Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u x’perkaċċi oħra qed jingħataw dawn il-membri?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum fil- Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum ma ngħatat l-ebda promozzjoni fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE).
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE)? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u x’perkaċċi oħra qed jingħataw dawn il-membri?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) m’għandhiex Bord tad-Diretturi iżda membri tal-Kummissjoni. Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE) mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti l-lista ta’ tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE) mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum, bħala direct order? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra organigramma bl-organizzazjoni tal- Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), li tindika dipartiment b’dipartiment u kariga b’ kariga?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit li kienu jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sat-8 ta’ Marzu 2013? F’liema dipartimenti kienu jaħdmu dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra organigramma bl-organizzazjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE), li tindika dipartiment b’dipartiment u kariga b’kariga?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit li kienu jaħdmu mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE) sat-8 ta’ Marzu 2013? F’liema dipartimenti kienu jaħdmu dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li jaħdmu mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE) sal-lum? F’liema dipartimenti qegħdin jaħdmu dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li ġew impjegati mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE) mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’liema kariga u f’liema dipartimenti ġew impjegati?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ konsulenti li ġew impjegati mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE) mid-9 ta’ Marzu sal-lum? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed u waħda minnhom? Kemm-il siegħa jaħdmu? X’inhi r-rata ta’ ħlas għal kull siegħa? F’kull każ x’perkaċċi oħra jingħataw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ġew ingaġġat l-ebda konsulent jew impjegat kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari.
Tista’ l-Ministru tagħti l-pagi, il-benefiċċji u l-perkaċċi tal-iskali u l-gradi tal-impjegati kollha li jaħdmu fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE)?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ konsulenti li ġew impjegati mal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mid-9 ta’ Marzu sal-lum? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed u waħda minnhom? Kemm-il siegħa jaħdmu? X’inhi r-rata ta’ ħlas għal kull siegħa? F’kull każ x’perkaċċi oħra jingħataw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li għalkemm l-Awtorita’ m’għandha ebda’ konsultent impjegat/a magħha, l-Awtorita’ għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għandha diversi konsulenti ingaġġati fuq Contract for Service biex jassituha tiżviluppa kriterja dwar land use planning fir-rigward ta’ siti li jaqgħu taħt il-Control of Major Accident Hazzard Regulations.
Tista’ l-Ministru tagħti l-pagi, il-benefiċċji u l-perkaċċi tal-iskali u l-gradi tal-impjegati kollha li jaħdmu fl-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum fl- Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fil-perjodu msemmi ngħatat promozzjoni waħda wara sejħa nterna. Din kienet biex jintmela’ l-post ta’ Uffiċjal għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol, Grad ta’ Prinċipal (OHS Officer, Grade: Principal).
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u x’perkaċċi oħra qed jingħtaw dawn il-membri?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti l-lista ta’ tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum, bħala direct order? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ħal Qormi – Triq Manoel Dimech – dwal taż-Zebra Crossing
Question
Jista’ l-Ministru jara li d-dwal taż-zebra crossing ta’ Triq Manoel Dimech f’Ħal Qormi jiġu rranġati mill-aktar fis għaliex dawn ilhom ix-xhur mhux jiffunzjonaw sew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien ninsab infurmat li d-dwal taż-zebra crossing ta’ Triq Manoel Dimech f’Ħal-Qormi kellhom ħsarat minimi li ġew irranġati fis-7 ta’ Jannar 2015. Saret ukoll il-manutenzjoni neċessarja fil-11 ta’ Jannar 2015. Għaldaqstant dawn id-dwal issa qed jaħdmu.