Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi – Triq il-Wied — dwal

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-dwal il-ġodda li saru fi Triq il-Wied f’Ħal Qormi biex jidderiġu t-traffiku u jgħinu lin-nies jaqsmu t-triq jiffunzjonaw sewwa għaliex qed ikun hemm diversi ilmenti dwar nuqqasijiet u ħsarat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien ninsab infurmat li d-dwal il-ġodda tal-pelican crossing li saru fi Triq il-Wied f’Ħal-Qormi qed jaħdmu sewwa u l-Awtorita’ tat-Trasport ma kellha l-ebda lmenti dwar nuqqasijiet jew ħsarat.

Awtorità tad-Djar — blokka mingħajr dawl fil-komun

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament taħt l-Iskema tal-Awtorità tad-Djar, ilha x-xhur mingħajr dawl elettriku fil-komun tal-istess blokka? Jista' jirrimedja s-sitwazzjoni mingħajr aktar dewmien?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ imsemmi jitratta dwar appartamenti ta’ sidien privati li ġew mikrija mill-Awtorita’ tad-Djar taħt Skema Kiri. L-Awtorita’ qed tagħmel pressjoni fuq is-sid u qed tieħu l-passi neċessarji sabiex jiġi nstallat id-dawl u l-lift fil-komun tal-blokka mill-aktar fis possibbli.
Leg 12 PQ #372 Sitting 231 2015-01-26 Written · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ħal Qormi — Triq ix-Xitwa - ilma

Question

Jista' l-Ministru jindiga u jara x'qed iwassal biex ammont tal-ilma ilu ħiereġ minn Triq ix-Xitwa f'Ħal Qormi għal diversi ġimgħat? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex din is-sitwazzjoni ta' inkonvenjent tirrimedja ruħha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li f’Jannar irċeviet żewġ rapporti formali ta’ ilma ħiereġ fit-triq. Infurmat li l-Korporazzjoni ħadet azzjoni mmedjata biex twaqqaf il-ħruġ tal-ilma. Preżentament hemm pipe tal-plastic temporanju mal-ġenb tat-triq li qiegħed fil-proċess li jinbidel għal wieħed igalvaniżżat u aktar robust.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – lista ta’ tenders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders, eskluż l-entitajiet? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – lista ta’ tenders b’direct order

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, eskluż l-entitajiet, bħala direct order? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

OHSA — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit li kienu jaħdmu mal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol sat-8 ta’ Marzu 2013? F’liema dipartimenti kienu jaħdmu dawn il-persuni?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

OHSA — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li jaħdmu mal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol sal-lum? F’liema dipartimenti qegħdin jaħdmu dawn il-persuni?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

OHSA — impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li ġew impjegati mal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’liema kariga u f’liema dipartimenti ġew impjegati?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit li kienu jaħdmu mal-entitajiet tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili sat-8 ta’ Marzu 2013? F’liema dipartimenti kienu jaħdmu dawn il-persuni?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li jaħdmu mal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, inkluż is-segretarjat tal-Ministru u eskluż l-entitajiet, sal-lum? F’liema dipartimenti qegħdin jaħdmu dawn il-persuni?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li ġew impjegati mal- Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, inkluż is-Segreatrjat, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’liema kariga u f’liema dipartimenti ġew impjegati?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' konsulenti li ġew impjegati mal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili mid-9 ta’ Marzu sal-lum? Min huma? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed u waħda minnhom? Kemm-il siegħa jaħdmu? X’ inhi r-rata ta’ ħlas għal kull siegħa? F’kull każ, x’perkaċċi oħra jingħataw?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — promozzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, inkluż fis-Segretajat, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Liema kienu dawn il-promozzjonijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Persuni li jservu fil-bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-persuni li jservu fil-bordijiet kollha tal-entitajiet kollha li jagħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid kull persuna xi kwalifiki u esperjenza relatata għandha max-xogħol li qed tagħmel? Tista’ tgħid x’onorarji, salarji u perkaċċi qed jittieħdu f’kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

PBS — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum fil-Public Broadcasting Services?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat mill-PBS li mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum fil-PBS ingħataw ħames promozzjonijiet kif ġej: 2 Coordinators 1 Junior Manager 1 Manager Sports 1 Manager News

PBS – bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll xi ħlas u x’perkaċċi oħra qed jingħataw dawn il-membri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-PBS li l-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-PBS huma kif ġej. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-ismijiet diġa ġew ippublikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern u li l-ħlas li jingħata hu l-istess ħlas li kien jingħata qabel. NamePosition Tonio PortugheseChairman Albert MarshallDeputy Chairman Claire BonelloDirector Frank PortelliDirector Adriana Zarb AdamiDirector Paul VellaDirector Tony Cassar DarienDirector Edward Cassar DeliaDirector

PBS – bord editorjali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll x'forma ta' benefiċċji u ħlas igawdu dawn il-membri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord editorjali tal-PBS hi kif ġej. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-ismijiet diġa ġew ippublikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern u li l-ħlas li jingħata hu l-istess ħlas li kien jingħata qabel. Persuni li jagħmlu parti mill-bord editorjali tal-PBS Joseph Sammut Agius Felix Martin Fenech

PBS – lista ta’ tenders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Public Broadcasting Services mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat mill- PBS li l-lista tat-tenders li ħarġu għan-nom ta’ Public Broadcasting Services Ltd. mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum hi kif ġej: Tender Name Supplier Price Exc. VAT Provision, Installation and Commissioning 3 Radio Audio Consoles and 1 Audio Console DAB Electronica Ltd. €117,000.00 Supply Installation and Commissioning of one Studio Intercom System Forestals €69,491.00 Demolition of Existing Building and General Excavation on site at Malex House Robert Micallef €64,186.00 Supply, Installation, Testing and Commissioning of Fire Saftey & Security Systems at TV House Alberta Fire & Safety €81,965.00

PBS – lista ta’ tenders, direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Public Broadcasting Services mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum, bħala direct order? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.