fit-triq li tagħti minn Triq San Bastjan għall-inkroċju tar- roundabout k/m Triq Manuel Dimech.

Ħal Qormi – bini ta’ toroq ġodda

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10887 u peress li mistoqsija 10886 kontra kif indikat ma tirreferix għall-mistoqsija 10887, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-każ partikolari ta’ Triq il-Ħelsien u Triq il-Wied f’Ħal-Qormi hux qed jikkunsidra serjament miżuri effettivi, inkluż il-bini ta’ toroq ġodda ’l barra mill-parti residenzjali ta’ Ħal-Qormi, biex jevita li Triq il-Ħelsien u Triq il-Wied, li huma essenzjalment toroq residenzjali, ma jibqgħux jiġu ttrattati bħala toroq arterjali bil-volum qawwi ta’ traffiku li jgħaddi minnhom u jinfirex f’toroq oħra interni f’Ħal Qormi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta tibni toroq ġodda skont l-iskema tal-MEPA u wkoll skont il-pjan lokali. Madankollu l-istess Transport Malta tintervjeni f’ċirkostanzi partikolari.